KullĦadd_12.04.2020

Page 1

RAĠEL TA’ 84 SENA T-TIELET VITTMA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ April, 2020

Ħarġa Nru 1,396

Rapport f’paġna 6

Prezz €1

QED INSALVAW L-IMPJIEGI Din il-ġimgħa fl-Ewropa bdew ħerġin statistiċi preliminari dwar l-impatt li l-kriżi ekonomika maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 qed ikollha fuq għadd ta’ persuni li jirreġistraw għall-benefiċċju tal-qgħad. Mill-informazzjoni disponibbli jidher ċar li Malta qed jirnexxilha tikkontrolla anke din is-sitwazzjoni, grazzi għall-inċentivi li ġew offruti fil-pakketti mħabbrin mill-Prim Ministru Robert Abela fil-ġimgħat li għaddew, inkluż bi qbil mal-imsieħba soċjali. F’konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat nhar l-Erbgħa, il-Ministru Michael Falzon qal li l-ammont ta’ persuni f ’Malta li applikaw u ngħataw il-benefiċċju addizzjonali għall-qgħad, li ġie introdott minħabba l-COVID-19, kien ilaħħaq il-279. Dan x’aktarx ifisser li l-ammont ta’ persuni jirregistraw issa tela’ għal madwar 2,000 persuna, li xorta jitqabbel ferm tajjeb mas-7,350 persuna jirreġistraw fostna fl-2013 meta nbidel il-Gvern jew mal-madwar 7,900 fi Frar tal-2010 meta pajjiżna laħaq il-massimu fil-qgħad wara l-kriżi ekonomika globali. Tkompli f’paġna 4

RENJU UNIT

950,000

100,000 DANIMARKA

42,847

ĠERMANJA

1,000

IRLANDA

283,037

MALTA

279

FINLANDJA

AWSTRIJA

198,972 SPANJA

302,265

ESTONJA

4,000 SLOVENJA

2,000

L-EWWEL KANNABIS MEDIĊINALI LOKALI QIEGĦDA FIL-QRIB TOĦROĠ SEJĦA GĦAL BODYCAMS Rapport f’paġna 10

II-KUMPANIJA IŻRAELITA PANAXIA BI FTEHIM GĦALL-PRODUZZJONI, MARKETING U BEJGĦ FL-UE TAL-PRODOTTI LI QED TIMMANIFATTURA F’MALTA Kumpanija Iżrealita, li tispeċjaliz­za fil-produzzjoni tal-kannabis medi­ċi­nali u kienet minn tal-ewwel li bdiet topera minn pajjiżna, ħabbret li tinsab qrib li tpoġġi l-prodotti tagħha fis-suq Ewropew. Dan mistenni wkoll jagħmilha l-ewwel kumpanija fis-settur f ’pajjiżha u anke f ’pajjiżna li tagħmel dan.

Skont il-kumpanija Panaxia stess, il-pos­ sib­­biltà li tuża l-faċilità tagħha f ’Ħal Far għar-riċerka u l-iżvilupp ukoll, kien fundamen­ tali biex dan il-pass storiku fl-istorja tagħha jista’ jitwettaq bl-aħjar mod u f ’qasir żmien. Tkompli f’paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.