MINN WARA L-KAMERAS TA’ BLOOD ON THE CROWN Il-Ħadd, 6 ta’ Ġunju, 2021
Ħarġa Nru 1,456
Rapport f’paġni 14 u 15
Prezz €1
Waqt li nhar il-Ħamis tfakkar ir-raba’ anniversarju mindu l-Partit Laburista reġa’ ġie fdat mill-poplu bl-akbar maġġoranza, ġbarna ftit mill-aħjar miżuri meħuda mill-Gvern mill-2017 lil hawn li wasslu għal ġid kbir lill-poplu Malti u Għawdxi. Bl-għaqal u l-ħidma sfiqa, l-istess bħal-leġiżlatura ta’ qabel, l-aħħar erba’ snin kienu miżgħuda bi żviluppi, inkluż xi wħud mingħajr preċedent, li laqtu kull faxxa tas-soċjetà biex komplew jaqilbu ta’ taħt fuq is-sitwazzjoni ġenerali li konna nafu sal-2013. Ara paġni 8 u 9
BIL-FTUĦ IT-TLIETA RDOPPJAW DAWK LI JIĠU F’PAJJIŻNA Din il-gazzetta hi infurmata li, għalkemm il-medja rreġistrata fl-ewwel jiem hi mal-ħames darbiet inqas minn dak li normalment kienu jidħlu kuljum bħal dan iż-żmien tas-sena qabel laqtitna l-pandemija, l-awtoritajiet huma wkoll fiduċjużi li, bl-isforzi li għaddejjin u l-miżuri attwati, in-numri se jkomplu jiżdiedu fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Jirriżulta li, matul Mejju li għadda, kien hemm medja ta’ 1,200 passiġġier kull ġurnata dieħel fil-pajjiż, bi ġranet jirreġistraw inqas minn 300 jew 350 passiġġier. Minkejja dan, b’riżultat ta’ miżuri f’pakkett ta’ €20 miljun li introduċa l-Gvern, in-numri żdiedu qatigħ fl-aħħar ġimgħa, anke qabel fetaħ formalment l-Ajruport nhar it-Tlieta.
Bernard Grech qiegħed jagħmel sforz enormi biex id-Deputat Toni Bezzina ma jikkontestax l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Dan mhux minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tiegħu, iżda għax Bezzina llum il-ġurnata hu mqabbad ferm fuq il-Ħames Distrett elettorali u l-Kap Nazzjonalista qed jibża’ li jeħodlu mijiet ta’ voti tal-ewwel preferenza, fiddawl li hu ħiereġ ukoll fuq dak id-distrett. Li l-akkaniti tal-partiti jivvotaw lillKap u jkomplu fuq kandidati oħrajn hi n-norma, iżda Grech, li daħal fil-politika minn imkien għax poġġewh il-grupp ta’ Jason Azzopardi, hu mħasseb bilkbir li Bezzina jista’ jtellfu mill-unijiet. Bl-iskuża ta’ saħħtu, nies qrib il-Kap Nazzjonalista u anke Grech innifsu qed jgħidu lil Bezzina biex ma joħroġx u minflok jistrieħ. Fil-bidu tas-sena l-oħra kien ġie rrapportat li d-Depu tat iddaħħal b’emerġenza l-Isptar Mater Dei fejn qatta’ erbat ijiem rikoverat fit-Taqsima tal-Kardjoloġija.
Tkompli f’paġna 4
Tkompli f’paġna 7
GĦALKEMM BISS FRAZZJONI TAL-AMMONTI LI KIENU JASLU FOSTNA SAL-2019, IĊ-ĊIFRI INIZJALI HUMA POŻITTIVI ĦAFNA MEQJUSIN IĊ-ĊIRKOSTANZI KOLLHA … “MNALLA MĦEJJIJIN TAJJEB BIEX INQUMU FUQ SAQAJNA WARA L-PANDEMIJA” Mal-ftuħ tal-Ajruport nhar it-Tlieta li għadda kien hemm żieda ta’ aktar minn 1,000 passiġġier kuljum li waslu fostna, indikazzjoni li huma lkoll turisti. Tagħrif f’idejn il-KullĦadd jindika li ċifri uffiċjali għall-ewwel jiem ta’ Lulju kienu pożittivi ħafna u, meqjusin iċ-ċirkostanzi kollha bl-effetti tal-pandemija, sorsi fl-industrija turistika kienu sodisfatti mir-riżultati, avolja huma biss frazzjoni tal-ammonti li sal2019 pajjiżna kien imdorri bihom f’dan il-perjodu tas-sena. Sa nhar il-Ħamis li għadda jirriżulta li kienu waslu ftit inqas minn 7,000 passiġġier, medja ta’ iżjed minn 2,200 passiġġier kuljum. Ftit inqas minn nofshom waslu nhar l-Erbgħa, l-għada li pajjiżna fetaħ il-fruntiera għallivvjaġġar turistiku. Fil-maġġoranza kienu ġejjin mis-swieq tal-Ġermanja, Franza, l-Olanda u d-Danimarka.
JIBŻA’ LI JEĦODLU L-UNIJIET