L-AWTORITÀ TA’ GRECH SFIDATA FIL-PUBBLIKU Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar, 2021
Ħarġa Nru 1,438
Prezz €1
Rapport f’paġna 4
MARSAXLOKK GĦALL-KENN Bil-ħolqien tal-breakwater ta’ 110 metri fiż-żona tal-Qrejten f’Marsaxlokk, li tlesta din il-ġimgħa, twettqet ħolma għal dan ir-raħal tradizzjonali Malti u s-sajjieda li joperaw minnu. L-investiment ta’ €4 miljun, kofinanzjat minn fondi Ewropej, hu biss wieħed minn numru ta’ proġetti marittimi ta’ Infrastructure Malta, anke jekk hi iżjed assoċjata mal-bini u l-irranġar tat-toroq. Minbarra l-akbar proġett ta’ €50 miljun tal-Grand Harbour Clean Air Project, li se jnaqqas b’90% it-tniġġis ikkawżat minn cruise liners fil-Port il-Kbir, l-aġenzija qed tibni mill-ġdid għadd ta’ mollijiet fil-Bajja ta’ San Tumas u fiż-Żonqor ta’ Wied il-Għajn, fil-Port tal-Imġarr, Għawdex, fl-inħawi tat-Toqba fil-Birgu, puntuni fil-Magħluq ta’ Marsaxlokk stess u faċilitajiet ġodda għal-laneċ talpassiġġieri f’Tas-Sliema u f’Bormla.
FAMILJI U NEGOZJI JIRKUPRAW AKTAR MINN NOFS ID-DJUN MAL-BANEK LI TPOĠĠEW TAĦT MORATORJU REĠGĦU BDEW JITĦALLSU LURA … MAD-9,000 FAMILJA DIĠÀ QAMU FUQ SAQAJHOM GRAZZI GĦALL-MIŻURA T’APPOĠĠ MILL-GVERN Ċifri mill-Bank Ċentrali dwar il-moratorju li kien permess fuq id-dejn mal-banek kummerċjali, bħala parti mill-miżuri t’għajnuna li introduċa l-Gvern, joffru indikazzjoni tajba li l-qagħda tal-familji u n-negozji qiegħda tirkupra mill-għafsa li rriżultat bil-pandemija tal-COVID-19. Fil-fatt, analiżi ta’ statistika, li toħroġ kull xahar, tindika li, fl-aħħar xhur, aktar minn nofs id-djun li fuqhom intalab moratorju, issa bdew jitħallsu lura. Dawn jinkludu aktar minn 9,000 kont ta’ familji li l-pandemija xxottatilhom id-dħul finanzjarju tagħhom u allura rrikorrew għal din l-għajnuna mill-Istat. Bin-nifs li kien qed jingħata mill-piż tad-djun u l-imgħaxijiet fuqhom, fl-eqqel tal-kriżi f’Ġunju li għadda aktar minn 11,000 familja u kważi 2,500 negozju sabu refuġju fil-miżura tal-moratorju. Dan fisser li familji u negozji milqutin ħażin mill-pandemija u r-restrizzjonijiet imposti setgħu jitolbu li, għal xi żmien, ma
MARZU
APRIL
MEJJU
ĠUNJU
LULJU
AWWISSU
SETTEMBRU
OTTUBRU
NOVEMBRU
FAMILJI Numru ta’ djun Ammont ta’ djun (€ miljun)
1,836
5,656
6,961
11,330
7,399
7,207
6,022
3,732
2,074
157
491
610
621
642
627
554
337
188
NEGOZJI Numru ta’ djun Ammont ta’ djun (€ miljun)
885
1,672
1,883
2,475
2,226
2,613
2,314
1,703
1,012
330
764
941
1,066
1,169
1,300
1,243
1,021
737
jħallsux l-imgħax u l-pagamenti fuq id-dejn li kellhom malbanek. Stħarriġ ippubblikat din il-ġimgħa mill-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji wera li 77% tan-negozji lokali fil-fatt ma kellhom l-ebda ħtieġa li jirrikorru għal din
il-miżura. Meta bdiet il-pandemija, banek kummerċjali bdew joffru moratorju volontarju fuq id-djun lil dawk li kellhom l-attività tagħhom affettwa ta mill-pandemija, waqt li mbagħad f’April iddaħħal
moratorju uffiċjali permezz ta’ direttiva mill-Bank Ċentrali li japplika għal sitt xhur, bil-possibbiltà ta’ estensjoni ta’ sitt xhur oħra. Ġimagħtejn ilu, il-Bank Ċentrali xorta ħabbar li, wara konsultazzjoni mal-Ministeri
għall-Finanzi u għas-Saħħa, se jkun qed jestendi l-perjodu sa Marzu għal min irid japplika għall-moratorju jew jitlob estensjoni għal dak eżistenti, fejn hu applikabbli. Tkompli f’paġna 9