KullĦadd_17.03.2019

Page 1

www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,340 Prezz €1

ĦĠIEĠ U DEHEB. XOGĦOL L-ARTIST PIERRE PORTELLI. NIŻVELAW IT-TIFKIRA ARTISTIKA GĦAL JUM IL-ĦELSIEN.

ĠUSTIZZJA! Ir-ritratt hawn fuq ittieħed proprju bħal din il-ġimgħa għaxar snin. Dakinhar il-Partit Laburista kien beda l-proċess għal ġustizzja għal dawk li nsterqu bit-taxxa mħallsa żejda fuq il-karozza. Proprju fl-għaxar anniversarju minn dan

ir-ritratt tħabbru d-dettalji biex il-wegħda tkun twettqet b’mod sħiħ. Illum infakkru kif il-Partit Nazzjonalista kien oppona bil-qawwa għal dan. Li kien għalih l-€24 miljun mifruxa fuq 29,000 persuna ma ngħatawx.

NITKELLMU MA’ TABIB YOUTUBER. KUNTENT, IŻDA...

Ara paġna 7

Ara paġna 9

INAĊĊETTABBLI CASA JRID ĠURNALIST JIKXEF IS-SORS

Il-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin iddikjara li hu inaċċettabbli li ġurnalist ikun mitlub jikxef is-sors tiegħu. Hu ntalab jikkummenta l-għada li l-avukat tal-MEP David Casa, id-Deputat Jason Azzopardi, talab fil-Qorti biex l-Editur Maniġerjali tal-MaltaToday, Saviour Balzan jixkef is-sors tiegħu b’rabta ma’ storja fejn kien allegat każ ta’ użu ta’ droga kokaina minn Casa

Ara paġna 5

Il-Ħadd, 17 ta’ Marzu, 2019

u frodi ta’ fondi Ewropej. Intant, il-Partit Laburista qal li Casa ma jistax jittieħed bis-serjetà meta jitkellem dwar l-irwol u l-libertà tal-midja. “Casa jrid jitkellem dwar il-ħarsien tal-whistleblowers fit-Turkija u fid-dinja kollha. Iżda, lill-whistleblowers f’Malta li jitkellmu dwaru jrid ikun jaf min huma biex ikun jista’ jpattihielhom u jattakkahom,” qal il-Partit Laburista. Ara paġna 13


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.