KullĦadd_17.05.2020

Page 1

IT-TIELET L-AĦJAR RATA TA’ INFERMIERI FL-UE KOLLHA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 17 ta’ Mejju, 2020

Ħarġa Nru 1,401

Rapport f’paġna 5 Prezz €1

€60 MILJUN F’BENEFIĊĊJI LILL-FAMILJI Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li matul is-sena li għaddiet aktar minn €60 miljun tħallsu f ’benefiċċji lill-familji Maltin u Għawdxin. Dan joħroġ minn studju li ppubblika l-istess NSO filJum Internazzjonali tal-Familja u li minnu jirriżulta li €37.7 miljun tħallsu f ’benefiċċju tat-tfal (children’s allowance) lil 42,679 benefiċjarju. L-istudju jikkwota wkoll l-aħħar stħarriġ Ewropew dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien li minnu jirriżulta li f ’perjodu ta’ erba’ snin, in-numru ta’ tfal taħt it-tliet snin li jattendu ċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal aktar milli rdoppja. Fil-fatt, jirriżulta li bis-saħħa tal-miżuri ta’ childcare b’xejn għal kulħadd, bejn l-2014 u l-2018 ġiet irreġistrata żieda ta’ 3,566 tifel u tifla li jattendu f ’dawn iċ-ċentri. Il-politika tal-Gvern favur il-familja wkoll wasslet għal żieda qawwija ta’ 16% ta’ ommijiet u missirijiet fis-suq lokali tax-xogħol. L-istudju, li jikkwota mil-Labour Force Survey, juri li matul is-sena li għaddiet 79,912-il ġenitur – 45,954 missier u 33,958 omm – kienu fis-suq tax-xogħo­l. L-NSO żied jirrapporta li bejn l-2015 u l-2019, ġiet irreġistrata żieda fis-salar­ ju bażiku annwali kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Fl-2019, is-salarju medju għall-ommijiet kien ta’ €17,859 waqt li l-missirijiet kellhom salarju medju ta’ €24,722. Imqabbel mal-2015, din kienet tfisser żieda ta’ 16% u 21% fis-salarju medju tal-ommijiet u tal-missirijiet rispettivament. L-istatistika tiżvela wkoll li fis-snin kollha bejn l-2015 u l-2019, l-aktar impjieg komuni għall-ommijiet kien relatat mas-settur tas-servizzi u l-bejgħ. Fl-istess waqt ġiet innotata bidla fix-xorta ta’ impjiegi għall-missirijiet. Waqt li fl-2015 u fl-2016, ħafna kienu impjegati f ’oqsma marbuta ma’ xi snajja’, mill-2017, aktar missirijiet bdew jokkupaw karigi fi rwol maniġerjali. Is-sena li għaddiet l-ommijiet b’impjieg full-time kienu jammontaw għal madwar 67%, żieda ta’ aktar minn 5% meta mqabbel ma’ erba’ snin qabel. L-istħarriġ tal-NSO ta ħarsa wkoll lejn l-istrutturi ta’ kif inhuma komposti l-familji Maltin u Għawdxin. Minn dan joħroġ li matul l-2018 iż-żwiġijiet naqsu b’4% meta mqabbel ma’ sena qabel. F’din l-istess sena, is-separazzjonijiet irreġistraw l-inqas livell bi tnaqqis ta’ kważi 7% meta mqabbel mal-2017. Bil-maqlub, l-għadd ta’ divorzji ammonta għal 433 fl-2018, żieda ta’ 9% fuq l-2017. Ta’ min jinnota li ż-żwiġijiet, is-separazzjonijiet u d-divorzji rreġistraw l-ogħla numri fl-2016 b’total ta’ 3,034 żwieġ, 701 separazzjoni u 500 divorzju.

Id-Deputat Nazzjonalista mwissi diversi drabi mill-Pulizija f’parti mill-filmat imxandar waqt Pjazza

“AĠIR SKANDALUŻ” LI JFIXKEL L-ORDNI ILMENT FORMALI MAL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS BIEX JINVESTIGA LIL KAROL AQUILINA FL-INĊIDENT TA’ SENA ILU FEJN FIXKEL SKORTA TAL-PULIZIJA MA’ MINISTRU BARRANI LI KIEN FI ŻJARA F’PAJJIŻNA Il-mod kif id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fixkel il-ħidma ta’ uffiċjali tal-Pulizija waqt li kienu qed jeskortaw diplomatiku barrani fi żjara f ’pajjiżna se jiġi investigat mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler wara li ntalab jagħmel dan mill-ġurnalist u preżentatur tal-programm televiżiv popolari Pjazza Karl Stagno Navarra, li żvela l-filmat għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Il-filmati minn xi żmien is-sena li għaddiet urew delegazzjoni ta’ ministru barrani, akkumpanjata minn żewġ pulizija mit-taqsima tat-traffiku, fi triqitha lejn il-Belt Valletta fejn kellha sseħħ

laqgħa mal-Prim Ministru. Fi Triq Diċembru Tlettax, tidher karozza skura misjuqa mid-Deputat Aquilina li ma obdiex l-ordnijiet biex jitfa’ malġenb, kif għamlu l-vetturi l-oħrajn, anzi beda jidħol fin-nofs tal-vetturi tad-delegazzjoni u jipperikola s-saħħa tas-sewwieqa tal-muturi. Minbarra hekk, baqa’ jsuq bl-istess veloċità mad-delegazzjoni u għadda minn fuq id-dawl aħmar ta’ zebra crossing biex jagħmel dan. Tkompli f’paġna 4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.