KullĦadd_05.07.2020

Page 1

IĊ-ĊELEBRAZZJONI LEJN IN-NORMALITÀ

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 5 ta’ Lulju, 2020

Ħarġa Nru 1,408

Ara paġni 14 u 15

Prezz €1

INAWGURAT IL-PONT FIL-BLATA L-BAJDA

Rapport f’paġna 6

TISĦIĦ U BIDLIET FLOK IIP

Tkompli f’paġna 4

Programm ġdid ta’ residenza b’investiment eċċezzjonali, minflok il-proċess kif nafuh illum Il-Gvern qed iressaq emendi biex jilleġiżla tibdil li jtemm il-Programm ta’ Investiment Individwali (IIP), biex floku jkollna qafas aktar b’saħħtu għal din l-inizjattiva li fl-aħħar snin ipproduċiet €1.5 biljun flekonomija. Jirriżulta lill-KullĦadd li sSegretarju Parlamentari res­ ponsabbli Alex Muscat se jintroduċi regolamenti ġodda fejn investituri prospettivi jridu jikkontribwixxu permezz ta’ investiment eċċezzjonali.

FAMILJI U NEGOZJI JIBQGĦU F’QAGĦDA TAJBA ANKE F’MEJJU MIĊ-ĊIFRI TAL-BANK ĊENTRALI JIRRIŻULTA LI T-TFADDIL TAGĦHOM MAL-BANEK ŻDIED B’NOFS BILJUN EWRO FI TLIET XHUR … ERBA’ DARBIET IŻJED MILL-2012 KOLLHA F’DAQQA Ċifri maħruġa mill-Bank Ċentrali jindikaw li l-qagħda finanzjarja tal-familji u n-negozji f’pajjiżna baqgħet ferm tajba minkejja l-effett ekonomiku tal-pandemija. Fil-fatt, id-depożiti tal-familji mal-banek lokali laħqu s-somma rekord ta’ €13.7 biljun sa tmiem Mejju li għadda. Dan meta sa Frar – qabel bdiet l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna – l-ammont ta’ depożiti kien ilaħħaq €13.2

biljun. Ifisser li fi tliet xhur il-familji faddlu nofs biljun ewro. Is-sena li għaddiet fl-istess xhur id-depożiti tal-familji kienu żdiedu b’€180 miljun, jew kważi tliet darbiet inqas. Minbarra hekk, jirriżulta li fi tliet xhur il-familji faddlu aktar milli kienu faddlu fl-aħħar sena sħiħa taħt Gvern Nazzjonalista. Meta mqabbel, it-tifdil kien erba’ darbiet aktar. Meta fl-2009 pajjiżna kien għaddej

minn reċessjoni, id-depożiti tal-familji mal-banek kienu naqsu bi €83 miljun fl-istess tliet xhur (Frar-Mejju). Dan juri kemm il-miżuri li ħa u għadu jieħu l-Gvern Laburista biex jilqa’ għall-effetti ekonomiċi tal-pandemija qed jissalvagwardjaw id-dħul tal-familji ferm aktar mill-miżuri ta’ awsterità li ħadet l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Tkompli f’paġna 4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.