KullĦadd_15.08.2021

Page 1

ĊELEBRAZZJONI TA’ 30 SENA XANDIR MINN ONE RADIO Il-Ħadd, 15 ta’ Awwissu, 2021

Ħarġa Nru 1,466

Prezz €1

Ara paġni 14 u 15

SAJF IEĦOR TA’ INKWIET • Adrian Delia jgħid li jrid isib min qed jivvinta u jmexxi “l-gideb” fuqu • Konfronti diretti f’Għawdex, bħala parti minn gwerra f’Malta • Bernard Grech jerġa’ joħroġ ta’ Kap dgħajjef u mingħajr ebda kontroll Il-problemi serji ta’ kunflitti interni flaħħar jiem ħolqu sitwazzjoni bla kontroll għall-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Waqt li t-tmexxija hi indikata wkoll bħala sors ewlieni tal-problemi, dak li kien qed ibaq­baq fil-kurituri tad-Dar Ċentrali issa qed ifur fil-pubbliku, b’depu­tati minn fazzjonijiet differenti jattak­kaw lil xulxin fid-dieher. Minn attakk mifrux fuq l-Eks Kap Adrian Delia għal manuvri viljakki bħala parti minn rivalità antika f’Għawdex, sorsi jisħqu li l-baħar ta’ inkwiet f’Tal-Pietà għadu biss fil-bidu. Rapporti f’paġni 4 u 5

REKORD GĦAR-REĠISTRU MALTI TAL-AVJAZZJONI Id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta (TM) is-sena li għaddiet irreġistra żieda bla preċedent ta’ ajruplani taħt il-bandiera nazzjonali. Skont ir-rapport annwali tal-Awtorità għall-2020, jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 51.7% jew 182 reġistrazzjoni ġdida fuq is-sena ta’ qabel, fil-maġġoranza tagħhom ajruplani ta’ linji tal-ajru, għal total ta’ 534 ajruplan. Għalkemm mill-2015 lil hawn l-industrija lo-

kali kellha suċċess wara l-ieħor, iż-żieda li kien hemm is-sena li għaddiet ammontat għal iżjed minn nofs iż-żidiet kollha f’dan il-perjodu. Waqt li sitt snin ilu kien hemm madwar 200 ajruplan fuq ir-reġistru Malti, sa tmiem l-2020 kien hemm qabża sinifikanti ta’ 150%. Minbarra hekk, mill-2018 sa Diċembru li għadda n-numru ta’ liċenzji individwali rdoppjaw kawża tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

Ewropea. Mill-ajruplani kollha rreġistrati s-sena l-oħra, rekord ta’ 147 ajruplan huma proprjetà ta’ linji tal-ajru. 30 oħra kienu maqsumin bejn jets kbar (17), jets ta’ daqs medju (1) u dawk żgħar (12). Il-lista miżjuda fuq ir-reġistru nazzjonali jgħaqqduha erba’ ħelikopters u ajruplan żgħir. Tkompli f’paġna 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_15.08.2021 by Kullħadd Editor - Issuu