KullĦadd_24.10.2021

Page 1

ĦAMES BAĠITS B’IŻJED MINN COLA DOPPJA LILL-PENSJONANTI Il-Ħadd, 24 ta’ Ottubru, 2021

L-IŻJED FL-UE LI GĦANDNA JIEM F’LEAVE Pajjiżna bl-akbar għadd ta’ leave mħallas fl-UE kollha wara l-miżura biex jintraddu lura l-festi fi tmiem il-ġimgħa Bid-deċiżjoni politika tiegħu erba’ snin ilu li jreġġa’ lura l-emenda fil-liġi li kienet neħħiet il-kumpens ta’ ġurnata leave għal kull festa li taqa’ fi tmiem il-ġimgħa, Gvern Laburista tella’ l-ammont minimu ta’ leave annwali mħallas f’pajjiżna għall-aħjar li jeżisti fl-Unjoni Ewropea kollha. Stħarriġ mill-Eurofound, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Tit­jib fl-Għajxien u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, sab li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin illum igawdu mill-ogħla ammont ta’ leave mħallas anke f’dawk is-snin li jinzertaw bl-inqas ammont (2) ta’ festi fi tmiem ilġimgħa. Meta jkun hekk biss (kif se jinzerta fl2023), xorta naqsmu l-ewwel post mal-Lussemburgu b’26 ġurnata leave għal kull ħaddiem. Mill-bqija fis-snin l-oħrajn naqbżu lil kull pajjiż ieħor fl-għadd minimu ta’ leave annwali statutorju. Fis-snin bl-akbar għadd (6) ta’ festi fi tmiem il-ġimgħa, kif se tkun l-2024, allura l-Maltin u l-Għawdxin igawdu minn għaxart ijiem iżjed leave mill-bqija tal-ħaddiema fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej.

L-istħarriġ ta’ Eurofound jgħid eżatt bil-kontra tas-sitwazzjoni li pprova jpinġi Bernard Grech Dan jikkontradixxi l-impressjoni li pprova jagħti l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fir-replika tiegħu għall-Baġit 2022 it-Tnejn li għadda, fejn indika li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin ma jgawdu mill-ebda ħin ta’ mistrieħ għalihom infushom jew biex iqattgħuh mal-familji tagħhom. Fl-istudju tagħha, Eurofound qalet li d-Direttiva tal-Ħin tax-Xogħol tistabbilixxi li “stati membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal leave imħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat kull sena”, li “m’għandhomx ikunu mibdulin minn benefiċċju in lieu”. Waqt li l-maġġoranza tal-pajjiżi membri – 19 minn 27 – jintitolaw il-minimu ta’ 20 jum fis-sena, skont kif indikat fid-Direttiva, Malta għandha mill-inqas 24 ġurnata, l-ekwivalenti ta’ 192 siegħa, bi ħlas, li jiżdiedu mal-ammont ta’ festi li jinzertaw fi tmiem il-ġimgħa u li jvarjaw minn minimu ta’ tnejn għal massimu ta’ sitta. Ma’ dawn pajjiżna jgawdi wkoll minn festi pubbliċi fost il-ġimgħa, li flimkien jammontaw għal 14 kull sena.

Tkompli f’paġna 7

Ħarġa Nru 1,476

Prezz €1

Rapport f’paġni 6 u 7

ID-DIFFERENZA POLITIKA ĊARA Ħarsa analitika tad-diskorsi li saru mill-mexxejja politiċi din il-ġimgħa b’reazzjoni għall-Baġit 2022 … il-fatti li jnisslu fiduċja mill-Gvern kontra l-iżbalji u l-provokazzjoni mill-Oppożizzjoni

Diversi fatturi kkontribwixxew għal differenza ċara li ħarġet bejn id-diskors tal-Prim Ministru Ro­ bert Abela u dak tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech meta fil-bidu ta’ din il-ġimgħa t-tnejn kienu qegħdin jirreaġixxu fil-Parlament għall-preżentaz­ zjoni tal-Baġit għas-sena d-dieħla, ġimgħa qabel. F’analiżi dettaljata li għamilna taż-żewġ messaġġi, li twass­lu nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għadda, ħriġna wħud mid-differenzi li spikkaw.

Minn din stajna nisiltu b’mod faċli r-riżultati pożittivi u l-fatti, li qegħdin jitgawdew illum, u l-isfidi u l-viżjoni għall-ġejjieni ta’ pajjiżna, li fuqhom ibbaża l-argumenti kollha tiegħu l-Mex­ xej Laburista. U bil-maqlub, mid-diskors partiġjan tal-Kap Nazz­­jo­nalista sibna li dan iżjed kien ikkaratterizzat, b’mod speċjali, minn żbalji banali u provokazzjoni kontinwa min-naħa tiegħu kontra għadd ta’ membri tal-Gvern.

Rapport f’paġni 4 u 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.