L-ESTABLISHMENT QED JIŻVIJA DWAR IL-FINANZI TAL-PN Il-Ħadd, 14 ta’ Frar, 2021
Ħarġa Nru 1,440
Prezz €1
Rapport f’paġna 5
Ritratti ta’ JOE CAMENZULI
Għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, ir-renju tal-bluha rriduċa ruħu fl-aktar forma sempliċi din is-sena b’riżultat tar-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija. Mill-karrijiet enormi armati fuq it-trailers, żfin u kostumi li s-soltu jlewnu l-kapitali b’mod partikolari, dan it-tmiem il-ġimgħa tal-Karnival kien rappreżentat biss b’installazzjonijiet statiċi mferrxin f’postijiet prominenti. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ qabel ir-Randan, li jmorru lura għal aktar minn 500 sena, twaqqfu biss meta Malta kienet l-aktar pajjiż ibbumbardjat matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
TA’ DELIA QED JIĠU SKARTATI San Valentinu ma serviex biex jirrikonċilja u jtemm il-firdiet bejn il-fazzjonijiet interni fid-Dar Ċentrali, tant li din il-ġimgħa ssoktaw il-manuvri biex jitqalftu ’l barra iżjed nies li kienu jappoġġjaw lill-Eks Kap Adrian Delia. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li, wara għe xieren ta’ snin jimmilita fil-Partit, Tony Galea kompla jintwera l-bieb ta’ barra din il-ġimgħa wara li ġie sfiduċjat mir-rappreżentanti tal-PN stess fil-Kummissjoni Elettorali u ma jibqax jitqabbad jissorvelja l-proċessi elettorali fis-sala tal-għadd tal-voti. Avolja Galea kien ilu erba’ snin jirrappreżenta lill-Partit f’tali proċessi, issa nġiebet l-iskuża li hu “wisq partiġjan”. Kollox inqala’ wara li, ġimgħa u nofs ilu, Galea u tmien rappreżentanti oħra tal-PN irtiraw mill-elezzjoni f’Tas-Sliema għall-Kumitat Sezzjonali minħabba tgħajjir u block vote li kien qed jinħema kontrihom minn nies li jappoġġjaw lillKap attwali Nazzjonalista Bernard Grech. B’solidarjetà magħhom, irriżenjaw ukoll il-membri fil-kumitat ta’ Bormla. Tkompli f’paġna 4
INVESTIMENT MINGĦAJR PREĊEDENT FIL-ĠUSTIZZJA IŻ-ŻIEDA TA’ TMIEN MEMBRI ĠODDA GĦALL-ĠUDIKATURA, L-INFIQ TA’ €5 MILJUN F’BINJA ĠDIDA U D-DIĠITALIZZAZZJONI TAL-QRATI DIN IS-SENA SE JFISSRU QABŻA ENORMI GĦAL DAN IL-PILASTRU TAD-DEMOKRAZIJA L-2021 se tkun qed timmarka żvilupp pożittiv kbir fil-qasam tal-ġustizzja f’pajjiżna b’investiment bla preċedent li jinkludi żieda fil-membri tal-ġudikatura għall-akbar għadd fl-istorja ta’ 50 persuna, binja ġdida li se tinkludi erba’ awli u 25 uffiċċju u d-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-qrati tagħna, fost oħrajn. Wara s-sejħa pubblika li ħarġet nhar il-Ġimgħa li għadda għall-ħatra ta’ erba’ mħallfin ġodda, fi proċess li fih innifsu hu wkoll rivoluzzjonarju, din il-gazzetta għamlet analiżi tal-iżviluppi kollha li se jkunu qed iseħħu f’dan il-qasam tant importanti għal kull demokrazija. Il-proċess għal imħallfin ġodda awtomatikament se jwassal għal sejħa pubblika oħra
biex jinħatru erba’ maġistrati ġodda, pass ieħor importanti li fit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna taħt l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, li issa qed jerħi kompletament minn idejh il-poter li jkun hu li jagħżel min għandu jinħatar f’dawn ir-rwoli prestiġjużi. Waħda mir-riformi Kostituzzjonali, li twettqu fl-aħħar sena, kienet tinkludi l-metodu kif jinħatru l-imħallfin u l-maġistrati l-ġodda, jiskatta l-proċess li għall-ewwel darba se jkun indipen-
denti mill-Gvern u se jitmexxa b’mod trasparenti mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, presedut mill-Prim Imħallef. Dan il-Kumitat għandu mbagħad jiskrutinja l-applikanti u jissuġġerixxi lista tal-aktar kandidati idonei lill-President tar-Repubblika li jiddeċiedi min għandu jkun maħtur. It-tmien membri ġodda li se jiżdiedu fiż-żmien li ġej se jtellgħu l-għadd tal-membri tal-ġudikatura għal 50. Dan l-akbar ammont ta’ ġudikanti li qatt servew fl-istorja tal-qrati tagħna hu wkoll 11-il membru iżjed minn kemm kien hemm 10 snin ilu taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista meta kienet għadha fid-diskrezzjoni sħiħa tal-Prim Ministru tal-ġurnata li jaħtar lil min irid hu. Tkompli f’paġna 3