KullHadd_01.01.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 1 ta’ Jannar, 2017

IKTAR FLUS FIL-BUT

Ħarġa Nru 1,225 Prezz €1

Paġni 10 u 11

TAMA ĠDIDA WARA VJAĠĠ IMQALLEB L-istorja ta’ Christiana Kavi, li qed nippubblikaw flewwel ħarġa tas-sena l-ġdida, hija waħda li turi kif destin jista’ jinbidel mil-lejl għannhar. Jinbidel għallaħjar, jekk bħal dan il-każ jiltaqa’ mattjubija ta’ Maltin ġenerużi u qalbhom tajba. Christiana telqet min-Niġerja bit-tama ta’ ħajja aħjar u wara li bdiet il-vjaġġ milLibja lejn l-Ewropa spiċċat f’Malta wara li kienet salvata minn ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. B’żewġha maqtul il-

Libja, b’erba’ wlied oħra li baqgħu sejrin l-Italja u b’tarbija filġuf li spiċċat mejta, Christiana dehret li f’inqas minn xahrejn kienet tilfet kollox. Saħansitra anke d-dawl ta’ għajnejha. Iżda, il-kura u l-mogħdrija li ngħatat f’pajjiżna tawha tama ġdida biex nhar ilĦamis ħalliet Malta għall-Italja fejn se tibda ħajja ġdida ma’ wliedha li waqt li kienet qed tieħu l-kura f’Mater Dei rnexxielha tagħmel kuntatt magħhom. Paġna 7

MIL-LUM FIT-TMUN

FUEL U DAWL OGĦLA FL-UE JINĦASS L-IMPATT TAŻ-ŻIEDA FIL-PREZZ TAŻ-ŻEJT IL-PAJJIŻI KOLLHA ŻIEDU L-PREZZ TAL-FUEL

Illum Malta tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Tema li kienet ċentrali f’messaġġ lin-nazzjon li għamel il-Prim Ministru lbieraħ. Il-Prim Ministru qal li mill-Presidenza rridu nagħmlu suċċess. “Suċċess għal pajjiżna li se juri li d-daqs ta’ pajjiż mhuwiex ta’ xkiel, anzi jista’ jkun ta’ vantaġġ,” qal Joseph Muscat.

L-impatt fil-prezz internazzjonali taż-żejt inħass sew matul l-aħħar tliet xhur, tant li fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ Malta, kien hemm żieda fil-prezz tal-fuel. Dan riżultat tal-fatt li s-sena li ntemmet ilbieraħ kienet l-iktar waħda mill-2009 li fiha żdied ilprezz taż-żejt. Analiżi teknika tal-gazzetta KullĦadd turi li fil-ġimgħa ta’ qabel il-Milied il-prezz tal-petrol medju fl-Ewropa kien laħaq il-€1.35, jew 8ċ aktar mill-prezz hawn Malta. Mentri d-diesel laħaq il-prezz ta’ €1.22 jew 8ċ ogħla minn Malta. Flistess ħin fl-Unjoni Ewropea l-prezz tal-elettriku żdied b’1.1%. Minkejja ż-żidiet fil-prezz tażżejt il-politika tal-Gvern fil-qasam tal-enerġija tiggarantixxi li ma jiżdidux il-prezzijiet, filwaqt li meta kkummenta dwar iż-żidiet fil-prezz taż-żejt il-Prim Ministru kien qal li l-Gvern se jaħdem biex l-impatt fuq il-prezz tal-fuel ikun wieħed minimu.

paġni 4 u 28

paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.