www.kullhadd.com Il-Ħadd 12 ta’ Jannar, 2020
Ħarġa Nru 1,383
Prezz €1
• ILLUM NILTAQGĦU FIL-PADILJUN SPORTIV TA’ RAĦAL ĠDID GĦAD-DISKORS TAL-MEXXEJ ELETT • GĦADA JIEĦU L-ĠURAMENT PRIM MINISTRU ĠDID
92.5% tal-membri eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista eżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom f’elezzjoni li saret ilbieraħ bejn it-tmienja ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija. Kienu ftit iktar minn 17,500 dawk li kellhom id-dritt tal-vot u li bdew ibakkru sa minn kmieni filgħodu biex jagħmlu l-għażla tagħhom bejn Robert Abela u Chris Fearne, żewġ kandidati li offrew għażla b’saħħitha lit-tesserati tal-Partit Laburista li ilhom membri mill-2015 u kienu regolari fis-sħubija għall-aħħar ħames snin. Sakemm morna għall-istampa, il-proċess tal-għadd tal-voti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kien għadu għaddej u r-riżultat kien mistenni fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Iktar tard illum il-Mexxej elett jindirizza l-Kungress tal-Partit Laburista f’dak li se jkun l-ewwel diskors tiegħu fil-kariga u għada mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru. Il-votazzjoni saret fi 13–il lokalità madwar il-pajjiż, waħda għal kull distrett u l-elezzjoni mxiet b’mod mill-iktar organizzat fejn filwaqt li f’xi ħinijiet kien hemm għexieren ta’ persuni fil-postijiet tal-votazzjoni kollox mexa b’mod mgħaġġel u organizzat.
FITCH B’A+ OĦRA GĦAL MALTA Ara paġna 12
IR-REĠISTRAZZJONI TAL-KIRJIET TQAJJEM INTERESS KBIR...
7,000 JISTAQSU Ara paġna 3
Ara paġna 4
VOT QAWWI FL-ELEZZJONI GĦALL-MEXXEJ TAL-PL