KullĦadd_31.05.2020

Page 1

MITLUB TAGĦRIF FL-INVESTIGAZZJONI DWAR KAROL www.kullhadd.com Il-Ħadd, 31 ta’ Mejju, 2020

Ħarġa Nru 1,403

Prezz €1

Rapport f’paġna 9

AKKUŻI KONTRA L-PM U L-FAM MIĠJUBA FIX-XEJN Ippubblikata l-Inkjesta Maġisterjali dwar l-allegat qtil volontarju ta’ immigranti f’April li għadda L-Inkjesta Maġisterjali fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi u l-ekwipaġġ sħiħ tal-patrol boat P52 ma sabithomx ħatja ta’ xi qtil volontarju ta’ immigranti f ’April li għadda, kif allegaw ta’ Repubblika. Bil-maqlub il-Maġistrat Joseph Mifsud, li mexxa l-indaġni, ikkonkluda li l-akkużi fiż-żewġ denunzji talNGO ma kinux imsejsa fuq provi. Iżjed minn hekk, fl-inkjesta twila 419-il paġna joħroġ ċar li Malta wet-

tqet l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha fil-każ inkwistjoni li seħħ bejn id-9 u l-15 t’April li għadda. L-akkużi kienu jġorru magħhom il-pieni ta’ għomor il-ħabs għal dawk kollha involuti. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru lbieraħ waranofsinhar ippubblika r-rapport tal-Inkjesta Maġisterjali fl-intier tiegħu wara denunzji li tressqu bil-firma ta’ Jason Azzopardi, fejn ġie allegat qtil volontarju ta’ immigranti min-naħa tal-Prim Ministru, il-Brigadier u membri

oħrajn tal-Forzi Armati ta’ Malta. Malli ngħalqet din l-inkjesta, il-Maġistrat Inkwirenti għadda r-rapport lill-Avukat Ġenerali kif titlob illiġi. Bħala wieħed mill-persuni li fil-konfront tiegħu saru dawn l-allegazzjonijiet serji, l-Avukat Ġenerali laqa’ t-talba tal-Prim Ministru biex jingħata kopja talproċess verbal fl-intier tiegħu. Tkompli f’paġna 10

700 FUQ KANNABIS MEDIĊINALI Attwalment jeżistu ftit inqas minn 700 persuna li, minħabba mard jew kundizzjonijiet par­ti­kolari, qegħdin jikkuraw lilhom infushom permezz tal-kannabis mediċinali wara li applikaw mal-awtoritajiet rispettivi u ġabu l-permess neċessarju biex jixtruha direttament minn spiżerija. Meħud kont tan-numru ta’ pazjenti involuti u l-perjodu re­lat­tivament qasir mindu fl-2018 ġiet emendata l-Liġi dwar id-Dipendenza tad-Drogi (Rijabilitazzjoni Mhux Priġunerija) biex tippermetti tali konsum ta’ kannabis mediċinali, tagħmel iżjed sens il-politika tal-Gvern li fl-aħħar snin ippermetta l-bidu ta’ industrija simili fostna. Din il-politika u l-bdil fil-liġi relatata wkoll sabet l-appoġġ tal-Caritas li riċentament ukoll stqarret li “liġi dwar il-kannabis mediċinali kellha passi ’l quddiem peress li l-kannabis għandha proprjetajiet mediċi u li meta jiġu użati abbażi ta’ riċerka, ikunu ta’ benefiċċju għall-pazjent.” Ix-xahar li għadda, din il-gaz­zetta rrapportat kif kumpanija partikolari Iżrealita li qed topera minn Ħal Far, ħabbret li tinsab qrib li tpoġġi fis-suq lokali l-ewwel kannabis mediċinali prodotta f ’pajjiżna stess. Grazzi għall-possibbiltà li tuża wkoll il-faċilità li għandha għar-riċerka u l-iżvilupp, il-kumpanija Panaxia mistennija tespandi wkoll lejn diversi swieq oħrajn Ewropej. Tkompli f’paġna 5

F’DIN L-ERA TAL-JUNCTIONS Fi żvilupp mifrux f’diversi arterji tat-toroq tagħna li qed iseħħ minn Infrastructure Malta, illum qed nelenkaw 13-il proġett ewlieni li qed jibdlu wiċċ Malta b’iżjed rotot siguri, bi vjaġġar eħfef, b’ferm inqas traffiku u, allura, b’inqas tniġġis ukoll. Rapport f’paġni 6 u 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.