TWISSIJIET FUQ KAŻI TA’ PEDOFILIJA ŻDIEDU FIL-COVID Rapport f’paġna 8
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu, 2020
Ħarġa Nru 1,413
Prezz €1
B’INĊIDENZA MAL-BAXXI Skont l-istatistika ppubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Malta għandha fost l-inqas inċidenzi baxxi tal-COVID-19 mill-pajjiżi kollha membri fl-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni miġbura għal kull pajjiż skont l-għadd ta’ każi attivi, imwiet u rkupru fihom kull 100,000 persuna (Crude Cumulative Incidence), tixhed li pajjiżna għadu fost l-aktar siguri, minkejja żidiet riċenti. Analiżi, li għamilna, ma ssostnix l-azzjonijiet, partikolarment, mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa, b’detriment għal diversi pazjenti.
Rapport sħiħ f’paġni 6 u 7
L-inċidenza fil-pajjiżi tal-UE, inkluż pajjiżna, u r-Renju Unit
KAMPANJA TOSSIKA NAZZJONALISTA TA’ ADRIAN DELIA MWISSIJIN MILL-FAZZJONI BUSUTTIL LI GĦAD FADAL ĦAFNA STEJJER X’JOĦORĠU SAL-ELEZZJONI TAT-TESSERATI, JEKK U KEMM-IL DARBA JIRNEXXILU JGĦADDI MILL-EŻERĊIZZJU TA’ DILIĠENZA Nies qrib ħafna tal-Kap attwali Nazzjonalista Adrian Delia wrew it-tħassib li d-deputati ribelli se jkunu qed jużaw “l-arma favorita tagħhom”, b’referenza għall-manipulazzjoni tal-imħuħ permezz tal-midja, biex ikomplu jħammġu u jiskreditaw il-favorit tagħhom tul il-kampanja li twassal għall-elezzjoni ta’ Kap. Sakemm jasal il-mument li l-eluf ta’ tesserati tal-Partit jiddeċiedu min se jkun qed imexxihom fiż-żmien li ġej fadal ftit ġimgħat, biżżejjed biex il-fazzjoni ta’ Busuttil jirnexxilha ddawwar il-fehma tat-tesserati kif għamlet mal-membri
tal-Kunsill Ġenerali. Fl-aħħar Kunsill Ġenerali 56% m’appoġġjawx ix-xewqa ta’ Delia li jkun hemm sempliċi vot ieħor ta’ fiduċja fil-Kap u minflok għażlu kontestazzjoni mill-ġdid għal Kap wara biss tliet snin, kif xtaqu d-deputati ribelli. B’din id-deċiżjoni l-Kunsill qaleb il-vot tiegħu stess meta s-sena l-oħra kien ikkonferma lil Delia b’maġġoranza akbar. Min-naħa l-oħra, l-aħħar darba li t-tesserati vvotaw għall-istess Delia kien fl-2017 meta għażluh b’maġġoranza ta’ 53% bħala s-suċċessur ta’ Simon Busuttil, kontra l-istab-
bilit Chris Said. Dakinhar ukoll kien qed iħabbatha kontra l-establishment l-antik u ssorprenda. Minkejja dan, illum dawk li akkost ta’ kollox iridu jtajrulu rasu mill-Partit, jidher li mhux se jieħdu ċansijiet u saħansitra diġà bdew bit-tattiċi ta’ bbuljar fuq in-nies ta’ Delia. “Diġà qed jgħidulna lestu ruħkom, il-kbir għadu ġej’,” stqarr wieħed qrib il-Kap attwali b’re ferenza għat-theddid li għaddej internament. Tkompli f’paġna 3