L-EWWEL IMPJANT MALTI TAL-KANNABIS JIĠI APPROVAT BIEX JESPORTA FL-UE Il-Ħadd, 9 ta’ Jannar, 2022
Ħarġa Nru 1,487
Prezz €1
Rapport f’paġna 9
ELF SERVIZZ ĠDID FIX-XAHAR MILL-ENEMALTA ĊIFRI LI JAGĦTU INDIKAZZJONIJIET TA’ RKUPRU EKONOMIKU QAWWI FL-2021 Ir-ritmu ekonomiku tas-sena l-oħra, għalkemm kien għadu kemxejn milqut mill-pandemija, beda juri sinjali ta’ rkupru. Lil hinn miċ-ċifri li, minn żmien għal żmien, joħorġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), il-qasam tal-enerġija hu barometru ieħor li juri l-andament ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ċifri, li ksibna mill-Enemalta, juru, fost oħrajn, li fl2021 l-Enemalta pprovdiet kważi 1,000 servizz ġdid fix-xahar lill-konsumaturi lokali, xhieda ta’ żieda fil-binjiet residenzjali u anke f’negozji ġodda li talbu għas-servizz tal-elettriku mill-Enemalta. Tkompli f’paġna 5
IL-KNISJA “BL-INGWANTI TAL-BELLUS” MA’ DUN MUSCAT Sors qrib il-Kurja jgħid li s-saċerdot Mosti kien diġà mwissi serjament sentejn ilu … issa messu twaqqaf mill-ewwel milli jkompli jeżerċita l-ministeru tiegħu li qed jagħmel ħsara kbira lill-Knisja Waqt li hu mifhum li l-Pulizija qed tinvestiga lil Dun David Muscat dwar kliem ta’ mibegħda fil-konfront ta’ persuni omosesswali u se tkun qed tħarrku quddiem il-Qorti, ġew espressi dubji serji dwar jekk il-Kurja tal-Arċisqof qattx kienet se tasal biex tieħu passi ta’ dixxiplina kif jixraq fil-konfront tas-saċerdot estremist. Is-saċerdot Mosti ssejjaħ fid-Depot fil-Furjana nhar ilĦamis u rapporti fil-midja qalu li mistenni jiġi akkużat kriminalment fil-Qorti flDun David Muscat aħħar ta’ dan ix-xahar.
Sors qrib it-tmexxija tal-Knisja, li tkellem mal-KullĦadd, wera x-xetti ċiżmu tiegħu kemm kienet se tin ħareġ it-twissija formali lis-saċerdot li kieku dan ma kienx għadu kemm ġie interrogat mill-Pulizija ftit qabel. Minbarra hekk, is-sors jiddeskrivi l-azzjoni ta’ twissija mill-Kurja bħala ftit wisq imqabbla mal-fatt li nbdew proċeduri kriminali. “Daqqa fuq il-pala tal-id, meta jitqies li dan (Dun David Muscat) kien diġà mwissi sentejn ilu fuq kliem ieħor ta’ mibegħda.” Tkompli f’paġna 3