KullĦadd_10.05.2020

Page 1

KAŻI ATTIVI DAQS L-EWWEL ĠIMAGĦTEJN

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju, 2020

Ħarġa Nru 1,400

Rapport f’paġna 7

Prezz €1

SKEMI ĠODDA LI JINDIRIZZAW L-INĠUSTIZZJI

L-AWGURI F’ĊIRKOSTANZI EĊĊEZZJONALI

€12M għal 7,000 Persuna tal-Korpi, tax-Xatt u Pulizija Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Gvern Laburista qed jonora wegħda elettorali li jindirizza anomaliji u inġustizzji talimgħoddi, b’sejħa għall-applikazzjo­ nijiet mingħand eks membri tal-korpi li twaqqfu qabel l-1979, eks ħaddiema tax-xatt u uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Bejniethom, mistennija jitħallsu madwar €12-il miljun b’kollox. Aktar minn 7,000 persuna se jkunu intitolati għal għotjiet li jingħataw skont erba’ skemi mfasslin mill-Minis­ teru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal, u Solidarjetà Soċjali, il-Ministeru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, u l-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji għal dan il-għan. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu skont it-termini u l-kundizzjonijiet miġbura f’dawn l-iskemi li tħabbru fil-Gazzetta tal-Gvern ilbieraħ. Fi stqarrija, il-Gvern ta dettalji dwar l-iskemi li se jkunu jgħoddu għal: 1) Persuni li daħlu uffiċjalment fisServizz Pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f’dipartmenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi; 2) Persuni li kienu (i) impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-Settur Pubbliku wara li għamlu xi żmien iservu f’wieħed mill-korpi tax-xogħol imwaqqfa qabel l-1979; jew (ii) impjegati mal-Gas Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta; jew (iii) apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta. 3) Ħaddiema tax-xatt li kienu liċenzjati bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007 u li ma kinux liċenzjati wara dan il-perjodu. 4) Uffiċjali tal-Pulizija li ħadmu sahra bejn l-1 ta’ Settembru 1993 u l-31 ta’ Diċembru 2009. Iż-żmien tal-applikazzjonijiet jagħ­laq nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju li ġej, waqt li l-ħlasijiet mill-Istat se jsiru aktar tard matul is-sena wara proċess ta’ verifika. Tkompli f’paġna 6

Tista’ tkun ġurnata speċjali u mistennija kull sena, imma żgur li Jum l-Omm li qed infakkru llum f’sitwazzjoni eċċezzjonali hi diffiċli għal ħafna, mhux l-inqas l-ommijiet anzjani li huma obbligati jibqgħu mbegħdin minn uliedhom u min-neputijiet. Għal din l-okkażjoni, tlabna lil ulied ħames nisa prominenti Maltin biex jesprimu l-awguri tagħhom fiċ-ċirkostanzi. Fost dawn tkellimna ma’ Giorgia Mae Abela. Rapport f’paġni 4 u 5

IL-FAMILJI MALTIN F’QAGĦDA MSAĦĦA F’artiklu ppubblikat fuq is-sit tal-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ġie kkonfermat kemm il-familji Maltin jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja tajba. Skont riċerka tal-Eurostat, joħroġ li l-familji tagħna huma l-aktar li kapaċi jfendu f’każ ta’ spejjeż finanzjarji mhux mistennija, bħalma ħolqot globalment il-pandemija tal-COVID-19. Bl-inqas persentaġġ, il-familji Maltin l-aħjar li joħorġu mil-lista tal-Unjoni Ewropea ta’ familji li ma jaffordjawx it-tali spejjeż finanzjarji. Waqt li l-medja Ewropea hi li kważi terz tal-familji ma jistgħux jagħmlu tajjeb għal spejjeż mhux antiċipati, f’pajjiżna l-proporzjon hu inqas min-nofs dik l-istess medja. Il-persentaġġ attwali f’Malta (15%) hu 10% inqas milli kien fl-2012 meta, fi żminijiet tal-agħar kontijiet imposti fuqhom, kwart tal-familji Maltin kienu sostnew li ma jifil­ ħux għal spejjeż addizzjonali. B’rabta mas-sitwazzjoni Ewropea, il-persentaġġ Malti hu inqas minn terz tal-pajjiż bl-ogħla persentaġġ, f’dan il-każ, il-Kroazja. F’dan il-pajjiż tal-Lvant aktar min-nofs tal-familji jħossu li ma jifilħux spejjeż mhux mistennija. Tkompli f’paġna 9


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_10.05.2020 by Kullħadd Editor - Issuu