MAQBUDIN F’XIBKA TA’ TRAFFIKAR? www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,404
Prezz €1
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
Il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju, 2020
Rapport f’paġni 8 u 9
IL-QAWMIEN MILL-ĠDID: Id-daħla tal-Bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan, fil-qalba tal-mekka tad-divertiment, li żgur qatt ma esperjenzat il-baħħ daqs l-aħħar xhur. It-tama hi li, bħall-bqija tal-pajjiż, l-affarijiet ma jdumux ma jirkupraw f’dan il-lokal ukoll, kemm bil-pjan ta’ rkupru multimiljunarju li l-Prim Ministru ħabbar li se jkun qed jiġi ppreżentat mill-Gvern proprju għada kif ukoll bid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Ajruport lejn 19-il destinazzjoni mill-1 ta’ Lulju li ġej.
SAL-2021 LURA GĦAL LI KONNA IL-BANK ĊENTRALI TA’ MALTA JBASSAR LI L-IMPATT FUQ L-EKONOMIJA BIL-COVID-19 GĦANDU JKUN IRRIMEDJAT SAL-AĦĦAR TAS-SENA D-DIEĦLA … FERM QABEL PAJJIŻI OĦRAJN Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed ibassar li l-impatt ekonomiku tal-COVID-19 fuq it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna se jkun temporanju u se jkun irkuprat kollu fix-xhur li jwasslu sal-aħħar tal2021. Fil-fatt, wara tnaqqis ta’ 4.8% fl-2020, l-ekonomija ta’ pajjiżna mistennija tirpilja fl-2021 u fl-2022, b’titjib ta’ 5.8% u 4.1%, rispettivament. B’hekk il-ġid nazzjonali mistenni jerġa’ jilħaq il-livell tal-2019 “sa tmiem l-2021”. Dan b’kuntrast mat-tbassir ta’ ħafna pajjiżi fejn id-daqqa ekonomika mistennija tkompli għad-diversi snin li ġejjin. Fl-analiżi tagħhom, l-ekonomisti talBank Ċentrali taw importanza kbira lill-pakketti ta’ għajnuna tal-Gvern. Tkompli f’paġna 4
APPOĠĠ F’ĦATRA KOSTITUZZJONALI IŻ-ŻEWĠ NAĦAT TAL-KAMRA JAQBLU FUQ KUMMISSJONARJU ELETTORALI PRINĊIPALI ĠDID… IL-KARIGA TIBDA TGĦODD MIX-XAHAR ID-DIEĦEL Mill-aħħar ta’ Lulju li ġej, Joseph Camilleri (ritratt) se jkun il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali meta jiskadi l-perjodu ta’ Joseph Church, li kien ilu jokkupa din il-kariga sa mill-bidu tal-2014. Kontra l-predeċessur tiegħu, in-nomina ta’ Camilleri sabet l-appoġġ tal-Oppożizzjoni biex minn Segretarju Permanenti issa jidħol f ’dan ir-rwol Kostituzzjonali. Din hi wkoll it-tieni kariga Kostituzzjonali taħt il-Prim Ministru Robert Abela, li se jkollha l-approvazzjoni tażżewġ naħat tal-Kamra wara dik ta’ Dr Mark Chetcuti bħala l-Prim Imħallef li daħlet fis-seħħ f ’April li għadda.
Camilleri, li attwalment iservi fil-Mi nisteru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, kien ukoll Segretarju Permanenti assenjat mal-Ministeru għadDjalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili ta’ Helena Dalli mill2013 meta l-pajjiż introduċa fost l-aktar miżuri progressivi taħt l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Issa hu se jkun qed ikompli fuq uħud mill-passi importanti li wettaq Church mindu nħatar fi Frar tal-2014, wara erba’ snin fis-Segretarjat tal-President tar-Repubblika George Abela. Dak iż-żmien il-ħatra tiegħu bħala Kummissjonarju Elettorali Prinċipali ma kinitx ġiet aċċettata mill-Oppożizzjoni. Tkompli f’paġna 4