COVID-19
KAŻI POŻITTIVI
73
KAŻI LI FIEQU
2
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 22 ta’ Marzu, 2020 Ħarġa Nru 1,393
FADAL ĦAFNA BARRA
Mat-800 laħqu daħlu lura sakemm twaqqfu t-titjiriet; ħafna oħrajn talbu l-għajnuna għal ripatrijazzjoni Xejn inqas minn 819-il persuna, inklużi barranin residenti fostna, irritornaw Malta wara l-appelli persistenti tal-Gvern u d-deċiżjoni tiegħu li jwaqqaf ittitjiriet lejn pajjiżna mat-tokki ta’ nofsillejl ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda. Minkejja dan, jirriżulta lillKullĦadd li l-Ministeru għallAffarijiet Barranin kien għadu sal-bieraħ jiffaċċja talbiet ta’ ħafna oħrajn li għadhom imferrxin f ’pajjiżi oħrajn u issa jixtiequ jiġu lura. Għal darb’oħra l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta kellha rwol ċentrali biex tassisti l-Gżejjer Maltin f ’dan kollu u f ’dan iż-żmien diffiċli bħala riżultat tal-pandemija talCOVID-19, tant li fl-aħħar ftit ġimgħat addattat għaċċirkostanzi li kienu qed jinbidlu kontinwament. Dawk il-vjaġġaturi kollha, li ma rnexxilhomx jirritornaw Malta sa tmiem il-ġurnata tal-Ġimgħa li għadda, setgħu biss jikkuntattjaw lis-Situation Centre fuq +356 22042200 jew sitcen.mfea@gov. mt fi ħdan il-Ministeru għallAffarijiet Barranin sa mhux aktar tard mill-ġurnata tal-bieraħ. Fi stqarrija mill-Ministeru ngħad li l-assistenza setgħet tiġi pprovduta biss lil dawk li laħqu rreġistraw sal-bieraħ. Waqt li mhux magħruf kemm kien l-għadd ta’ talbiet li saru sa nofsillejl tal-bieraħ, din ilgazzetta hi infurmata li salĠimgħa kienu saru iżjed minn 9,000 telefonata fuq il-linja speċjali, flimkien ma’ kważi 3,400 email li ntbagħtu. L-awtoritajiet qed jipprovaw jikkonċentraw it-titjiriet lura minn Heathrow f ’Londra tant li qed jissuġġerixxu lil dawk li għadhom f ’xi pajjiż ieħor biex sadanittant jipprovaw jivvjaġġaw lejn il-kapitali Ingliża. Tkompli f’paġna 11
Ara rapport f’paġna 7
Prezz €1
INQAS AĊĊIDENTI FI TRIQ IL-KOSTA WARA L-PROĠETT Rapport f’paġni 4 u 5
L-AKBAR GĦAJNUNA U TISTA’ TERĠA’ TIŻDIED IL-PAKKETT IMĦABBAR MILL-PRIM MINISTRU L-ERBGĦA MHUX BISS M’GĦANDUX PREĊEDENTI LOKALMENT IMMA JAQBEŻ UKOLL L-ASPETTATTIVA TAL-KUNSILL EWROPEW Il-Gvern Malti ħabbar l-ewwel pakkett komprensiv ta’ miżuri li bihom qed jibda l-ġlieda kontra l-effetti ekonomiċi tal-COVID-19, jumejn biss wara li l-Kunsill Ewropew ħabbar li l-istati membri għandhom jieħdu miżuri fiskali ta’ mill-inqas 1% tal-ġid nazzjonali u miżuri li jżidu l-likwidità b’10% tal-Prodott Gross Domestiku. B’kuntrast, il-miżuri fiskali li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministri Edward Scicluna u Silvio Schembri, jilħqu l-1.5% tal-ġid nazzjonali, waqt li joffru likwidità ta’ 11.4% tal-Prodott Gross
Domestiku. Dan ifisser li, waqt li l-Unjoni Ewropea rrakkomandat lilna pakkett t’għajnuna ta’ madwar €1.5 biljun, ilGvern Malti ħabbar miżuri li jlaħħqu l-€1.8 biljun. Għal kull €10 miljun f’għajnuna li rrakkomandaw l-esperti Ewropej, il-Gvern Malti fil-fatt se jkun qed iwettaq €12-il miljun. Anke jekk dan diġà hu meqjus bħala abbundanti, jirriżulta li l-pakkett sħiħ jista’ jkun li jerġa’ jitjieb ladarba fl-aħħar jiem komplew il-laqgħat mal-imsieħba soċjali li, min-naħa tagħhom, qed jisħqu li l-€1.8 biljun
mhux se jkunu biżżejjed biex jiġu salvati l-impjiegi. Nhar l-Erbgħa l-Gvern ħabbar li mhux se jiġbor taxxi għax-xahrejn li ġejjin – miżura li mistennija tħalli mas-€700 miljun fi bwiet l-intrapriżi u s-self-employed lokali. Fl-istess ħin, tħabbar li l-Gvern se jkun qed jagħti garanziji li jlaħħqu d-€900 miljun, billi juża l-flus miġburin mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP), dak li kieku kien għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista qatt ma kien jeżisti. Tkompli f’paġna 6