IT-TIELET PROĠETT SHORE TO SHIP FL-UE
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 2 ta’ Awwissu, 2020
Ħarġa Nru 1,412
Rapport f’paġna 6
Prezz €1
MAL-400 INQAS FIR-REĠISTRU TAL-QGĦAD GĦALL-EWWEL DARBA MALTA HI L-PAJJIŻ BL-INQAS RATA TA’ QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO F’ġimgħa li matulha tħabbar li fit-tieni kwart tas-sena l-ekonomija Ewropea rat l-akbar tnaqqis ekonomiku li qatt ġie osservat fl-istorja, fejn il-ġid nazzjonali naqas bi 12%, statistika tal-Eurostat uriet li għall-ewwel darba fl-istorja Malta saret il-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro. Dan ir-riżultat inkiseb fl-eqqel ta’ pandemija li diversi bassru li kienet se twassal għal għexerien ta’ eluf ta’ persuni qiegħda f ’pajjiżna. Imma, waqt li f ’pajjiżi oħrajn ilqgħad irranka u qed jilħaq livelli daqs dawk tas-snin 30, f ’Malta bdejna diġà nirreġistraw tnaqqis tajjeb fir-reġist-
ru tal-qgħad sa mix-xahar ta’ Ġunju. Jirriżulta lil din il-gazzetta li f ’pajjiżna fl-aħħar seba’ ġimgħat kien hemm mal-400 persuna li sabu impjieg mill-ġdid u ma baqgħux jirreġistraw ma’ JobsPlus. Dan irriżulta mill-fatt li n-numru ta’ persuni qiegħda fl-eqqel tal-pandemija (4,424) niżel għal kważi 4,000 sa tmiem Lulju. Hu fatt magħruf li fl-eqqel tal-pandemija Malta kellha fost l-inqas rati ta’ persuni qiegħda, grazzi għall-miżuri fiskali introdotti mill-Gvern immexxi minn Robert Abela li żammew mal-100,000 persuna fl-impjieg fl-aktar
industriji milqutin. Dawn il-miljuni ta’ ewro, kienu akkumpanjati minn €900 miljun oħra li tqassmu lill-poplu bil-għan li jgħin lill-istess industriji jerġgħu jqumu fuq saqajhom u allura jerġgħu joħolqu l-impjiegi li kienu ntilfu bil-COVID-19. Sadanittant, hemm indikazzjoni ċara li dawn ir-riżultati pożittivi se jissoktaw, anke fid-dawl ta’ dikjarazzjoni tal-Prim Ministru fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Tkompli f’paġna 7
KRIŻIPN
DEĊIŻA ELEZZJONI OĦRA GĦAL KAP ■ FIL-KUNSILL ĠENERALI TGĦADDI TAL-FAZZJONI BUSUTTIL B’DIFFERENZA TA’ 180 VOT KONTRA DAWK LI JRIDU LI DELIA JIBQA’ ■ ID-DESTIN TA’ DELIA DETERMINAT FL-AĦĦAR T’AWWISSU
Maġġoranza ta’ kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista għażlu li ma jimxux mal-miri tal-Kap attwali Adrian Delia li jmorru għal vot sempliċi ta’ fiduċja fih u minflok issa se jġegħluh jiffaċċja kontestazzjoni mill-ġdid inqas minn tliet snin mindu t-tesserati għażluh biex imexxihom. Min-naħa l-oħra, il-vot talbieraħ paxxa lill-fazzjoni tar-
ribelli Nazzjonalisti li għal dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, b’mod partikolari, riedu jqaċċtulu rasu u ressqu mozzjonijiet fl-ogħla organi tal-Partit biex jitneħħa minn Kap. B’maġġoranza ta’ 56% jew 839 vot li għażlu li jkun hemm elezzjoni mill-ġdid għal Kap, id-differenza mhix waħda kbira meqjus il-fatt li kien hemm 1,630 kunsillier b’kollox li kienu eliġibbli li jivvotaw. Minn dawn kienu 1,509 voti li ntefgħu. Kien hemm ukoll 11-il vot invalidu. Għaldaqstant, bl-għadd ta’ 44% jew 659 vot favur l-għażla li jkun hemm vot ta’ fiduċja, kif xtaqu dawk ta’ Delia, ifisser kważi b’mod awtomatiku li l-Kap attwali għandu l-appoġġ neċessarju biex ikun
wieħed miż-żewġ kandidati li jridu jgħaddu għall-finali. Fil-fatt issa, kif jiddetta l-istatut Nazzjonalista, irid jerġa’ jkun ilKunsill Ġenerali tal-PN li jagħżel min se jkunu ż-żewġ kontestanti finalisti li jridu jitressqu quddiem l-eluf ta’ tesserati biex jintgħażel ir-rebbieħ. Fiċ-ċirkostanzi u kif irrappurtat minna ġimgħa ilu, jidher li mat-tesserati Delia għandu dejjem appoġġ akbar. Fost dawk li qed jissemmew li jistgħu jikkontestaw għall-pożizzjo ni hemm ovvjament Therese Comodini Cachia, avolja jidher li m’għadhiex il-favorita tar-ribelli (ara rapport f’paġna 3), Bernard Grech, Alex Perici Calascione, Joe Giglio u Roberta Metsola.
Tkompli f’paġna 3
■ THERESE COMODINI CACHIA TĦOSSHA UŻATA U MORMIJA MILL-FAZZJONI TAGĦHA STESS