TESTIJIET TAL-COVID-19 BIN-NUMRI
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Lulju, 2020
Ħarġa Nru 1,409
Rapport f’paġna 6 Prezz €1
F’PARTIT IEĦOR BIEX IMEXXU OPPOŻIZZJONI Il-Kostituzzjoni tindika li, biex ikun hemm Kap tal-Oppożizzjoni differenti, id-deputati ribelli tal-PN iridu joħolqu partit għalihom jew jissieħbu mal-PD… is-sitwazzjoni tista’ tibqa’ tkarkar sajf sħiħ
Delia jista’ jibqa’ mdendel fil-kariga bl-appoġġ tat-tesserati
Minkejja diversi interpretazzjonijiet li ngħataw fl-aħħar jiem lill-Kostituzzjoni ta’ Malta, speċifikament Artiklu 90 tagħha li jittratta l-ħatra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni fil-pajjiż, jidher li biex din il-kariga Kostituzzjonali tingħata lil deputat ieħor li jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza, allura dan irid l-ewwel ikun kap ta’ partit. L-istess pariri legali jidher li qed jingħataw lill-President tar-Repubblika George Vella, li lbieraħ wera fehmtu pubblikament. Għaldaqstant, biex dan iseħħ, id-deputati ribelli Nazzjonalisti, li din il-ġimgħa sfiduċjaw lillKap Adrian Delia, għandhom biss żewġ għażliet quddiemhom: li joħolqu partit kompletament ġdid, li jkun irid jiġi approvat wara proċess mill-Kummissjoni Elettorali; jew inkella iżjed faċli jingħaqdu fi ħdan il-Partit Demokratiku (PD), li diġà hu rappreżentat fil-Parlament minn Marlene u Godfrey Farrugia, u l-kap tagħhom jinħatar minn ħdanhom. Tkompli f’paġna 3
L-UNIĊI LI SE NIRKUPRAW FL-2021 Fl-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat din il-ġimgħa, Malta hi l-uniku pajjiż li fl-2021 se jkun irkupra d-daqqa kollha li se tkun ħalliet din is-sena l-pandemija tal-COVID-19. Anke jekk b’mod ġenerali l-esperti Ewropej kienu inqas pożittivi mill-aħħar tbassir, ikklassifikaw lil pajjiżna fil-quċċata tal-lista ta’ dawk li se joħorġu bl-inqas tbenġil mis-sitwazzjoni. Fil-verità, waqt li jqisu li d-daqqa fuq pajjiżna se tkun ħarira akbar, taw prospetti aktar pożittivi dwar kemm biħsiebu jikber il-ġid nazzjonali Malti matul is-sena d-dieħla biex ekonomikament immorru lura għal dak li konna s-sena li għaddiet.
Dan bid-differenza ma’ pajjiżi oħrajn li l-ekonomiji tagħhom se jmorru lura anke b’għexieren ta’ snin. L-ekonomija Maltija se tkun uriet mhux biss li hi l-aktar reżiljenti fiż-Żona Ewro, imma li hi l-aktar waħda dinamika b’kapaċità li tirkupra aktar malajr minn ekonomiji oħrajn. Dan huwa l-aqwa ċertifikat li qatt seta’ jingħata lill-politika ekonomika tal-Gvern Laburista. Il-pakketti ekonomiċi mhux talli taffew iddaqqa ekonomika, iżda servew ukoll l-iskop proprju bħala bażi soda għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija talpajjiż. Minkejja l-irkupru fl-2021, għal ħafna pajjiżi
Ewropej il-qagħda ekonomika tagħhom xorta se tibqa’ lura għal dik li kienet fl-2017 jew l-2018. Hu biss filkaż ta’ Malta li hu mbassar li fl-2021 il-ġid nazzjonali jkun reġa’ lura għal dak li kien qabel il-miġja tal-Coronavirus. Dan jirrifletti żewġ fatturi: l-ewwel nett li hu mbassar li Malta se jkollha l-inqas impatt ekonomiku fl-2020 u t-tieni li pajjiżna se jkun l-uniku wieħed li fl-2021 jesperjenza tkabbir b’rata ogħla mid-daqqa ekonomika tal-2020. Tkompli f’paġna 11