Il-Ħadd, 06 ta’ Marzu, 2022
Ħarġa Nru 1,495
Prezz €1
50 SENA UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Rapport f’paġna 11 Ritratt: GARETH DEGIORGIO
IL-PM WERA GĦAQAL U DIREZZJONI – is-Sindku tal-Għasri Is-Sindku tal-Għasri Daniel Attard, li fl-aħħar jiem irriżenja mill-Partit Nazzjonalista, ilbieraħ filgħaxija tkellem f’attività politika tal-Partit Laburista f’Ta’ Sannat fejn saħansitra ddikjara b’mod ċar li, bħala Prim Ministru, Dr Robert Abela wera għaqal u direzzjoni, filwaqt li għaraf it-tajjeb u saħħu. “Dan il-pass kien wieħed seren u naturali għax ħassejt ġibda qaw wija lejn il-politika pożittiva mimli ja tama tal-Partit Laburista,” qal Attard dwar id-deċiżjoni tiegħu li jkun preżenti fl-istess attività Laburista. F’din l-istess attività, il-Prim Mi nistru u Mexxej Laburista ħabbar għadd ta’ proposti ġodda għal Għawdex. Fil-fatt, f’diskors iffokat dwar il-progress li għamel Għawdex fl-aħħar snin, iżda aktar minn hekk dwar dak ippjanat għal li ġej, il-Prim Ministru tkellem dwar kif Għawdex irid jilħaq aktar il-poten zjal tiegħu. Fost il-proposti mħabbrin minn Dr Abela hemm dik li kull azjenda fil-kamp diġitali li tibda taħdem f’Għawdex tingħata tax credit sa €50,000 u li kull investiment kapi tali fiss f’Għawdex jirċievi għotja ta’ 40% tal-investiment li jsir. Tkompli f’paġna 9
MALTA TWETTAQ IL-PJAN TAL-FATF JIĠI KKONFERMAT ŻVILUPP MILL-AKTAR POŻITTIV FIL-PJAN T’AZZJONI LOKALI PPREŻENTAT F’SETTEMBRU LI GĦADDA… FIR-REAZZJONI TIEGĦU, IL-PRIM MINISTRU JGĦID LI GĦALISSA L-GVERN SE JŻOMM IL-KAWTELA Rapport f’paġna 4