KullĦadd_19.04.2020

Page 1

IL-GALBU FIL-FINANZI PUBBLIĊI LI SE JRENDI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 19 ta’ April, 2020

Ħarġa Nru 1,39

Ara paġni 4 u 5

Prezz €1

Titjib Finanzi Pubbliċi 2021 Danimarka MALTA Awstrija Portugall

% 6.8 6.8 5.5 5.2

IL-BINI TAL-HOUSING SOĊJALI B’RITMU MGĦAĠĠEL

Ara paġna 3

KULLĦADD AKTAR QRIB! Tħallix it-titlu jqarraq bik! Fi żminijiet li qed nintalbu nżommu d-distanzi bejnietna, minn din il-ġimgħa qed inniedu s-servizz li nwasslulek ilgazzetta KullĦadd fil-kumdità ta’ darek bla ebda spejjeż żejda. Fil-fatt, bl-istess prezz ta’ €1 biss, int jista’ jkollok din l-istess gazzetta favorita tiegħek direttament fid-dar kull nhar ta’ Ħadd, mingħajr il-ħtieġa li toħroġ tixtriha. B’hekk, filwaqt li nżommuk aġġornat, anke bi stejjer esklussivi, irridu nkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna lill-awtoritajiet filġlieda kontra l-pandemija talCOVID-19. Li trid tagħmel biex tibda tgawdi mis-servizz huwa li ċċempel fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq in-numru tattelefown 21249900. Grazzi bil-quddiem!

BDEJNA T-TRIQ TA’ STABBILTÀ?

BIL-KAŻI ATTIVI LLUM SIMILI GĦAL DAWK LI KELLNA GĦAXART IJIEM ILU, FTIT KAŻI QED JIŻDIEDU KULJUM U FEJQAN KOSTANTI JIXHDU LI AKTARX BDEJNA NDAWRU FAVURINA L-ĠLIEDA KONTRA L-PANDEMIJA Għadd ta’ fatturi pożittivi li ġew irreġistrati flaħħar jiem fil-ġlieda kontra l-pandemija talCOVID-19 jindikaw probabbiltà kbira li Malta waslet fil-perjodu ta’ stabbiltà (plateau) bil-każi infettati u li diġà laħqet il-quċċata tal-kurva. Kemm-il darba dan hu l-każ, allura l-fażi li jmiss tkun dik għan-niżla biex jibdew jonqsu regolarment in-numru ta’ każi attivi. Fil-fatt jirriżulta li sal-bieraħ waranofsinhar Malta kellha 324 każ attiv ta’ Coronavirus, ammont li bejn wieħed u ieħor ġie rreġistrat għa­xart ijiem ilu, anke jekk dakinhar kellna t-tieni l-akbar żieda rreġistrata f ’ġurnata waħda – 38 każ. Jumejn qabel, fis-7 t’April, ukoll konna rreġistrajna l-ogħla żieda – 52 każ f ’daqqa. Wara li fil-bulettin tagħha lbieraħ irreġistrat

erba’ każi ġodda ta’ persuni infettati u tmienja oħrajn li fiequ, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ġiet iffaċċjata b’mistoqsijiet f ’dan ir-rigward. Waqt li kienet qed twieġeb lill-ġurnalista ta’ ONE News, Kelly Peplow, li staqsiet kemm hu l-perjodu li jrid jgħaddi qabel jiġi ddikjarat li Malta tinsab proprju f ’dan il-perjodu ta’ stabbiltà, il-Professur Gauci evitat milli tagħti ċifri speċifiċi. Anke jekk indikat li ninsa­bu fit-triq it-tajba, saħqet li fadal biex il-pajjiż jibda jerħi l-miżuri li bdew jiddaħħlu mix-xahar li għadda. Tkompli f’paġna 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.