www.kullhadd.com Il-Ħadd 3 ta’ Novembru, 2019
Ħarġa Nru 1,373
Prezz €1
TA’ BUSUTTIL DIŻAPPUNTATI B’LOUIS GALEA
Ara paġna 3
Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista hija diżappuntata ferm li fil-laqgħa tal-eżekuttiv ta’ din il-ġimgħa Louis Galea m’għafasx biex il-bidliet li jridu għall-istatut isiru b’mod immedjat. Il-bidla li għandha tneħħi lil Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali, għax deputati ma jitħallewx jikkontestaw il-kariga, Louis Galea hu favuriha. Iżda, meta ltaqa’ l-eżekuttiv din il-ġimgħa Galea ma qal xejn u minflok aċċetta li l-elezzjonijiet għall-karigi jkunu posposti għal Marzu. Imkejjen flIstamperija nnotaw kif wara li l-Partit Nazzjonalista ġab fix-xejn il-festi tal-Indipendenza issa qabeż ukoll il-Kunsill Ġenerali li kien isir f’dawn iż-żminijiet. Din id-darba l-iskuża tkun li għaddej proċess ta’ riforma.
MHIX SE SSIR IL-VILLA F’TA’ MUXI FIL-QALA
Is-Sindku tal-Kunsill b’maġġoranza Laburista fil-Qala esprima s-sodisfazzjon għall-aħbar li mhix se tinbena l-villa f’Ta’ Muxi fil-Qala. Il-Kunsill Lokali kien diġà ddikjara li se jappella middeċiżjoni tal-Awtorità talIppjanar, iżda, ilbieraħ kien l-applikant innifsu li qal li se jkun qed jirrinunzja għallpermess. “Din hi rebħa għallQala u rebħa għall-ambjent. Nirringrazzja lil dawk kollha li appoġġjaw il-kawża tagħna,” qal is-Sindku Laburista tal-Qala Pawlu Buttigieg. Ara paġna 4
BAQGĦU MINGĦAJR TEŻORIER
Meta ltaqa’ l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ma saritx l-elezzjoni għal teżorier b’dak li kien hemm issa ilu li rriżenja diversi ġimgħat wara perjodu qasir ħafna fil-kariga. Jirriżulta li hemm problema kbira biex jinstab xi ħadd kredibbli li jikkontesta u sa xahar wara għadha lanqas biss saret elezzjoni tant li l-ħsieb ta’ wħud fl-Istamperija hu li din tkun posposta wkoll għal Marzu anke jekk il-post huwa battal. Hemm min qed jargumenta, birraġun, li dan mhux possibbli minħabba li l-liġi tal-finanzjament tal-partiti titlob li jkun hemm teżorier fil-kariga, xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista injora filwaqt li baqa’ jiġbor il-flus.
UGWALJANZA IKTAR IMĦARSA • Il-Parlament Malti se jibda jiddiskuti bidliet rivoluzzjonarji maħsuba biex jassiguraw ugwaljanza f’kull qasam tal-ħajja • Se titwaqqaf Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li għandha l-awtonomija u s-saħħa tal-Kostituzzjoni • Se jkun il-Parlament, wara proċess miftuħ, li jagħżel din il-Kummissjoni Ara paġna 5