Ħarġa Nru 1,496
IL-PJAN TA’ “FAMILJA WAĦDA”
Prezz €1
Il-programm elettorali mniedi mill-Partit Laburista nhar il-Ġimgħa filgħaxija għandu l-għan li jagħmel minn Malta pajjiż isbaħ b’opportunitajiet għal kul ħadd. F’indirizz b’saħħtu u b’viżjoni għall-ġejjieni, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ddeskriva dan il-pjan għall-ħames snin li ġejjin bħala wieħed li jagħmel minn ġensna familja waħda fejn tirrenja l-għaqda. Bl-approvazzjoni unanima fil-Konferenza Ġenerali Laburista f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, Dr Abela qal li b’dan il-programm elettorali se jitfassal pajjiż isbaħ, pajjiż ta’ opportunitajiet indaqs u fuq kollox pajjiż li joffri kwalità ta’ ħajja aħjar. Tkompli f’paġni 16 u 17
F’292 paġna u 1,000 proposta, il-manifest elettorali “Malta Flimkien” iressaq pjan serju bbażat fuq ideat innovattivi u fattibbli li nibtu mill-proċess tal-aħħar snin fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid tal-Partit Laburista … fost l-aktar kliem komuni li wieħed isib fil-manifest hemm “titjib”, “żgħażagħ”, “ambjent” u “pensjonanti”
Rapport f’paġna 7
Rapport f’paġna 11 Ritratt: GARETH DEGIORGIO
Il-Ħadd, 13 ta’ Marzu, 2022
IMWEGĦDIN PROBLEMI “FERM ITWAL” MILL-ARRIVA