10
11.03.2018
kullhadd.com
IL-MALTIJA LI SE TIKKOMPETI F’ISEM SAN MARINO Jessica Muscat hija kantanta Maltija li ser tirrappreżenta lil San Marino fil-Eurovision Song Contest li ser isir fil-Portugall f ’Mejju li ġej. Rebħet il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa ta’ dan ilpajjiż ġar tal-Italja meta ġabet l-akbar voti kemm mit-televoting kif ukoll mill-ġurija preżenti. Se tkun qed tinterpreta d-diska Who we are flimkien mal-kantanta Ġermaniża Jenifer Brening. Iżda min hi eżattament din il-kantanta Maltija?
Jekk ikollna mmorru lura fis-snin u nagħtu ħarsa lejn l-ewwel passi tiegħek fil-kant, x’tirrakkonta? Fil-verità jien minn dejjem kont inħobb il-mużika u minn meta kont żgħira kont insegwi diversi artisti kemm lokali kif ukoll barranin fuq it-televixin. Kienu jogħġbuni ħafna l-artisti Lorella Cuccharini u Heather Parisi li kienu jagħmlu show sabiħ ħafna fuq l-istazzjonijiet Taljani. Niftakar illi dak ilħin tal-Ħadd waranofsinhar, it-televixin kont nikkapparrah jien u ħadd ma seta’ jaqlibuli. Tista’ tgħid li fl-istess żmien kont bdejt il-lezzjonijiet talkant u ż-żfin minħabba li t-tnejn kienu jogħġbuni. B’hekk komplejt niżviluppa dawn iżżewġ ħiliet sabiex fiż-żfin bdejt nispeċjalizza fuq it-teknika klassika filwaqt li fil-kant bdejt nitħarreġ aktar fit-teknika tal-vuċi. Semmejt il-kant u ż-żfin.
Ħadd ħlief Jessica Muscat, magħrufa wkoll bħala Jessika fil-qasam tal-palk. Taħdem fi skola sekondarja bħala għalliema tal-Ispanjol fejn ilha tagħmel dan ix-xogħol għal diversi snin. Twieldet il-Mosta nhar is-27 ta’ Frar, 1989 u għadha kemm għalqet 29 sena. Il-mużika u ż-żfin huma l-aktar passatempi għal qalbha. Jessika ħadet sehem fil-Malta Song For Europe bejn l-2009 u l-2016 fejn interpretat diversi
Liema tippreferi l-aktar? Jirnexxilek tħallathom flimkien?
Jien nemmen illi iktar ma jkollok affarijiet f ’ħajtek, iktar hemm ċans illi tlaħħaq. Li nagħmel hu li nippjana l-ġurnata tiegħi sew sabiex nagħmel kollox f ’ħinu u f ’waqtu u nista’ ngħidlek illi qatt ma ħallejt xejn barra mill-pjanijiet li nkun rrid nagħmel. M’hemmx xi ngħidu trid tkun organizzata sewwa sabiex tagħmel dan kollu.
Naħseb illi t-tnejn huma importanti għalija. Naf li meta nkun qed inkanta nesprimi l-emozzjonijiet tiegħi filwaqt illi fiż-żfin inkun qed nuża l-palk sabiex nagħmel animazzjoni tal-mużika li tkun għaddejja. Rigward it-tieni mistoqsija li saqsejtni nirrispondik li iva Peress illi int tgħallem tista’ tħallat il-kant u ż-żfin il-lingwa Spanjola, ġieli flimkien, anzi jekk ikollok ilkapaċità li tagħmel dan tkun artista kompluta. Naf li int għalliema tal-Ispanjol fi skola sekondarja. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-lezzjonijiet u mal-kant? Iva, jirnexxili nlaħħaq sew mal-affarijiet li għandi f ’ħajti. F’dan il-każ importanti li tqassam ħinek mill-aħjar li tista’ sabiex dak li għandek tagħmel tagħmlu mill-aħjar li tista’.
kanzunetti bħal Hypnotika, Fandango, Can’t Let Go, Down Down Down u Ultraviolet. Barra li hija żeffiena kapaċi ferm, Jessika tieħu sehem f ’waħda mis-soapoperas l-aktar famużi bħalissa, Ħbieb u Għedewwa fejn hi tinterpreta l-karattru ta’ Emma. Jessika hija ferm onorata li minkejja li se tirrappreżenta lil San Marino, se tkun qed iżżomm isem Malta fil-għoli.
esperimentajt xi kant b’dan l-ilsien? Iva, nista’ ngħid illi ġieli ppruvajt inkanta bl-Ispanjol għax hi lingwa ferm għal qalbi. Filfatt għandi ħafna cds ta’ diversi kantanti bravi Spanjoli u nħobb ħafna nisma’ l-melodija sabiħa li għandhom. Nitkellmu issa dwar l-esperjenza fil-Malta Eurovision Song Contest
Dejjem u qabel kollox għandu jkun hemm isem Malta fin-nofs
fejn kellek diski bħal Hypnotika, Ultraviolet u Down Down Down fost l-oħrajn. Kellek wirjiet tajbin f ’dawn il-kanzunetti għalkemm ma rnexxilekx tirbaħ dan il-kuntest. X’tiftakar minn dan l-avveniment ferm segwit f ’pajjiżna? Iva, fil-fatt kelli aktar kanzunetti li ħadt sehem bihom hekk kif ħadt sehem għal seba’ snin konsekuttivi f ’dan il-festival. Bla dubju li kienu esperjenzi sbieħ illi għallmuni ħafna bħala kantanta. Semmejt id-diska Hypnotika. Dik kienet waħda mill-iktar kanzunetti li għoġbitni u li rsaqt ferm viċin bħala pożizzjoni fil-klassifika. Wieħed irid jifhem illi f ’avveniment bħal dan se jkun hemm nies illi togħġobhom diska partikolari waqt illi oħrajn ma tantx tinżlilhom. Hija kwistjoni ta’ opinjoni u gosti wara kollox! U għalhekk ikun hemm it-tel-