Il-Ħadd, 28 ta’ Marzu, 2021
Ħarġa Nru 1,446
Tinsiex li l-lejl li għadda kellek iddawwar l-arloġġ għall-ħin tas-sajf! Fis-02:00 mexxejnieh b’siegħa ’l quddiem għat-03:00
Prezz €1
BQAJNA NŻIDU L-IMPJIEGI ANKE FIL-PANDEMIJA Il-Labour Force Survey għall-aħħar kwart tal2020 ikkonferma li, kontra dak li qed jiġri f’pajjiżi madwarna, f’pajjiżna l-impjiegi fulltime komplew jiżdiedu minkejja l-pandemija. Fil-fatt, bejn Ottubru u Diċembru li għadda kien hemm 2,753 persuna iżjed f’impjieg full-time meta jitqabblu mal-istess perjodu tal-2019 tliet xhur qabel intlaqatna mir-riperkussjonijiet drastiċi tal-imxija globali. Meta l-pandemija laqtet lil pajjiżna f’Marzu kien hemm tnaqqis ta’ 666 impjieg full-time. Minkejja dan, il-pakketti vasti ta’ għajnuna mingħajr preċedent li ġew offruti mill-ewwel mill-Gvern, flimkien mal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun malajr dawru dan l-impatt. Fil-fatt, fl-aħħar kwart tal-2020, l-ammont ta’ ħaddiema full-time kien żdied għal 229,255 jew 1.2% iżjed fuq sena qabel. Interessanti f’dan il-perjodu ta’ sfida hu li ma kienx hemm tnaqqis fl-ispirtu ta’ intrapriża lokali. Wara tnaqqis fis-self-employed bejn l-aħħar kwart tal-2019 u l-ewwel kwart tal2020, fix-xhur ta’ wara kien hemm żieda qawwija u fl-aħħar kwart tal-2020 kien hemm 41,780 irreġistrati bħala tali jew 546 aktar mill-istess żmien sena qabel.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li pajjiżna issa jinsab proprju fil-quċċata tal-pajjiżi kollha madwar id-dinja fejn, ras għal ras, qed jingħataw l-aktar tilqim kontra l-COVID-19, fl-istess ħin li inqas Maltin qegħdin jiġu infettati bil-virus, kontra x-xejra Ewropea.
Tkompli f’paġna 6
Rapport f’paġna 9
AGIUS U SPITERI MIRI ĠODDA JISSOKTAW IL-MANUVRI BIEX IL-PN JEĦLES MINN ESPONENTI OĦRAJN LI MHUMIEX MEQJUSIN “TA’ ĠEWWA” Għaddejjin manuvri fini, imma aggressivi, biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jeħles internament minn xi wħud li, f’għajnejn l-establishment, mhux meqjusin bħala “tal-qal ba”. Tali tattiċi ta’ tradiment, li servew tajjeb fil-konġura biex jitwarrab min-nofs l-Eks Kap Adrian Delia f’Ottubru tas-sena l-oħra, għal darb’oħra qed jitmexxew mid-Depu tat Jason Azzopardi u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech joqgħod għalihom. Sorsi mill-PN, li tkellmu ma’ din il-gazzetta, irrimarkaw li l-Viċi Kap David Agius u d-Deputat Stephen Spi teri diġà jinsabu fil-mira ta’ dawn l-azzjonijiet, li jinkludu b’mod partikolari l-ippompjar ta’ stejjer relatati mal-individwi jew l-iskreditar personali tagħhom. Il-KullĦadd hi infur mata li, għal dan il-għan, ġew instigati attakki diretti minn ċerta midja u l-blogg ta’ Manuel Delia fuq it-Tabib Spiteri u Agius rispettivament.
BERNARD GRECH
JASON AZZOPARDI
Tkompli f’paġna 4
STEPHEN SPITERI DAVID AGIUS