Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru, 2020
Ħarġa Nru 1,426
Prezz €1
ILLUM JUM IT-TIFKIRA BI PREKAWZJONI
Rapport f’paġna 11
MARD LI DIĠÀ QATEL 16-IL DARBA IŻJED Rapport f’paġna 7
EVITAJNA MAT-8,000 IMMIGRANT Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo ħabbar li pajjiżna kieku qed iħabbat wiċċu mal-wasla ta’ iżjed minn 8,000 immigrant din is-sena, li kieku ma kienx għar-relazzjoni tajba mal-awtoritajiet Libjani li rnexxielhom iwaqqfu dgħajjes mgħobbijin b’madwar 6,000 fi triqthom lejn xtutna. F’post twila fuq Facebook ilbieraħ filgħodu, il-Ministru tenna li, minbarra hekk, waslu mal-2,200 immigrant inqas bejn Marzu u Awwissu meta jitqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan fl-istess ħin li l-għaqda Repubblika fetħet kawża kostituzzjonali kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għallIntern Byron Camilleri u l-Brigadier talForzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi biex jinġiebu f’pajjiżna 50 immigrant li f’April li għadda ma tħallewx jidħlu minħabba l-imxija tal-COVID-19. Tkompli f’paġna 6
400 INQAS FUQ L-ASSISTENZA SOĊJALI F’SENA PERSUNI FIL-FAXEX T’ISFEL TAS-SOĊJETÀ KOMPLEW ITEJBU L-GĦAJXIEN TAGĦHOM MINKEJJA SITT XHUR TA’ PANDEMIJA Iżjed minn 400 persuna fl-inqas faxex tas-soċjetà f’pajjiżna tejbu l-livell ta’ għajxien tagħhom f’din l-aħħar sena, tant li sa tmiem Settembru li għadda nqatgħu mir-reġistru tal-benefiċċji soċjali. Dan kien dovut, fost oħrajn, għal għajnuna bħall-In-Work Benefit, li jsostni persuni anke wara li jibdew jaħdmu, u seħħ minkejja li l-aħħar sitt xhur kienu kkaratterizzati minn pandemija ta’ bla preċedent. Minn tagħrif li għandha din il-gazzetta jirriżulta li l-għadd attwali ta’ dawk fuq assistenza soċjali issa laħaq l-inqas livell li qatt kien irreġistrat fl-istorja. Minbarra hekk, jirriżulta li dan hu wkoll terz l-ammont ta’ persuni fuq benefiċċji soċjali qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Waqt li dawk dipendenti fuq assistenza soċjali naqsu sew f’din l-aħħar sena, il-Gvern xorta waħda żied l-allokazzjoni għall-benefiċċji mhux kontributorji b’madwar €4 miljun fuq l-2019. Tkompli f’paġni 4 u 5