KullĦadd_06.12.2020

Page 1

IL-QGĦAD LURA KIF KIEN SEBA’ XHUR ILU Il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru, 2020

IL-ĠEJJIENI TAL-ĠBIR U T-TRATTAR TAL-ISKART PJAN B’10 AZZJONIJIET GĦALL-10 SNIN LI ĠEJJIN FL-IMMANIĠĠJAR FIT-TUL TA’ DAK KOLLU LI JIĠI MORMI

Pjan fit-tul għall-immaniġġjar taliskart se jitressaq għall-konsultazzjoni pubblika bil-għan li titwettaq il-viżjoni tal-Gvern li Malta tilħaq il-miri ambjentali tal-2030 u ssir fost l-aqwa pajjiżi Ewropej f’dan il-qasam. Dan tħabbar ilbieraħ mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li spjega li l-għan aħħari ta’ dan il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart fl-10 snin li ġejjin hu li jimmassimizza l-valur tal-iskart permezz ta’ soluzzjonijiet ħolistiċi u l-adozzjoni ta’ kollaborazzjoni mal-imsieħba kollha, waqt li jiġu promossi tibdiliet fl-imġiba. Din il-ġimgħa stess, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li sa tmiem l-2019 ipproduċejna ftit inqas minn 350,000 tunnellata ta’ skart, li jlaħħaq madwar 24,000 tunnellata jew 7.3% iżjed mis-sena ta’ qabel. Fatt pożittiv mill-2018 għall-2019 kien li l-iskart tal-borża s-sewda naqas b’aktar minn 21,000 tunnellata. Biex nibqgħu fuq it-triq it-tajba, il-pjan imħabbar ilbieraħ jipproponi s-separazzjoni obbligatorja tal-iskart, borża ġdida għar-riċiklar tal-karti u flotta moderna tal-vetturi li jiġbru l-iskart, fost oħrajn. Ingħad li d-dokument se jkun disponibbli għal konsultazzjoni pubblika mis-sit elettroniku tal-Ministeru fl-14 ta’ Diċembru li ġej. Tkompli f’paġni 6 u 7

KJARIFIKA B’referenza għall-artiklu prinċipali fil-ħarġa tagħna tal-Ħadd li għadda, intitolat “Ħabib ta’ Casa akkużat b’reat internazzjonali”, irid jiġi ppre­ ċiżat li bi żball ingħad li “Darren Debono hu wkoll qrib ħafna l-Eks Ministru Tonio Borg”. Minflok, kif jixhed il-bqija talartiklu, ir-referenza kellha tkun għall-Eks Ministru Nazzjonalista Joe Borg. Din il-kjarifika qed issir a tenur tal-Artikolu 15 tal-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama. Niskużaw ruħna ma’ Dr Tonio Borg għal kull inkonvenjent li stajna ħloqna bl-iżball inkwistjoni.

Ħarġa Nru 1,430

Prezz €1

Rapport f’paġna 3

IL-PN IRID JIEĦU L-ELEZZJONIJIET LURA B’50 SENA L-OPPOŻIZZJONI TITLOB REVIŻJONI TOTALI FID-DISTRETTI BIEX B’QERQ JITNAQQAS ID-DISTAKK KBIR LI ATTWALMENT JEŻISTI MAL-PARTIT LABURISTA … JIPPROPONU SISTEMA ELETTORALI LI NTUŻAT FL-1971 U LI TESIĠI Ċ-ĊAQLIQ TA’ IŻJED MINN 214,000 VOTANT U 44 LOKAL MINN DISTRETT GĦAL IEĦOR Rapport għar-reviżjoni fil-konfini li l-erba’ rappreżentanti tal-Oppożizzjoni ressqu għall-approvazzjoni quddiem il-Kummissjoni Elettorali, ippropona ċ-ċaqliq minn distrett għal ieħor ta’ kważi nofs il-popolazzjoni ta’ pajjiżna, flimkien ma’ 44 lokal sħiħ jew partijiet minnhom. Eżerċizzju li l-KullĦadd għamlet fl-aħħar jiem jixhed kif tali tibdil qatt ma seħħ f’xi reviżjoni riċenti tal-konfini elettorali u l-unika darba li kien hemm tibdil drastiku jeħodna lura b’50 sena. Analisti, li ilhom isegwu l-proċessi elettorali f’pajjiżna għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, saħqu ma’ din il-gazzetta li hu ċar li l-iskop talPartit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech hu dak li japprofitta ruħu minn sistema li ntużat darba biss – fl-Elezzjoni Ġenerali tal-1971 – fejn deputati kienu ġew eletti anke b’nuqqas ta’ kwota. Tkompli f’paġni 4 u 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.