KullĦadd_06.02.2022

Page 1

IL-MIŻURI SE JONQSU IŻJED MINN GĦADA Il-Ħadd, 6 ta’ Frar, 2022

Ħarġa Nru 1,491

Prezz €1

Rapport f’paġni 8 u 9

PAGI DOVUTI XHUR TARD MINN T’ELLIS Ħaddiema fil-kumpaniji proprjetà tad-Deputat Nazzjonalista wkoll qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta’ problemi finanzjarji u spiss jiċċaħħdu milli jieħdu dak li huwa dovut lilhom fil-ħin bi ksur tal-liġi Ħaddiema fil-kumpaniji tad-Deputat Nazzjo­na­ lista Għawdxi Joe Ellis għadhom iridu jitħallsu l-paga xahrejn b’lura, tant li għadhom qed jistennew il-ħlas ta’ Diċembru, li kien ukoll jinkludi l-bonus statutorju tal-Gvern. Filwaqt li din il-ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħareġ għonqu biex jiddefendi lid-De­putat qrib l-establishment fil-konflitt ċar li għandu mal-pożizzjoni Parlamentari tiegħu, din il-gazzetta issa hija infurmata li dan id-dewmien fil-pagi mhux każ iżolat ta’ darba. Fl-aħħar xhur Ellis għamel pressjoni fil-Parlament fuq pro­ġett infrastrutturali, li għandu interess fih bil-moħbi, permezz tal-kumpanija tiegħu Gozo Concrete Products Ltd. Tkompli f’paġna 3

IS-€70 MILJUN F’APPOĠĠ LILL-FAMILJI BL-EŻEMPJI Analiżi ta’ 10 sitwazzjonijiet possibbli tal-ħajja li se jintlaqtu bl-għajnuna tar-rifużjoni tat-taxxa u biċ-ċekk addizzjonali għall-isfidi tal-pandemija, kif tħabbar nhar il-Ħamis … koppji żgħażagħ, single parents, ġenituri bi studenti fuq stipendju u pensjonanti se jgawdu minn benefiċċji b’medja ta’ €450 Rapport f’paġni 4 u 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.