NIFS LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI FUQ €1.27B DJUN Rapport f’paġni 4 u 5
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ Ġunju, 2020 Ħarġa Nru 1,406
Prezz €1
QAGĦDU JFETTQU FUQ PARTIT ĠDID LI RIEDU ISMU Niżvelaw kif ix-xahar li għadda l-Oppożizzjoni oġġezzjonat fil-Kummissjoni Elettorali fuq applikazzjoni għal partit ġdid, bl-iskop li l-PN ikun jista’ juża l-istess isem hu … jemmnu li t-tibdil fl-isem u l-motto huma soluzzjoni għall-eżistenza Minkejja li tħabbar li l-Eżekuttiv Nazzjonalista ma qabilx li jibdel xi virgola fl-isem jew il-motto tal-Partit, jirriżulta lil din il-gazzetta li l-Kap Adrian Delia kien assolutament favur li jinbidel radikalment l-isem, avolja fl-aħħar xhur qagħad ħafna attent li jżomm ’il bogħod minn kull kontroversja. Meta esprima fehemtu kien biss dwar il-possibbiltà li l-motto jinbidel minn “Religio et Patria” għal “Għas-Servizz Tiegħek”. Diversi esponenti Nazzjonalisti ħarġu qatta bla ħabel kontra kull bdil fl-isem, partikolarment dawk mill-faxxa Konservattiva. Iżda tant kemm Delia kien u għadu konvint li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jibdel ismu biex jipprova jibda jikseb lura xi kredibbiltà u jinfatam minn dellijiet tal-imgħoddi, li fl-aħħar ġimgħat ġiegħel lir-rappreżentanti tiegħu fuq il-Kummiss joni Elettorali biex isibu x-xagħra fl-għaġina f ’applikazzjoni formali għar-reġistrazzjoni ta’ partit ġdid bl-isem ta’ Partit Popolari. Din l-applikazzjoni ddaħħlet għand il-Kummissjoni Elettorali f ’nofs Mejju li għadda minn Paul Salamone bħala Mexxej, Adriano Spiteri s-Segretarju Ġenerali u Mario Attard bħala Teżorier. Jirriżulta lil din il-gazzetta li mindu dan
ġie għall-attenzjoni tagħhom ftit jiem wara, l-erba’ rappreżentanti tal-PN fuq il-Kummissjoni Elettorali bdew ifettqu fuq diversi affarijiet, partikolarment l-isem. Kemm Partit Popolari kif ukoll Partit Nazzjonali tal-Poplu kienu żewġ ismijiet suġġeriti mill-Eks Ministru Nazzjonalista Louis Galea, li tqabbad minn Delia nnifsu biex imexxi r-riforma. Għalhekk it-tfettiq tar-rappreżentanti talPN fuq il-Kummissjoni Elettorali seta’ jindika biss li Delia kellu l-intenzjoni li jirreġistra dan l-isem hu ladarba jiġi approvat mill-Eżekuttiv. Iżda għal darb’oħra reġa’ ssottovaluta lill-estremisti fil-Partit tiegħu stess. Partiti Nazzjonalisti għadhom sallum assoċjati sew ma’ żmien il-Faxxiż mu fl-Ewropa, inkluża l-emblema użata bi sfond iswed, magħrufa bħala “l-Maduma”. Delia, li ġie elett Kap bl-għajta ta’ “New Way”, esprima ruħu diversi drabi dwar kif il-PN għadu maqbud ostaġġ tal-imgħoddi. Tkompli f’paġna 6