L-AUSTRALIA HALL SE TIĠI RESTAWRATA Il-Ħadd, 22 ta’ Novembru, 2020
Ħarġa Nru 1,428
Prezz €1
Rapport f’paġna 5
TIBDIL FI GVERN IŻJED B’SAĦĦTU Żewġ uċuħ ġodda fil-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela u ċaqliq ta’ numru ta’ Ministeri wara reshuffle lbieraħ filgħaxija CLYDE CARUANA jaqleb minn Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru għal Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol. Postu se jieħdu GLENN MICALLEF. L-Eks Membru Parlamentari Ewropew MIRIAM DALLI maħtura Ministru responsabbli mill-Enerġija, Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. JUSTYNE CARUANA tirritorna issa bħala Ministru għall-Edukazzjoni, waqt li CLAYTON BARTOLO promoss għal Ministru għat-Turiżmu. Il-Prim Ministru Robert Abela saħħaħ it-tim tat-tmexxija tiegħu b’reshuffle, li tħabbret ilbieraħ filgħaxija, fejn Clyde Caruana u Miriam Dalli huma żewġ membri ġodda fil-Kabinett il-ġdid tiegħu. Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalet li dawn se jkunu qed imexxu l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Enerġija, Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli rispettivament, waqt li Justyne Caruana, li f’din il-leġiżlatura kienet serviet ukoll bħala Ministru għal Għawdex, issa se tokkupa l-pożizzjoni ta’ Ministru għall-Edukazzjoni. “Il-bidliet ikomplu jikkaratterizzaw il-Kabinett bħala wieħed ta’ talent u magħqud, b’element qawwi ta’ żgħażagħ u bilparteċipazzjoni tan-nisa kollha fil-Grupp Parlamentari tal-Gvern. Il-prijorità tal-Prim Ministru f’dawn id-deċiżjonijiet kienet li l-pajjiż ikompli miexi b’saħħtu ’l quddiem billi jwettaq iktar bidliet u riformi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u l-Maltin,” qalet l-istqarrija. L-eżerċizzju tal-bieraħ, li beda minn kmieni filgħodu, ukoll ippromwova lil Clayton Bartolo għal Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Sal-bieraħ hu kien jokkupa r-rwol ta’ Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji taħt il-Professur Edward Scicluna, li mill-bidu tas-sena se jkun qed jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali wara li jintemm il-perjodu ta’ Mario Vella. Tkompli f’paġna 7
179 ŻWIEĠ TAL-ISTESS SESS MILL-2017 Kien hemm 179 koppja tal-istess sess f’pajjiżna li wiegħdu l-imħabba u l-fedeltà lejn xulxin meta żżewġu bir-reġistru mill2017 ’l hawn. Meħud kont li l-liġi nbidlet f’nofs l-2017 u din is-sena kull tip ta’ żwieġ ma setax isir minħabba r-restrizzjonijiet
imposti fil-pandemija tal-COVID-19, allura dan l-għadd ta’ żwiġijiet kien irreġistrat f’inqas minn tliet snin. Tagħrif, li ngħata din il-ġimgħa filParlament, wera li, waqt li l-ewwel sena kellha numru żgħir ta’ żwiġijiet irreġistrati
f’pajjiżna, matul is-sena li għaddiet kien hemm l-akbar ammont irreġistrat s’issa. Mill-għadd totali sal-lum, il-gżira Għawdxija għadha rreġistrat biss erba’ żwiġijiet simili u tlieta seħħew proprju fl2019.
Tkompli f’paġna 9