KullĦadd_02.04.2023

Page 1

IL-ĦELSIEN HUWA

L-BOXXLA TA’ FEJN IRRIDU MMORRU

L-ORĦOS PREZZIJIET TAD-DAWL U L-AKBAR SOSTENN

Studju Ewropew dwar il-kriżi talenerġija jikkonferma li l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin qed iġorru l-inqas piżijiet fil-ħlas tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea, skont is-saħħa finanzjarja tagħhom. Dan fl-istess ħin li nstab li l-Gvern Malti qed jagħti l-aħjar sostenn ras għal ras.

Waqt li tali prezzijiet splodew b’riżultat tal-invażjoni Russa flUkrajna fil-bidu tal-2022, il-konsumatur f’pajjiżna kien l-uniku wieħed li ma esperjenza l-ebda żieda fl-ispejjeż relatati maddawl, il-gass u l-fuels, ladarba ġew issussidjati mill-Gvern.

Rapport f’paġni 4 u 5

PAJJIŻNA GĦANDU

L-AQWA SENTIMENT EKONOMIKU FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea tgħid li l-fiduċja fl-ekonomija lokali f’Marzu tjiebet b’6% fuq ix-xahar ta’ qabel … il-ħames xahar infila b’riżultat aħjar mill-medja Ewropea

L-istħarriġ li jsir ta’ kull xahar mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna wera li f’Marzu l-indiċi tas-sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 112. Dan hu 12% aktar mill-medja storika u l-aħjar riżultat lokali għal Marzu mill-2018 ’l hawn.

Minbarra hekk, il-livell ta’ sentiment ekonomiku f’pajjiżna kien l-aqwa wieħed minn fost dawk osservati fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, iż-żewġ pajjiżi li l-aktar jersqu lejn Malta fl-ottimiżmu tagħhom huma l-Kroazja u Ċipru, għalkemm dan xorta hu 5% inqas mil-livell li ġie osservat mill-Kummissjoni Ewropea fostna.

Bħala medja madwar l-Ewropa, l-azjendi u l-familji huma 3% aktar pessimisti mil-livell storiku, filwaqt li fid-Danimarka, il-pajjiż

bl-inqas sentiment ekonomiku pożittiv, jeżisti distakk ta’ 18% mill-medja storika. Id-differenza fis-sentiment ekonomiku bejn Malta u d-Danimarka tara distakk ta’ aktar minn kwart f’dan l-indiċi.

Mill-istħarriġ Ewropew joħroġ li s-sentiment ekonomiku f’Malta tjieb b’6% mqabbel ma’ Frar, filwaqt li madwar l-UE s-sentiment kompla jnaqqas ftit.

Il-fiduċja ekonomika f’pajjiżna issa ilha ħames xhur konsekuttivi aħjar mill-medja tal-UE, b’dan l-iżvilupp jibda proprju wara t-tħabbir tal-Baġit għal din is-sena, li reġa’ offra sensiela twila ta’ miżuri ta’ fejda mingħajr ma impona taxxi ġodda.

Tkompli f’paġna 3

Ħarġa Nru 1,551 Prezz €1 Il-Ħadd, 2 ta’ April, 2023
Rapport f’paġna 8 IS-SUSSIDJI TAL-GVERN JIPPROTEĠU L-MAJJAL
L-AQWA TLIET PAJJIŻI FL-UE MALTA 112 Il-Kroazja 107 Ċipru 107 Medja Ewropea 97 L-AGĦAR TLIET PAJJIŻI FL-UE Id-Danimarka 82 L-Estonja 84 L-Iżvezja 84 NB: Aktar minn 100 jfisser sentiment ekonomiku aqwa mill-medja storika
– il-Prim Ministru fiċ-ċelebrazzjoni tal-44 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien Rapport f’paġna
6

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

L-Ogħla Temperatura: 19°C

L-Inqas Temperatura: 14°C

L-Indiċi UV: 6

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq inNofsinhar tat-Tuneżija ser tersaq lejn il-Lvant

It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab b’ħalbiet tax-xita possibbilment bir-ragħad sa filgħaxija

Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli li jsir ftit qawwi mill-Punent Majjistru

Il-Viżibilità: Tajba lokalment moderata fix-xita

Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat

L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Empire Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita Il-Belt Valletta – 21238577

Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701

Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346

Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884

D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817

Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784

Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema – 21335217

Reeds Pharmacy, 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068

Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197

Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr, Malta – 21577784

Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412

Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal ilKottoner, Il-Fgura – 21673811

St. Elias Pharmacy, Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300

Health Point Pharmacy, 34, Triq Zarenu Dalli, Birżebbuġa – 27137926

Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028

Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449

Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex – 21556970

St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĠIMGĦA 7 TA’ APRIL

Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034

St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570

Tal-Ħlas Pharmacy, 60, Triq Tumas Fenech

Ħal Qormi – 21487739

Pharma Plus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958

Collis Williams St Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Oliver, Is-Swatar – 21440790

Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888

The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376

Medicine Chest Pharmacy, Triq Demitriju

Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204

Smiths PAMA Pharmacy, PAMA Shopping Mall, Il-Mosta – 21417593

St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649

Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111

Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698

Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685

St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq - 21808723

Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781

St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà– 21237327

Whites Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833

Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Ta’ Kerċem, Għawdex– 21553018

Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex – 21563017

02.04.2023 02
It-Tnejn 16°C 15°C 17°C 15°C 14°C 10°C 10°C 10°C UV 6 UV 7 UV 7 UV 7 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
DETTALJI IT-TEMP GĦAL-LUM
13°C UV 7
14°C 12°C UV 7
17°C
It-Tlieta
*L-ispiżeriji jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Il-Ġimgħa

IL-FINANZI PUBBLIĊI FL-2022 AĦJAR MILLI MBASSAR

Stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika indikat li s-sena li għaddiet id-defiċit tal-Gvern fuq ilFond Konsolidat kien madwar €900 miljun. Dan kien ifisser titjib ta’ kważi terz ta’ biljun ewro kkumparat mas-sena preċedenti.

Fil-fatt, ir-riżultati finanzjarji miksuba mill-Gvern fis-sena li għaddiet kienu ferm aħjar minn dawk li kien qed jipprevedi l-Gvern stess. Fid-diskors talBaġit li sar f’Ottubru li għadda l-Ministru għall-Finanzi kien stima li d-defiċit fuq il-Fond Konsolidat kien ser ikun ta’ €955 miljun, jew €55 miljun aktar milli fil-fatt irriżulta.

Minbarra hekk meta wieħed iħares lejn il-previżjonijiet tad-dejn nazzjonali, filwaqt li fil-Baġit kien imbassar li l-Gvern kien ser ikollu jżid is-self b’€1,039 miljun, fil-fatt id-dejn żdied b’€733 miljun, jew bi 30% anqas milli kien previst.

Il-Gvern irnexxielu jikseb dan it-titjib minkejja li s-sena li għaddiet l-ispiża pubblika laħqet rekord ta’ €6,745 miljun. Dan kien kważi €100 miljun aktar mill2021. L-akbar raġuni għal din iż-żieda kienet il-fatt

li għall-ewwel darba fl-istorja, il-Gvern alloka aktar minn €2 biljun għal għan ta’ protezzjoni soċjali. Dan minbarra li l-ispiża fuq is-saħħa baqgħet aktar minn €900 miljun, minħabba li sal-ewwel nofs tas-sena l-pandemija kienet għadha tirrikjedi allokazzjoni speċjali.

Ta’ min ifakkar ukoll li matul is-sena li għaddiet il-Gvern beda jagħti sostenn ta’ mijiet ta’ miljuni lill-familji u lin-negozji sabiex il-prezz tal-enerġija u tal-fuel jibqgħu stabbli.

Interessanti wkoll il-fatt li kontra dak li kien sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni fir-reazzjoni tiegħu għallBaġit, l-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mkien ma turi li kien hemm xi tnaqqis lill-agenziji tal-Gvern.

Fil-fatt, il-kontribuzzjoni tal-Gvern lejn dawn l-entitajiet żdiedet b’aktar minn €100 miljun. Filwaqt li Dr Bernard Grech kien tkaża li l-Gvern kien naqqas l-allokazzjoni tal-Università ta’ Malta, l-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li l-Università fil-fatt ingħatat €4.2 miljun aktar mis-sena ta’

qabel.

Intant filwaqt li l-ispiża tal-Gvern kompliet tkun sostnuta f’livelli rekord, il-qagħda finanzjarja talGvern tjiebet għax id-dħul wera titjib qawwi. Fl-2022 il-Gvern daħħal rekord ta’ €5,845 miljun, jew €432 miljun aktar mis-sena preċedenti.

Aktar minn nofs din iż-żieda kienet ġejja mill-VAT, indikazzjoni ta’ kemm il-konsum privat irkupra bissaħħa wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija. Il-bqija taż-żieda fid-dħul tal-Gvern tista’ tgħid ġiet kollha mill-bolla u mill-income tax. Dan jindika b’mod ċar kemm is-suq tax-xogħol kompla jikber, b’żieda tajba għall-ħaddiema f’pajjiżna.

It-twettiq tal-miri finanzjarji għas-sena li għaddiet huwa indikazzjoni li anke din is-sena l-qagħda talGvern ser tkompli sejra għall-aħjar. Fil-fatt, fl-ewwel xahrejn tas-sena l-finanzi pubbliċi diġà tjiebu bi kważi €200 miljun. Dan kien kaġun għal aċċellerazzjoni qawwija fid-dħul tal-Gvern, speċjalment mill-income tax. Jidher fil-fatt li l-andament ekonomiku għadu għaddej b’ritmu ferm aħjar milli previst.

IL-BAĠIT ŻIED IS-SENTIMENT B’24%

Tkompli minn paġna 1 Mill-Baġit ’l hawn, skont l-istess stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, is-sentiment ekonomiku f’pajjiżna tjieb b’24%. Madwar l-Ewropa s-sentiment inbidel b’rata sitt darbiet inqas sostnuta. Din id-diskrepanza hi riflessa wkoll fit-tbassir li qed isir għall-ekonomija Maltija mqabbla ma’ dik Ewropea.

Il-miżuri tal-Baġit wasslu għattitjib fis-sentiment fost il-familji Maltin u Għawdxin biex issa dan qiegħed mal-medja storika. F’pajjiżna l-maġġoranza tal-familji qalu li jħossu li qegħdin f’qagħda finanzjarja li jistgħu jaffordjaw li jidħlu għal spejjeż akbar.

Ta’ min ifakkar li, qatt daqs illum, il-familji f’pajjiżna ma kellhom flus il-bank, b’rekord ta’ €16.5 biljun, jew id-doppju tal-ammont li kellhom f’Marzu tal-2013.

Maġġoranza assoluta tal-familji jifilħu spejjeż kbar, kontra 20% fl-UE

Fl-Ewropa, bil-maqlub, maġġoranza ta’ 20% tal-familji qalu li ma jaffordjawx jidħlu għal spejjeż jew konsum kbir. Dan fid-dawl tal-qagħda finanzjarja differenti li qed jiffaċċjaw minħabba ż-żieda fil-kontijiet tal-enerġija, kif ukoll suq tax-xogħol inqas pożittiv minn tagħna.

Din il-fiduċja tal-familji Maltin u Għawdxin hi riflessa fl-attitudni tal-operaturi fis-settur tal-bejgħ. Hawnhekk is-sentiment hu ferm aħjar mill-medja storika. Maġġoranza ta’ kważi 50% tan-negozji sostnew li raw żieda fil-bejgħ fl-aħħar xhur. Fiddawl ta’ hekk, maġġoranza ta’ 40% qalu li se jżidu aktar ħaddiema.

Anke fil-qasam tal-kostruzzjoni,

is-sentiment hu aħjar mill-medja storika, b’maġġoranza tal-azjendi jbassru żieda fl-ammont ta’ ħaddiema li jimpjegaw. Dan f’kuntest li dawn l-operaturi bħala medja qalu li għandhom xogħol b’lura għal aktar minn seba’ xhur, jew darbtejn il-medja storika.

Fil-qasam tas-servizzi, is-sentiment tela’ għad-doppju tal-medja storika. Maġġoranza ta’ kważi 60% tal-operaturi tas-servizzi qed jantiċipaw tkabbir fl-attività fix-xhur li ġejjin, wara li diġà kellhom tkabbir tajjeb f’dawk li għaddew. B’riżultat ta’ hekk, madwar nofs il-kumpaniji qalu li se jkollhom bżonn iżidu l-impjegati.

L-istħarriġ tal-Kummissjoni jindika li fil-manifattura s-sentiment issa hu wkoll aktar mill-medja storika, b’titjib qawwi fl-aħħar xhur. Dan mistenni jkompli fix-xhur li ġejjin, b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-fabbriki jgħidu li se jipproduċu aktar minħabba żieda fid-domanda.

Fil-fatt maġġoranza simili tal-fabbriki intervistati qalu li se jżidu l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin. Dan fiddawl li l-kumpaniji tal-manifattura f’Malta sostnew li għandhom kważi erba’ xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li diġà rċevew.

Ta’ min jinnota li, minbarra kejl tas-sentiment ekonomiku, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika wkoll indiċi ta’ kemm hemm domanda għall-ħaddiema f’kull pajjiż.

F’pajjiżna d-domanda għall-ħaddiema issa laħqet livell li hu 24% ogħla mill-medja storika. Fil-fatt, f’Marzu jidher li kien hawn l-akbar domanda għall-ħaddiema mindu beda jsir dan l-istħarriġ f’pajjiżna u hu evidenti li, mit-tħabbir tal-Baġit ’l hawn, id-domanda għall-ħaddiema żdiedet b’madwar 20%.

Din hi konferma ta’ kemm l-andament ekonomiku f’pajjiżna qabad ritmu eċċellenti u ferm aħjar minn dak f’pajjiżi madwarna.

Il-maġġoranza tal-azjendi u l-industriji qed jantiċipaw tkabbir fl-attività tagħhom, xhieda tar-ritmu eċċellenti li qabdet l-ekonomija lokali

02.04.2023 03
Ritratt: VISIT MALTA

MALTA BL-AĦJAR RISPOSTA FIL-KRIŻI

Pajjiżna għandu l-orħos prezzijiet tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea kollha, waqt li l-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela investa fl-akbar sostenn għall-familji u għan-negozji lokali mill-2021 lil hawn.

Skont studju tekniku fost 33 pajjiż, inklużi s-27 stat membru fl-UE, pajjiżna joħroġ b’piż tal-enerġija li hu ferm orħos mill-bqija tal-ġnus l-oħrajn filkontinent u teżisti differenza ta’ aktar minn erba’ darbiet filprezz imħallas għall-elettriku mqabbel mal-iżjed prezzijiet li jitħallsu f’diversi pajjiżi oħrajn, partikolarment ir-Repubblika Ċeka, l-Italja u l-Ġermanja. Minbarra hekk, fl-allokazzjoni ta’ fondi nazzjonali bħala persentaġġ mill-Prodott Gross Domestiku (PGD), Malta qed tinvesti t-tieni l-akbar appoġġ wara l-Ġermanja. Iżda meqjus ukoll li l-istat Ġermaniż għandu prezzijiet li huma mal-erba’ darbiet ogħla minn tagħna, allura l-għajnuna offruta millGvern Malti, li qed jassorbi kull żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels, hi ferm aktar sinifikanti minn hekk.

L-istudju tal-Household Energy Price Index (HEPI), li ġie kkummissjonat flimkien mill-awtoritajiet regolatorji

fl-Awstrija u fl-Ungerija dwar il-varjazzjonijiet li jeżistu bħalissa b’riżultat tal-kriżi kawża tal-Gwerra fl-Ukrajna, jikkonkludi li Malta għandha t-tieni l-orħos prezz tal-elettriku ta’ €12.3/kWh (taxxi inklużi), wara l-Ungerija.

Minkejja dan, meta jiġu kkalkulati wkoll il-livelli ta’ saħħa finanzjarja tal-familji fil-pajjiżi rispettivi (purchasing power standards – PPS), pajjiżna jiġi bl-orħos prezz ta’ €14.1/kWh, li hu wkoll inqas minn nofs il-medja fl-UE ta’ €30.8/kWh.

Il-metodu tal-PPS hu simili għal munita artifiċjali u jintuża biex jelimina d-differenzi fil-livelli ġenerali tal-prezzijiet bejn il-pajjiżi. B’hekk, teoretikament, il-prodotti u s-servizzi jiġu jiswew l-istess f’kull pajjiż.

Iż-żieda fil-prezzijiet wholesale tal-enerġija ġiegħlu lillmaġġoranza tal-gvernijiet flEwropa biex jieħdu miżuri bla preċedent biex jipproteġu lillfamilji u lin-negozji tagħhom minn impatti finanzjarji diretti.

Skont it-think tank ibbażat fi Brussell, Bruegel, din l-għajnuna f’29 pajjiż Ewropew (UE, ir-Renju Unit u n-Norveġja) ammontat għal madwar €758 biljun bejn Settembru 2021 u Jannar li għadda.

Fl-UE l-inflazzjoni annwali tal-enerġija laħqet livelli rekord wara li r-Russja invadiet l-Ukrajna fi Frar tas-sena l-oħra, bir-rata taqbeż l-40% f’Ġunju ta’ wara, qabel il-prezzijiet reġgħu bdew neżlin gradwalment. Fi Frar li għadda l-prezzijiet kienu ferm orħos (16.6%), imqabblin mal-istess perjodu sena qabel (28.7%).

nazzjonali ta’ 6.8% skont il-PGD tagħna. L-inqas pajjiż fl-UE li offra għajnuna f’dan ir-rigward kien id-Danimarka b’0.5% talPGD.

Ħafna residenzi u negozji flEwropa xorta għadhom qed jissieltu mal-prezzijiet tal-enerġija u l-istudju HEPI analizza liema huma l-pajjiżi bl-ogħla u bl-orħos spejjeż relatati, flim-

sum totali fl-2020) se jonqos, għalkemm isostni wkoll li l-użu tal-enerġija għal skop ta’ dawl, tisħin tal-ilma u tisjir jibqa’ xorta neċessità kruċjali.

Mir-riżultati joħroġ li, fi Frar 2023, il-prezzijiet tal-elettriku residenzjali bit-taxxi inklużi jvarjaw minn €9.2/kWh fl-Ungerija għal €49.9/kWh fl-Irlanda. Fost l-ogħla prezzi-

Waqt li ħafna pajjiżi Ewropej għadhom qed jissieltu mal-kriżi tal-enerġija, il-familji u n-negozji f’pajjiżna għandhom l-orħos prezzijiet u inqas minn nofs il-medja fl-Unjoni Ewropea. Minbarra hekk, Gvern Laburista minnufih daħħal l-akbar sostenn bis-sussidji tant li kull familja qed tiffranka mal-€2,000 fis-sena

Malta, li minnufih ħadet iddeċiżjoni li ma żżidx ċenteżmu fuq il-prezzijiet tal-elettriku, gass u fuels għall-konsumatur u għall-intrapriżi, tikkalkula li se jkunu ntefqu aktar minn €1.1 biljun f’sussidji. Dan jissarraf f’għajnuna ta’ madwar €2,000 fis-sena għal kull familja. Skont l-istudju HEPI dan fisser ukoll appoġġ finanzjarju

kien ma’ liema gvernijiet allokaw l-iżjed jew l-inqas appoġġ biex ikunu ta’ spalla għaċ-ċittadini u l-industriji rispettivi tagħhom.

L-istħarriġ jieħu inkonsiderazzjoni li l-kesħa fl-Ewropa waslet lejn tmiemha u allura l-akbar porzjon tal-kontijiet tal-enerġija għat-tisħin taddjar hemmhekk (63% tal-kon-

jiet, l-Irlanda kienet segwita mill-Ġermanja (€49.5/kWh), irRenju Unit (€48.5/kWh) u l-Italja (€48/kWh).

Fil-qiegħ, l-Ungerija hi segwita minn pajjiżna, mill-Kroazja (€14.4/kWh) u mill-Bulgarija (€15.3/kWh), waqt li l-medja flUE kienet ta’ €28.3/kWh jew kważi darbtejn u nofs il-prezziji-

Rep. Ċeka Italja Ġermanja Irlanda Renju Unit* Ċipru Litwanja Polonja Latvja Greċja Estonja Awstrija Belġju Rumanija
Danimarka Olanda Bulgarija Żvezja Spanja Portugall Franza Slovakkja
Montenegro* Serbja* Lussemburgu Żvizzera* Ungerija MALTA Norveġja* Ġermanja MALTA Bulgarija Awstrija Greċja Italja Litwanja Olanda Portugall Slovenja Rumanija Renju Unit* Slovakkja Rep. Ċeka Franza Spanja Lussemburgu Latvja Kroazja Polonja Norveġja* Estonja Belġju Ungerija Żvezja Irlanda Ċipru Finlandja Danimarka *mhux stat membru tal-UE *mhux stat membru tal-UE 02.04.2023 04
UE
Kroazja Slovenja Finlandja

TAL-ENERĠIJA

et f’pajjiżna.

Meta l-prezzijiet ġew aġġustati mal-livelli tas-saħħa finanzjarja tal-popli (PPS), dawn jinbidlu għalkemm il-pajjiżi bl-ogħla u l-orħos ħlasijiet baqgħu kważi l-istess.

Fi Frar 2023, il-prezzijiet residenzjali skont il-PPS varjaw mill-orħos prezz f’Malta għall-ogħla wieħed fir-Repubblika Ċeka (€51.6/kWh).

Dan hu €37.5/kWh ogħla milli qed iħallsu l-familji Maltin u Għawdxin grazzi għas-sussidji allokati mill-Gvern Laburista.

Mingħajr dan l-appoġġ, l-inflazzjoni f’Malta kienet tiżdied drastikament. Fil-fatt, fid-diskors tiegħu tal-Baġit, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana kien indika li, minflok l-€10 żieda fil-ġimgħa tal-Cost Of Living Adjustment (COLA), pajjiżna kien ikollu joħroġ mal-€25 żieda filġimgħa li jispiċċa jħalli impatti katastrofiċi fuq l-industriji u min iħaddem.

Dan ukoll kien iwassal għal żieda oħra fl-inflazzjoni nazzjonali. Waqt li n-negozji lkoll

faħħru d-deċiżjoni tal-Gvern, bil-maqlub tiddetta l-politika tal-Partit Nazzjonalista u, kif għamlet fil-kriżi ferm iżgħar tal-2008/09, li kien għaliha kienet timponi l-piż sħiħ fuq il-poplu u l-industriji.

Dan anke tennieh il-Kap attwali tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li ddikjara li “la l-prezzijiet jogħlew minn barra, allura jkollhom jogħlew f’pajjiżna”, waqt li attakka l-għajnuna millGvern bħala “mhux sostenibbli”.

Minbarra hekk, il-Gvern ta’ Robert Abela wkoll reġa’ żied il-pensjonijiet kif sar għallaħħar snin, waqt li nieda mekkaniżmu ġdid tal-għoli talħajja, speċifikament biex jgħin lil dawk fl-inqas faxex tas-soċjetà.

Pajjiżi oħrajn, li ma ħadux l-istess deċiżjoni bħal Malta, illum qed jaraw lill-popli rispettivi tagħhom iħallsu prezz qares tal-enerġija (skont il-PPS) jew mal-erba’ darbiet iżjed mill-Maltin u l-Għawdxin.

Fost dawn hemm it-Taljani li jħallsu €49.1/kWh, il-Ġermaniżi (€44.5/kWh), l-Irlandiżi (€41.6/ kWh) u l-Ingliżi (€41.5/kWh).

Il-medja fl-UE hi ta’ €30.8/ kWh.

L-INVESTIMENT FIL-ĠESTJONI

TAL-ISKART LOKALI JKOMPLI

JOĦLOQ ŻVILUPPI POŻITTIVI

L-aġenzija tal-Gvern WasteServ tinsab fl-eqqel tat-twettiq ta’ numru ta’ proġetti li se jwasslu biex il-pajjiż jimxi iżjed lejn ekonomija aktar ċirkulari billi l-iskart jinbidel f’riżorsa. Dan hekk kif, aktar kmieni din il-ġimgħa, WasteServ fetħet faċilità ġdida fil-kumpless ECOHIVE fil-Magħtab li se tkun qed tipproċessa l-iskart tal-boroż griżi u ħodor li jinġabru bieb bieb.

Permezz ta’ din il-faċilità, din l-entità qed tkompli tagħmel il-proċess tal-għażla (“sorting”) tal-iskart iktar effiċjenti, b’investiment f’sistemi awtomatizzati.

Din il-faċilità l-ġdida se jkollha l-kapaċità li kull sena tipproċessa mal-40,000 tunnellata ta’ skart riċiklabbli li jikkonsisti primarjament minn kartun, karta, plastik u metall. Fejn qabel dan il-proċess kien jinvolvi conveyor tas-separazzjoni wieħed bil-ħaddiema jagħżlu l-materjali bl-idejn, issa permezz ta’ dan it-tagħmir ġdid, ċerti materjali qed jintgħażlu waħedhom. Bis-saħħa t’hekk, il-proċess sar aktar effiċjenti u qed iżid biex itejjeb il-kwalità tal-materjali magħżula.

Il-ftuħ ta’ din il-faċilità ġdida wassal lill-WasteServ biex tkompli tnaqqas l-operat tagħha minn Marsaskala, hekk kif it-trattament talboroż il-griżi u l-ħodor issa mexa għall-Magħtab Fil-fatt, dan it-tagħmir se jkun qed jissostitwixxi l-linja rudimentali li hemm fl-impjant ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala.

Dan ifisser li l-Gvern jinsab pass eqreb biex iwettaq il-wegħda tiegħu biex parti kbira millimpjant tal-WasteServ f’Marsaskala jingħata lura lill-pubbliku fi spazju aħdar u miftuħ. Madanakollu, ix-xogħol ma jiqafx hawn, hekk kif il-WasteServ qed taħdem fuq numru ta’ proġetti oħrajn. Fi proġett ieħor parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej, il-WasteServ se tkun qed tiftaħ faċilità ġdida oħra din id-darba f’Ħal Far li se tkun qed taċċetta materjal goff bħal saqqijiet, tajers u injam.

Ix-xogħol fl-immaniġġjar

tal-iskart lokali hu

xhieda ta’ kemm dan il-Gvern għandu għal

Ladarba jiġu magħżula, dawn il-materjali jiġu pproċessati f’balal. Għal dan il-għan, il-WasteServ investiet f’baler tal-aħħar teknoloġija b’kapaċità li jikkumpatta balal sa 900 kilo, skont il-materjal. Dan se jkun qed jgħin biex tonqos l-ispiża u l-impatt fuq l-ambjent meta dan il-materjal jiġi esportat f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ iċċertifikati ħalli jiġi ttrasformat fi prodotti oħrajn u b’hekk jelimina l-bżonn li tiġi estratta materja prima.

qalbu l-ambjent f’pajjiżna

Dan l-investiment ta’ €4 miljun, parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni Ewropew, se jkun qed iżid il-valur tal-materjal għall-esportazzjoni, filwaqt li jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tat-trasport. Pass ieħor li se jkompli jwassal għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi.

Permezz ta’ dan l-impjant, li se jiswa madwar €22 miljun, dawn il-materjali se jkunu qed jiġu pproċessati minflok jispiċċaw fil-miżbla.

Għaddej ukoll ix-xogħol fuq linja ġdida oħra awtomatizzata li se tkun qed tagħżel il-ħġieġ b’investiment ta’ €2 miljun. Din se jkollha l-kapaċità li tipproċessa mal-20,000 tunnellata ta’ ħġieġ fis-sena, li huma ekwivalenti għal aktar minn 37 miljun flixkun.

Ix-xogħol li għaddej fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna hu xhieda ta’ kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu l-ambjent. B’dawn l-investimenti, inkluż l-investiment ta’ €500 miljun fuq il-proġett ECOHIVE li se jkun qed jikkonsisti f’erba’ impjanti oħrajn tal-aħħar teknoloġija, Malta se tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tagħha fis-settur tal-iskart biex b’hekk jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ u titnaqqas id-dipendenza fuq il-miżbliet.

02.04.2023 05 Ritratt: ALAN SALIBA/DOI

IL-ĦELSIEN HU L-BOXXLA

TA’ FEJN IRRIDU MMORRU

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħelsien fil-Birgu l-Prim Ministru ħabbar aktar benefiċċji li se jkomplu jtejbu l-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin

“Dan il-Moviment Laburista li kiseb il-Ħelsien għal pajjiżna, dejjem tmexxa minn prinċipji. Prinċipji li ngħixuhom kuljum u li tajjeb infakkruhom bħala Laburisti, Soċjalisti, u Soċjal-Demokratiċi. Fejn aħna nafu li neżistu biex nieħdu d-deċiżjonijiet għall-ħafna, u mhux għall-ftit. Qegħdin hawn biex ngħinu lil min hu batut u naraw li ntejbu l-ħajja tal-inqas wieħed minna fis-soċjetà. Mill-Gvern, iva anke millGvern, irridu nibqgħu nkunu aħna l-akbar aġenti tal-bidla. Fejn naħdmu biex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Xatt ir-Risq fil-Birgu fejn tfakkar l-44 anniversarju ta’ Malta Ħielsa. Ġrajja li ddefinixxiet ġens li f’mumenti ta’ sfida dejjem joħroġ l-aqwa tiegħu.

Quddiem mijiet ta’ persuni li nġabru biswit il-Monument tal-Ħelsien, il-Prim

Ministru saħaq li f’dawn il-jiem qed tiġi mfakkra r-rebħa elettorali ta’ sena ilu u l-għaxar sena ta’ Gvern Laburista.

“Il-poplu sena ilu reġa’ silifna mandat ieħor.  U nitkellem dwar tislif ta’ fiduċja, għax dik il-fiduċja rridu naħdmu għaliha kuljum. U għalhekk li l-poplu għażel lilna. Għażel li jafdana, għax il-kelma tagħna mal-poplu nżommuha dejjem. Għax jiggwidawna l-prinċipji li jħaddan il-poplu tagħna. Għax ma nħallu qatt l-arroganza tegħlibna. U fejn naraw l-arroganza naqtgħulha rasha. Jien dejjem kont, għadni u nibqa’ mal-poplu. U nisħaq fuq l-umiltà.”

Robert Abela qal ukoll kif il-Partit Nazzjonalista jrid biss li jkollu l-poter meta tenna li “ħaddieħor iħobb u għandu kilba għall-poter aktar milli jħobb lil Malta, lil pajjiżu.”

“Ħaddieħor, suppost Maltin bħalna, użaw lil pajjizna, pajjiżhom stess wara

kollox, bħala tarka biex jiddefendu pajjiż ieħor barrani fil-Parlament Ewropew. Sal-bieraħ!! Sal-lum stess dan!! Aħna ma nitkellmux fuq poter … aħna nitkellmu fuq fiduċja, u kif dik il-fiduċja se nrodduha lura,” kompla Dr Abela b’referenza għad-dibattitu li tqanqal mill-grupp tal-PN fil-Parlament Ewropew biex, bliskuża ta’ Malta, itaffu l-iskandlu li qed jiffaċċjaw gvernijiet tal-lemin fl-Unjoni Ewropea, partikolarment dak tal-Greċja, li nqabad jispija bil-moħbi fuq politiċi u ġurnalisti, fost oħrajn.

Il-ġrajja wkoll qanqlet il-memorja ta’ meta l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ftaħar pubblikament li jistħi jgħid li hu Malti u jippreferi jgħid li hu Grieg.

Sadanittant, nhar il-Ħamis li għadda, il-Prim Ministru kompla jsostni kif, filwaqt li l-Partit Laburista jfakkar il-passat b’għożża, jitkellem, joħlom u jwettaq il-futur ukoll. “Kull mument li se tisil-

GRAZZI

funi l-fiduċja tagħkom jien se nużaha biex naħdem ħalli l-piżijiet ma ġġorruhomx intom. Jiena mhu se naqta’ qalbi qatt quddiem l-isfidi. Kbar kemm huma kbar. Għax jien Mexxej tal-Partit Laburista. U hekk għamlu dawk kollha li ġew qabli. Ma qatgħu qalbhom qatt.”

Robert Abela saħaq kif, filwaqt li f’pajjiżi oħrajn illum qed jitkellmu fuq familji li din ix-xitwa batew il-kesħa u żdied il-faqar minħabba l-piżijiet talkontijiet, hawn Malta nitkellmu fuq kif se nagħtu kundizzjonijiet aħjar lillħaddiema, lill-familji u lill-pensjonanti.

“U sena oħra fil-Baġit li ġej, se nagħtuhom aktar! Għax irridu pensjonanti ħielsa. Li jkunu f’pożizzjoni jgawdu dak li batew għalih. Huma l-pensjonanti li sawru u bnew dan ilpajjiż b’valuri sodi. Fuq in-naħa l-oħra ż-żgħażagħ. Il-preżent u l-futur ta’ pajjiżna. Anke hawn, id-differenza ċara minħabba l-prinċipji li jiggwidawna,” saħaq il-Prim Ministru, waqt li kompla jenfasizza kemm il-poplu Malti u Għawdxi għandu għal xiex ikun kburi li jappoġġja lill-Moviment Laburista.

“Għollejna u se nkomplu nsaħħu ċ-Children’s Allowance, għax hi wkoll miżura legat ta’ Gvernijiet Laburisti biex it-tfal ikollhom opportunitajiet indaqs. Legat li komplejna nsaħħuh b’miżuri bħaċ-childcare b’xejn. Monument soċjali ieħor ta’ Gvern  Laburista. Iva, l-edukazzjoni u opportunitajiet indaqs għal uliedna; huma wkoll parti mill-ġrajja tal-Ħelsien. Għax, li nagħtu opportunitajiet indaqs lil kull tifla u tifel f’pajjiżna, ifisser li verament inkunu qed niżguraw futur sabiħ għal dan il-poplu.”

Hu semma wkoll kif l-għan ta’ dan il-Gvern mhuwiex biss li jwettaq il-programm elettorali, imma li permezz tiegħu naslu lejn soċjetà aktar ħanina u lejn ġustizzja soċjali li twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Prim Ministru għalaq b’messaġġ ċar: “Il-kelma tiegħi mal-poplu Malti hi li se nibqgħu mmexxu bi mħabba lejn kulħadd. Immexxu bi prinċipji ta’ ġustizzja soċjali. B’valuri sodi biex intejbu s-soċjetà li ngħixu fiha. Lil uliedna nagħtuhom l-aqwa futur. Lill-anzjani tagħna wens u sostenn wara tant ħidma. Lill-ħaddiema tagħna u l-familji tagħhom l-aqwa kwalità tal-ħajja. Għax aħna l-moviment ta’ dan il-poplu ħabrieki. Il-Moviment tal-Ħaddiema u ta’ Min Iħaddem. Għax aħna nemmnu fil-potenzjal ta’ kulħadd. Għax aħna lil Għawdex u Malta nħobbuhom. Malta l-ewwel u qabel kollox … flimkien se nibqgħu nirnexxu. Viva Malta Ħielsa!”.

02.04.2023 06 PARTIT LABURISTA

PUTTINU SE JIRRITORNA L-ĠIMGĦA

Il-ġbir ta’ fondi se jgħin fil-proġett il-ġdid f’Londra

Il-poplu Malti u Għawdxi qed jerġa’ jintalab jikkontribwixxi fil-kawża ta’ Puttinu Cares hekk kif nhar ilĠimgħa li ġej, fil-Ġimgħa l-Kbira, tittella’ maratona oħra ta’ ġbir ta’ fondi b’risq pazjenti li huma morda bil-kanċer u jeħtieġu kura barra minn xtutna. Fl-appuntament tas-sena li għaddiet il-poplu kien ikkontribwixxa s-somma rekord ta’ €3,133,430.

Il-maratona, li se terġa’ tixxandar dirett fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha, mid-9:00 a.m. sat-3:00 p.m. u mid-9:00 p.m. sa nofsillejl, se tiġbor fondi biex jitkompla l-proġett li se jara l-iżvilupp tal-binja fil-qalba ta’ Londra, li nxtrat ukoll bil-ġenerożità tal-poplu u sostenn ta’ €5 miljuni mill-Gvern.

Il-proġett, li se jiswa mal-£20 miljun, qed jikkonverti l-binja kbira biex takkomoda 24 appartament, waqt li saret applikazzjoni għall-bini ta’ sular ieħor. Il-binja se tissemma għal Dr Victor Calvagna, kofundatur ta’ Puttinu Cares li miet f’inċident tat-traffiku fl-2022.

Fil-maratona tal-Ġimgħa jistgħu jiġu sponsorjati kmamar fil-binja l-ġdida – kamra tal-banju (€2,500), kamra tas-sodda (€5,000) jew kċina (€10,000) – u eventwalment titwaħħal plakka kommemorattiva b’isem l-individwi jew il-kumpaniji li jagħmlu dan il-ġest nobbli.

INTRODOTTI PRATTIĊI

MODERNI TAX-XOGĦOL

FIS-SERVIZZ PUBBLIKU

Is-Servizz Pubbliku se jsaħħaħ u jintroduċi prattiċi moderni tax-xogħol li jassiguraw sostenibbiltà, flessibbiltà u effiċjenza. Permezz tagħhom, il-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet governattivi, li jammontaw għal iżjed minn 51,000, se jkunu jistgħu jilħqu bilanċ aħjar bejn il-ħajja u x-xogħol, inkluż bi tqassim tal-40 siegħa xogħol fuq inqas ġranet fil-ġimgħa jew ċaqliq sa sagħtejn fil-bidu jew it-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol.

Minbarra li ħaddiem jista’ jaddatta l-impjieg skont l-esiġenzi tiegħu u tal-familja, dawn il-prattiċi ġodda mistennija wkoll iħallu impatt pożittiv f’oqsma oħrajn fil-pajjiż, inkluż, iżda mhux biss, f’inqas traffiku fir-“rush hours” ta’ filgħodu u waranofsinhar.

Tony Sultana, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, li hu wkoll responsabbli għaċ-Ċivil, ħabbar li, wara konsultazzjoni wiesgħa ma’ uffiċjali fit-tmexxija u unjins, il-prattiċi ta’ Reduced Hours, Flexitime, Flexi-week u Remote Working se jissaħħu b’mod strutturat.

Is-sistema tar-Reduced Hours ġiet emendata għal aktar flessibbiltà, b’tali mod li uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw li jaħdmu sigħat imnaqqsin, mingħajr ħtieġa ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà, kif kien sal-lum, dejjem fejn ixxogħol u l-prijoritajiet jippermettu.

Għall-ewwel darba qed tiddaħħal il-prattika ta’ Flexitime, li permezz tagħha uffiċjali pubbliċi jistgħu jitolbu li jirranġaw il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom, sa sagħtejn qabel jew wara l-ħinijiet stabbiliti.

Is-Servizz Pubbliku se jadotta wkoll il-kunċett ta’ Flexi-Week, li, permezz tiegħu, uffiċjali pubbliċi jistgħu jitolbu lis-superjuri tagħhom li jqassmu

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana

l-40 siegħa ta’ xogħol fuq erba’ jew sitt ijiem fil-ġimgħa.

Ir-Remote Working qed jiġi strutturat fejn uffiċjali pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn kwalunkwe sigħat ta’ xogħol remot fuq kriterji family-friendly. Dan se jassorbi l-arranġamenti eżistenti tat-Telework. Sa 20% tas-sigħat tax-xogħol jistgħu jintalbu li jinħadmu b’mod remot mingħajr ebda ħtieġa ta’ eliġibbiltà jew ġustifikazzjoni, bħal fil-każ ta’ kura ta’ tfal żgħar jew anzjani.

Dan it-tibdil se jidħol fis-seħħ proprju minn għada, għalkemm qed jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni sal-15 ta’ Ġunju li ġej.

Fil-Parlament din il-ġimgħa, il-Prim Ministru tenna li “l-Gvern jemmen bissħiħ f’miżuri favur il-familji u favur bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja per-

sonali. Tant hu hekk li l-Gvern huwa meqjus bħala xempju anke għas-settur privat f’dan il-qasam. Ir-remote working mhux biss se jibqa’ jiġi attwat, imma se jkun imtejjeb fi struttura aħjar, li tinkudi titjib ta’ miżuri oħrajn biex jikkumplimentaw bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Dan kollu jwassal għal ħaddiema motivati.”

Fi stqarrija, li ħabbret dan it-tibdil ta’ prattiċi tax-xogħol, ingħad li din hi l-ewwel fażi tal-proċess ta’ mmodernizzar tas-Servizz Pubbliku.

Sultana qal li, b’dan it-tibdil, isServizz Pubbliku qed jagħti lill-uffiċjal pubbliku l-opportunità ta’ aktar flessibbiltà b’inqas burokrazija, b’mod kontabbli, strutturat u effiċjenti. B’hekk isir aktar ta’ eżempju, bl-aktar prattiċi relevanti li jwasslu għal bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol f’pajjiżna.

02.04.2023 07
Ritratt: PIERRE SAMMUT/DOI

IL-MAJJAL F’PAJJIŻNA JIĠI PROTETT

B’SUSSIDJI QAWWIJA TAL-GVERN

L-inċertezza fis-settur, partikolarment minħabba l-Gwerra fl-Ukrajna fil-bidu tas-sena li għaddiet u ż-żidiet esaġerati fil-prezzijiet tal-ġwież, damet biss ftit ġimgħat u affettwat minimament il-produzzjoni lokali

Il-produzzjoni tal-majjal ta’ Malta baqgħet b’saħħitha mill-bidu tas-sena li għaddiet ’l hawn, grazzi għall-għajnuniet immedjati mill-Gvern lis-settur biex ipattu għad-diffikultajiet, partikolarment il-ħruġ mill-pandemija talCOVID-19 u, iżjed minn hekk, iż-żidiet kbar fil-prezzijiet tal-għalf b’riżultat tal-bidu tal-Gwerra fl-Ukrajna fl-ewwel kwart tal-2022.

Minn statistika, li ngħatat fil-Parlament din il-ġimgħa, jirriżulta li l-inċertezza fost ir-raħħala li jispeċjalizzaw fit-trobbija tal-ħnieżer damet biss ftit ġimgħat sakemm seħħ l-intervent qawwi tal-Istat biex jipproteġi l-katina tal-ikel lokali, inkluż dan is-settur, li ġie affettwat bl-isplużjoni fl-ispejjeż tal-importazzjoni tal-ġwież tal-annimali.

Minħabba l-invażjoni Russa, it-tnaqqis drastiku tal-esportazzjoni ta’ prodotti simili mill-Ukrajna, li hi fost l-akbar produtturi fid-dinja, wassal għal impatt bla preċedent fuq tali prezzijiet.

Minkejja dan, mill-bidu ta’ Mejju 2022, il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela nieda skema ta’ sussidju temporanju għall-istabbilizzazzjoni talprezzijiet ta’ €10 miljun biex jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel lokali u jimmitiga ż-żieda fil-prezzijiet relatati, fosthom fl-importazzjoni taċ-ċereali, tad-dqiq u tal-għalf għas-setturi tat-trobbija talbhejjem intiżi għas-suq lokali.

Fil-ftit ġimgħat, qabel tħabbret din

l-għajnuna fl-ewwel xhur tas-sena l-oħra, ir-raħħala għażlu b’mod ġenerali li jirrestrinġu t-tgħammir tal-ħnieżer għal inqas min-normal. Dan ġie rifless fi tnaqqis minimu ta’ 9% fil-qatla medja fil-Biċċerija fl-ewwel ġimgħat ta’ din is-sena l-ġdida, għalkemm mix-xahar li għadda reġa’ kien hemm irkupru sħiħ għal-livelli normali.

Il-KullĦadd hi infurmata li, waqt li t-tqala ta’ ħanżira tieħu tliet xhur qabel twelled, normalment ħanżir imbagħad ikun lest għall-qatla wara li jilħaq l-età ta’ sitt xhur.

tal ta’ 51,102 iħnieżer maqtula fl-2022, li jfisser medja ta’ 983 ħanżir fil-ġimgħa.

Mitlub jgħid kif varjat il-qatla talmajjal fl-aħħar żminijiet u jekk fl-aħħar xhur kellux talbiet speċifiċi ta’ għajnuna minn min irabbi l-majjal, il-Ministru Refalo saħaq li “ma ġiet sottomessa l-ebda talba uffiċjali għall-għajnuna speċifika minn dawk li jrabbu l-majjal”, waqt li ppreżenta statistika sħiħa ta’ kemm inqatlu ħnieżer fil-Biċċerija mill-bidu tal2022 sal-lum.

Hu fakkar f’interventi finanzjarji ulterjuri lis-settur, minbarra s-sussidji ta’

L-għajnuna multimiljunarja biex tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel lokali qatgħet l-inċertezza fost il-produtturi

Għaldaqstant, it-tnaqqis fiċ-ċifri filbidu tal-2023 hu rifless fl-azzjoni tarraħħala li jnaqqsu l-produzzjoni meta bdew jinħassu l-ewwel effetti tal-prezzijiet bil-Gwerra fl-Ukrajna u s-settur intlaqat minn inċertezza ta’ ftit ġimgħat.

Ċifri li ngħataw din il-ġimgħa millMinistru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, bi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea, juru li l-produzzjoni tal-majjal fil-Biċċerija tvarja skont il-perjodi, b’to-

Mejju li għadda. “Il-Gvern diġà għen u qed jgħin finanzjarjament lil dan is-settur permezz ta’ għajnuna lill-Koperattivi tal-Majjal fl-ammont ta’ €200,000, bil-Pig Welfare Scheme li tlaħħaq madwar €450,000 fis-sena, mal-€1.5 miljun f’għajnuna diretta relatata malCOVID-19, kif ukoll għajnuniet indiretti oħrajn,” tenna Dr Refalo.

Sorsi qrib il-Biċċerija spjegawlna li d-domanda domestika għal dan it-tip ta’ laħam tiżdied sew fis-sajf, minħabba l-BBQs, u fil-perjodu tal-Milied, minħab-

ba l-ikliet fil-familji.

Mill-istatistika ppreżenta joħroġ li l-aktar ġimgħa qawwija ta’ xogħol f’dan ir-rigward fil-Biċċerija kienet dik ta’ bejn il-21 u l-25 ta’ Marzu 2022 fejn inqatlu 1,286 ħanżir. Dan il-perjodu tar-Randan u temp sabiħ kien kważi kollu b’saħħtu fil-produzzjoni tal-majjal li kaxkar sas-sajf, kif spjegaw is-sorsi. Produzzjoni simili kienet irreġistrata wkoll mill-aħħar ġimgħa ta’ Settembru sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda.

Il-ġimgħa bejn id-19 u t-23 ta’ Diċembru kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ ħnieżer li nqatlu fil-Biċċerija (1,209).

Min-naħa l-oħra, l-ammont niżel bi kważi 40% fl-aħħar ġimgħa tas-sena għal 738 ħanżir u baqa’ taħt ir-rata ta’ 900 ħanżir sa nofs Frar u qabad jirkupra sakemm f’nofs Marzu wkoll qabeż iċ-ċifra ta’ 1,047 ħanżir fil-ġimgħa bejn is-6 u l-10 tax-xahar, li wkoll inzerta fil-perjodu tar-Randan.

It-tnaqqis fl-ewwel sitt ġimgħat tal2023, b’riżultat tar-restrizzjonijiet fittgħammir tal-ħnieżer disa’ xhur qabel, niżżel il-medja tal-qatliet fil-Biċċerija meta mqabbel mas-sena li għaddiet b’170 ħanżir fil-ġimgħa.

Minkejja dan, il-medja tal-ewwel 11-il ġimgħa ta’ din is-sena hi ta’ 90 ħanżir inqas fil-ġimgħa meta mqabbel mal-medja tal-2022 sħiħa (983 fil-ġimgħa) u anke mal-istess perjodu fil-bidu tas-sena li għaddiet (980 fil-ġimgħa).

02.04.2023 08

IL-PROĠETT FL-GĦADIRA B’IŻJED

DIFFIKULTAJIET MILLI MISTENNI

Bħal kull proġett ieħor, dak li għaddej fil-promenade tal-Bajja tal-Għadira, fil-limiti tal-Mellieħa, joffri diversi sfidi li mhux dejjem jagħmlu l-andament tax-xogħol faċli. L-immaniġġjar tat-traffiku fuq karreġġjata waħda u l-maltemp tax-xitwa offrew sfidi simili, iżda x-xogħlijiet fis-sit spiċċaw jiffaċċjaw sfidi ħafna akbar minn hekk.

Bla dubju, l-akbar sfida f’dan il-proġett kienet iż-żmien, għax il-maġġoranza tax-xogħlijiet kellhom isiru fix-xitwa ħalli, imbagħad, il-bajja u l-madwar ikunu jistgħu jitgawdew matul ix-xhur tas-sajf.

B’investiment ta’ madwar €2 miljun dan il-proġett se jkun qed jirriġenera ż-żona tal-Għadira. Ix-xogħlijiet jinkludu l-bini mill-ġdid tax-xatt, iż-żoni pedonali, tisbiħ tar-roundabout u ambjent aħjar f’waħda mill-aktar bajjiet popolari f’pajjiżna, waqt li se jitħawlu aktar siġar, tiżdied l-aċċessibilità, isiru faċilitajiet sanitarji ġodda u anke Wi-Fi b’xejn għal kulħadd.

Fost ħafna problemi, jirriżulta lill-KullĦadd li l-promenade u t-triq qed jinbnew mill-ġdid fuq materjal dgħajjef li kull meta jsir skavar dan jinfetaħ u jispiċċa jaqa’ għal isfel fit-trinka li tkun qed titħaffer. Biex dan ma jkunx ta’ periklu għall-ħaddiema, it-trinek jinfetħu ak-

tar wiesgħa biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar u mingħajr periklu. Ovvjament, din il-metodoloġija ttawwal aktar iż-żmien tax-xogħol.

F’partijiet oħrajn ix-xogħol ta’ skavar jinżel aktar ’l isfel mil-livell tal-baħar u minħabba l-viċinanza mal-kosta, l-ilma baħar kien beda jippenet-

ra fit-trinek. F’dan il-każ kien meħtieġ li jingħata konkos apposta biex jitwaqqaf l-ilma baħar milli jkompli jidħol fittrinek qabel ikun jista’ jitkompla kull xogħol ieħor.

F’żoni oħrajn il-livelli tal-promenade u tat-triq jinsabu aktar għoljin u uffiċjali li qed jaħdmu fuq il-proġett qalu lil din il-

gazzetta li hawn sabu problema fejn kien hemm ħafna materjal li beda jimbotta fuq il-ħitan eżistenti, tant li wassalhom fi stat li jiġġarrfu jekk ma jsirx intervent fuqhom.

“Fin-naħa tan-nofs tal-bajja kellu jinħatt għalkollox ħajt għoli ta’ madwar ħames metri u wiesa’ 25 metru u jerġa’ jin-

bena mill-ġdid bil-blokki kbar tal-konkos biex iservi ta’ lqugħ għat-triq u għall-promenade,” komplew l-uffiċjali.

Huma spjegaw li, meta jkun qed jaħkem riħ mill-Grigal, issit jimtela kollu bir-ramel talbajja u dan ikollu joqgħod jitneħħa mit-trinek li jkunu diġà mħaffrin. Is-saħħa tar-riħ ukoll tagħmel ħafna ħsara lill-apparat ta’ protezzjoni li jagħlaq l-aċċess għas-sit u kellu jerġa’ jiġi installat mill-ġdid diversi drabi wara l-matemp qawwi li ħakem lil pajjiżna fl-aħħar xhur u ġimgħat.

It-triq tal-Għadira, kif inhi magħrufa, hi l-unika konnessjoni bejn iż-żewġ gżejjer, minbarra li minnha jgħaddu diversi servizzi li jipprovdu l-komunikazzjoni kollha għannaħa l-oħra tal-fliegu, bħal cables tad-dawl u cables tat-telefowns.

“Kull meta jsir skavar, il-kuntrattur ikun irid joqgħod b’seba’ għajnejn li dawn is-servizzi ma jintlaqtux. Irridu ngħidu wkoll li ħafna minn dawn is-servizzi huma antiki u, allura, qed jiġu mibdula f’dan il-proġett. Qegħdin jinbidlu wkoll il-mejnijiet tal-ilma, li partijiet minnhom kienu qegħdin fil-wiċċ tat-triq u x-xogħlijiet madwarhom ma setgħux isiru qabel dawn jinbidlu. Sakemm ġew installati l-pajpijiet il-ġodda tal-ilma, l-antiki ma setgħux jinqalgħu biex jibqgħu jipprovdu s-servizz lill-entitajiet tal-madwar … bil-konsegwenza li dam ma beda wkoll xogħol ieħor ta’ skavar biex jiġu fformati l-bankini tal-promenade,” temmew jgħidulna s-sorsi.

02.04.2023 10
Il-pedament u l-ilqugħ dgħajjef ħolqu problemi serji lix-xogħlijiet, anke bl-ilma baħar jippenetra fit-trinek tal-proġett

OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL FIS-SAJF

GĦALL-ISTUDENTI

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħabbar li l-istudenti full-time li temmew l-edukazzjoni Sekondarja obbligatorja (Form V/11-il Sena) u dawk li qed jistudjaw f’livell Postsekondarju, Vokazzjonali jew Terzjarju, inklużi dawk li huma fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom, li l-applikazzjoni għax-Xogħol għas-Sajf għall-Istudenti 2023 issa hi miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ April li ġej. Dawk l-istudenti li huma interessati għandhom japplikaw online fuq https://edurecruitment.gov.mt/ u jtellgħu l-iscans taż-żewġ naħat tal-Karta tal-Identità tagħhom flimkien mad-dokumenti kollha mitlubin fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.

L-istudenti eliġibbli se jkunu mitlubin jagħmlu test online għall-fini ta’ klassifikazzjoni, waqt li se jkunu mitluba jagħżlu l-preferenza tal-qasam li jixtiequ jaħdmu fih.

Playworkers li jaħdmu fit-tim ta’ SkolaSajf jagħmlu ż-żewġ fażijiet fuq perjodu ta’ tmien ġimgħat … il-bqija jaħdmu fażi waħda ta’ erba’ ġimgħat

Studenti li se jagħżlu li jaħdmu bħala playworkers u li se jkunu parti mit-tim ta’ SkolaSajf mal-Fondazzjoni għasServizzi Edukattivi se jaħdmu ż-żewġ fażijiet fuq firxa ta’ tmien ġimgħat bejn il-11 ta’ Lulju u s-7 ta’ Settembru 2023 b’waqfa ta’ ġimgħa (shutdown) matul il-ġimgħa ta’ Santa Marija. Studenti, li jagħżlu li jaħdmu fl-oqsma l-oħrajn, ikunu intitolati għal fażi waħda ta’ erba’ ġimgħat.

Għalhekk l-istudenti huma mitlubin li japplikaw għal Fażi 1 jew Fażi 2 billi jissottomettu applikazzjoni separata għal kull fażi. L-istudenti xorta jistgħu japplikaw għaż-żewġ fażijiet billi dan jiddependi mill-ammont ta’ postijiet offruti minn min iħaddem fis-servizz/settur pubbliku.

Id-dati ta’ kull fażi huma:

Fażi 1: 10 ta’ Lulju 2023 – 4 ta’

Awwissu 2023

Fażi 2: 16 ta’ Awwissu 2023 –

ta’ Settembru 2023

L-istudenti se jkunu allokati f’ministeri u f’dipartimenti fisServizz Pubbliku kif ukoll f’entitajiet pubbliċi. Studenti minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea għandhom jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn ta’ permess tax-xogħol biex jaħdmu f’Malta. Dawn l-istudenti għandhom itellgħu kopja tal-permess tax-xogħol mal-applikazzjoni tagħhom.

Studenti full-time li qegħdin jistudjaw f’livell Postsekondarju, Vokazzjonali jew Terzjarju, u li mhumiex eliġibbli għall-istipendji, għandhom itellgħu dokumenti bħala prova li qegħdin jistudjaw. Dan jinkludi kopja scanned talIttra ta’ Aċċettazzjoni jew Ittra ta’ Reġistrazzjoni għas-sena akkademika 2022-2023, u kopji riċenti tal-Lista tal-Impjiegi maħruġa minn Jobsplus.

L-istudenti li se jiġu ngaġġati għall-perjodu tas-sajf se jirċievu salarju ta’ €7.27 fis-siegħa, li hu dak bażiku ta’ Skala 16 tasServizz Pubbliku.

L-istudenti huma intitolati wkoll għal-leave u għas-sick leave fuq bażi prorata, kif ukoll għall-bonus u għas-suppliment tad-dħul.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

02.04.2023 11 Operational Programme – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges” Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% National Funds CONNECTING THE DROPS EXPLORING WATER AS A CAREER CHOICE THE ENERGY & WATER AGENCY IN COLLABORATION WITH THE UNIVERSITY OF MALTA & MCAST INVITE YOU TO AN INTERACTIVE WORKSHOP ON This interactive masterclass will provide an opportunity for students and recent graduates to meet and learn from people working in the water sector. Interested in making your voice heard and to propose sustainable solutions? Join us to learn and contribute as we very much look forward to what will be proposed by the next generation. IF YOU ARE INTERESTED IN ATTENDING, KINDLY REGISTER BY CALLING 27772777 OR EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT THU 27TH APRIL 2023 between 8:30 and 16:00 FRI 28TH APRIL 2023 between 8:30 and 13:00 AT ESPLORA
12

GĦALXIEX QEGĦDIN FIL-POLITIKA?

joni, u n-nofs l-ieħor fil-Gvern.

Dħalt fil-Partit Laburista mhux għax il-ġenituri tiegħi ħallsuli t-tessera. Anzi, dħalt fil-Partit Laburista, bil-moħbi tal-ġenituri tiegħi.

Għażilt il-Partit Laburista għaliex it-twemmin li trawwimt fih, li fil-ħajja, kulħadd għandu l-valur tiegħu, ġej minn fejn ġej, huwa l-bażi li fuqu mibni dan il-Partit.

għaliex dejjem iġġieled kontra l-kbir. Kontra dak li jħares b’disprezz lejn min mhux bħalu. Kontra dak li jiġġudika lil min jara differenti minnu. Kontra l-klassist, u dak li jaħseb li jista’ jixtri kollox.

Jekk hemm parir wieħed li ma ħadtx mingħand missieri kien dak li “l-politika m’għandekx xi tridha”. Ma kienx jagħtiha importanza. Fid-dar tagħna – familja ta’ sitta – kienu jidħlu l-gazzetti kollha, ħafna drabi minħabba l-paġni sportivi. Imma kull min kien jidħol mill-bieb ’il ġewwa kien jaf bir-regola mhux miktuba li ħadd ma jista’ jsemmi argumenti politiċi.

Fl-1 ta’ Mejju nagħlaq 36 sena. 20 sena minnhom qattajthom nimmilita fil-Partit Laburista. Nofshom fl-Oppożizz-

Għażilt il-Partit Laburista għaliex bħala ż-żgħir f’familja kbira li tiddependi mid-dħul ta’ ħaddiem tal-id, ħassejtni komdu f’partit li għalih, ilflus mhumiex kollox. Komdu f’partit li l-ġlieda taż-żgħir jagħmilha l-ġlieda tiegħu. Partit li jemmen fil-mobilità soċjali.

Għażilt il-Partit Laburista

Jien qiegħed fil-Partit Laburista għaliex huwa Partit li meta jiżbalja, mhux jara kif jagħmel u jgħatti l-iżball, jew jikkonvinċi lil ħaddieħor li l-ħażin huwa tajjeb u li t-tajjeb huwa ħażin. Anzi qiegħed fil-Partit Laburista għaliex trabbejt ngħożż l-umiltà u mhux inħares lejha bħala dgħufija.

Illum qiegħed fil-politika għaliex irrid nara li f’dak li nagħmlu, jirbaħ dejjem is-sewwa. Għax trabbejt niġġieled għall-prinċipji li

nemmen fihom. Trawwimt f’ambjent fejn il-kejl ta’ jekk xi ħaġa hijiex tajba jew le mhijiex il-popolarità. Jien tgħallimt nagħżel ħaġa minn oħra mhux skont kemm ifaħħruha n-nies, imma skont jekk hijiex ġusta jew le. Tgħallimt li f’kamra nies li jaħsbuha l-oppost tiegħi, ma nibdilx l-opinjoni jekk hi ġusta, sempliċiment biex inkun bħall-oħrajn. Imma nżomm mal-priniċipji tiegħi u nxammar il-kmiem biex nikkonvinċi lil ħaddieħor. “Hekk ikunu l-irġiel,” kien jgħidli missieri.

Imma fuq kollox, qiegħed fil-politika għaliex inħoss l-għan li nagħmel il-ħajja ta’ ħaddieħor aħjar. Mhux li ntejjeb tiegħi. Għax irrid nara li

Għażilt il-Partit Laburista għaliex it-twemmin li trawwimt fih, li fil-ħajja, kulħadd għandu l-valur tiegħu, ġej minn fejn ġej, huwa l-bażi li fuqu mibni dan il-Partit

L-GĦAQDA TAL-ĦADDEMIN

oħrajn inkludew:

- Childcare b’xejn

- Żidiet fil-pensjonijiet

- Żidiet fil-benefiċċji soċjali għan-nies li jsofru minn xi diżabilità

- Tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija

Dawn l-għajnuniet huma eżatt dak li Gvern Laburista ta lin-nies fil-baġits, mill-ewwel sena tiegħu. F’Malta dawn il-benefiċċji u aktar komplejna nirċevuhom flimkien ma’ għajnuna immedjata waqt

li Malta għas-sena li ġejja se tkompli tkabbar l-ekonomija tagħha bi 3.3%.

Dan il-Partit u Gvern ma waqafx juri l-qalb soċjali tiegħu u għalhekk meta żdiedu l-prezzijiet tal-fuels minħabba l-gwerra, il-Gvern Malti immedjatament ħa d-deċiżjoni biex il-piż ma jitfgħux fuq il-Maltin u l-Għawdxin.

fiż-żmien li ndum inservi, ma nfittixx il-gratitudni, il-prosit, iċ-ċapċip. Imma rrid inħoss is-sodisfazzjon tal-bidla li nġib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Dak hu li tfisser il-politika għalija. L-altruwiżmu. Li f’deċiżjoni li trid tieħu, iebsa kemm hi iebsa, tmur dejjem għal dik it-triq li hija ġusta u li ttejjeb il-ħajja tan-nies. Is-sentiment speċjali li tħoss meta ma taħsibx fik innifsek. Imma f’kif se tara li l-iżgħar fis-soċjetà, l-emarġinat, min qiegħed f’minoranza u min jiflaħ l-inqas, se jimxi ’l quddiem bid-deċiżjoni tiegħek.

Inħossni komdu fil-Partit Laburista llum għaliex dan huwa l-messaġġ li kontinwament iwasslilna fil-Grupp Parlamentari, fl-Amministrazzjoni u fl-istrutturi tal-Partit, il-Mexxej Robert Abela. Messaġġ li jfakkarni fl-appell li għamilt lill-istess Partit ħames snin ilu, li rridu nirsistu biex inkunu verżjoni aħjar tagħna nfusna.

Nemmen, li dak huwa li jippretendu n-nies minna l-politiċi. Dak huwa li ħaqqhom.

Kemm tħossok onorat meta tara pajjiż ħafna akbar minn tagħna jħabbar baġit soċjali biex idawwar l-ekonomija, u jgħin liż-żgħir, bħalma Malta għamlet, f’dawn l-aħħar 10 snin.

Qed nirreferi għad-diskors tal-baġit tar-Renju Unit, li ġie mwassal mill-Kanċillier Jeremy Hunt aktar kmieni dan ix-xahar, fejn għamel sensiela ta’ riformi biex inaqqas l-inflazzjoni, id-dejn kif ukoll ikabbar l-ekonomija. Biex jagħmel dan, hu mar għal benefiċċji li jolqtu dirett il-but tan-nies speċjalment tal-familji. Dawn fost

il-pandemija lill-ħaddiema u lin-negozji biex inżommu l-ekonomija stabbli.

Dan ikkonfermatu l-IMF meta fir-rapport tagħha kkonkludiet li Malta rkuprat

l-akbar riċessjoni f’għexieren ta’ snin. Hi kkonfermat ukoll

L-għajnuna li l-poplu ngħata fis-sussidju tal-fuels u l-enerġija kompliet tgħin biex ir-rata tal-inflazzjoni ta’ 7% tibqa’ waħda mill-aktar baxxi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dawn ir-riżultati ma ngħiduhomx aħna imma dawn komplew jiġu kkonfermati mill-aġenzija ta’ kreditu Fitch fejn Malta ngħatat il-grad ta’ A+ bi prospetti stabbli.

Dan jimliena kuraġġ biex hekk kif il-Gvern għalaq sena mill-akbar mandat għall-Partit Laburista taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, il-ħidma tkompli biex il-proposti, imfassla fil-manifest elettorali jkomplu jiġu mwettqa. Però ma nistgħux ma nsemmux x’ġara fl-ewwel sena ta’ Gvern fejn rajna implimentazzjoni ta’ miżuri kemm ekonomiċi kif ukoll ambjentali fosthom:

- Żidiet fl-in-work benefit;

- Żidiet fiċ-children’s allowance;

- Trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd;

- €1,000 għal 10 snin għallfirst-time buyers;

- Spazji miftuħa ġewwa Birżebbuġa, Ħaż-Żabbar,

Dawn ir-riżultati ma ngħiduhomx aħna imma komplew

jiġu kkonfermati mill-aġenzija ta’ kreditu Fitch fejn

Malta ngħatat il-grad ta A+ bi prospetti stabbli

il-Ħamrun, il-Mosta u l-Kalkara fost oħrajn.

Ma nistax meta nara tant suċċess ma niftakarx minn xiex għaddejna taħt Gvern Nazzjonalista. Apparti l-iffriżar tal-pensjonijiet meta Malta ntlaqtet minn riċessjoni, minħabba l-kriżi finanzjarja, li rridu ngħidu kienet ħafna iżgħar minn dak li ġara f’dawn l-aħħar tliet snin, il-Gvern Nazzjonalista għolla bil-qalb il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma u staġna l-ekonomija!

Għalhekk il-Partit u Gvern Laburista hu l-għażla naturali tal-poplu Malti u Għawdxi. Fadal x’nagħmlu? Hemm fejn stajna għamilna aħjar? Dażgur li iva u għalhekk ma rridux naqgħu għall-provokazzjoni, li ħafna drabi tkun orkestrata, imma rridu nibqgħu ffukati fuq ix-xogħol li jrid jsir. Irridu nkomplu naħdmu b’umiltà, b’saqajna mal-art, bħala pajjiż wieħed, naħdmu fuq it-tajjeb li għamilna u fejn meħtieġ nagħmlu aħjar. Dan inkomplu nagħmluh, f’għaqda waħda wara l-Mexxej Robert Abela biex bil-qalb naħdmu favur kwalità ta’ ħajja aħjar għallMaltin u l-Għawdxin kollha.

02.04.2023 12
Chairperson Forum Kandidati PL FIONA BORG LEWIS Kap Eżekuttiv tal-PL u Membru Parlamentari RANDOLPH DEBATTISTA

BIDLIET MEĦTIEĠA

kultant anke tbatija għal min ikun qed jintlaqat minn sitwazzjonijiet partikolari.

Il-Gvern Laburista flaħħar għaxar snin jibqa’ magħruf għall-bidla pożittiva kbira li ġab fil-pajjiż sforz il-bidliet importanti li ttieħdu biex bidlu d-direzzjoni tal-pajjiż minn wieħed staġnat b’ekonomija ffriżata, tkabbir ekonomiku minimu, dejn u defiċit ’il fuq mil-limiti imposti mill-Unjoni Ewropea u qgħad li fi tmiem l-2012 li kien qabeż it-8,000 persuna.

Meta l-elettorat jafda t-tmexxija tal-pajjiż f’idejn partit politiku jkun qed jistenna li jkollu Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-pajjiż.

Kull politiku li jkun fdat bit-tmexxija ta’ settur partikolari fl-amministrazzjoni pubblika jkollu quddiemu deċiżjonijiet li jrid jieħu ta’ kuljum. Wara kull bidla li trid isseħħ ikun hemm il-ħsieb, ir-riċerka, il-konsultazzjoni u t-tfittxija għal dak li huwa ta’ ġid għall-poplu. Imma d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu u n-nuqqas ta’ deċiżjonijiet iwassal għal staġnar u xi

Il-bidla fil-Gvern fl-2013 ġabet magħha dinamiżmu ġdid, deċiżjonijiet kuraġġużi bħal dik tat-traħħis tal-kontijiet, li tat spinta kbira lill-ekonomija.

Dan wassal biex ir-rota ekonomika reġgħet bdiet iddur u bis-saħħa t’hekk, Gvern Laburista kien f’pożizzjoni li jibda jtejjeb il-livell tal-għajxien tan-nies b’żidiet fil-benefiċċji soċjali, l-inwork benefit, iċ-childcare

b’xejn, żidiet kbar fil-pensjonijiet u eventwalment anke t-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd.

Sa mill-ewwel amministrazzjoni tal-Prim Ministru

Robert Abela f’Jannar tal2020, il-Gvern kellu quddiemu deċiżjonijiet diffiċli u importanti x’jieħu, l-ewwel minħabba l-imxija talCovid-19 u aktar tard sena ilu, meta bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukranja. Kienu deċiżjonijiet ibsin li salvaw l-impjieg u l-għajxien ta’ eluf ta’ persuni b’miżuri bħas-sussidji ta’ miljuni kbar ta’ ewro biex negozji setgħu jibqgħu jeżistu u ma jfallux. Anke meta faqqgħet il-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija rġajna ħadna d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn biex żammejna l-prezzijiet tal-fuels u tad-dawl u l-ilma fl-istess livell li kienu qabel il-gwerra.

Il-bidla importanti tal-Liċenzjar tal-Kuntratturi

Id-dekasteru li fdali f’idejja l-Prim Ministru Robert Abela wara r-rebħa storika tas-sena l-oħra kien jitlob minni li jittieħdu deċiżjonijiet importanti fil-qasam tal-kostruzzjoni, deċiżjonijiet li qatt ma ttieħdu qabel. Deċiżjonijiet biex insaħħu l-liġijiet li jirregolaw dan

is-settur. Ilna snin twal inħossu l-ħtieġa li ssir xi forma ta’ regolamentazzjoni li tirregola dan il-qasam importanti, pilastru ewlieni ieħor għall-ekonomija tal-pajjiż. Bħalma wegħedna fil-Manifest Elettorali, ridna nirregolaw dan il-qasam bl-introduzzjoni tal-Liċenzjar tal-Kuntratturi.

Sal-lum kienet teżisti biss regola dwar il-Liċenzja tal-Bennej, regolamenti li kienu ilhom li nkitbu mill-bidu tas-seklu l-ieħor.

Ħadna d-deċiżjoni importanti li nibdew nimxu fid-direzzjoni li kull min hu involut fil-kostruzzjoni irid ikun liċenzjat biex ikun jista’ jaħdem. Ikkonsultajna ma’ bosta partijiet involuti f’dan il-qasam u ddeċidejna li għandna nibdew din il-bidla billi nirregolaw tliet setturi importanti fil-kostruzzjoni, dawk tat-twaqqigħ, l-iskavar u l-bini.

Qegħdin niffissaw terminu ta’ żmien li fih il-kuntratturi li qed jaħdmu f’dawn l-oqsma jridu japplikaw biex ikunu jistgħu ikomplu joperaw. Imbagħad iddeċidejna li wara perjodu ta’ tranżizzjoni

OTTIMISTI GĦALL-ĠEJJIENI

ta’ madwar sena u nofs, mill1 ta’ Jannar 2025 ħadd ma jkun jista’ jaħdem fis-settur jekk ma jkollux liċenzja.

Ir-rispons għal dan ilproċess huwa pożittiv għal dak li qed nipproponu. Qed nirrealizzaw kemm in-nies tassew trid li tiddaħħal is-serjetà u t-titjib fil-kwalità f’dan is-settur.

Huwa ta’ sodisfazzjoni li naraw kemm huwa qawwi l-interess f’dak li qed nipproponu. Qed nagħmlu kull mezz biex nisimgħu lil kulħadd. Kellna l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika fil-Mosta fl-aħħar jiem u l-konkorrenza kienet tassew sabiħa.

Se nkomplu nisimgħu lil kulħadd, inkluż lir-rappreżentanti ta’ kuntratturi, ta’ żviluppaturi, tal-intrapriżi żgħar u medji, tal-Periti, tal-Kamra tal-Kummerċ u oħrajn għax irridu li r-regolamenti li jridu jidħlu fis-seħħ ikunu regolamenti li tassew iġibu l-bidla li tant neħtieġu f’dan il-qasam. Għal darb’oħra qed nuru li aħna Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet biex itejjeb ilħajja tan-nies f’kull qasam.

Kemm kien ta’ unur għalija, li fi żmien tant delikat għal pajjiżna, ġejt fdat mill-Prim Ministru biex nkun parti mill-kabinett. Dan kien perjodu li fih il-pajjiż kien qed jiffaċċja pandemija.Erġajna bdejna ndawru l-mutur ekonomiku u kellna fuq idejna kriżi tal-enerġija minħabba l-gwerra fl-Ukranja. Ma ġibniex skużi, iżda xammarna l-kmiem u f’kull aspett ġibna fost l-aqwa riżultati fl-Unjoni Ewropea. Konna mudell.

Konna mudell ukoll fl-im-

maniġġjar tal-Fondi Ewropej. U dan mhux ngħiduh aħna imma l-Kummissjoni Ewropea. Ġejna mfaħħra fuq l-ambizzjoni kbira li għandu dan il-Gvern fil-qasam tas-sostenibilità u fuq kemm konna kapaċi nassorbu l-fondi Ewropej li kien hemm għad-dispożizzjoni tagħna. Ridna nkunu ċerti li ma nitilfux lanqas sold wieħed u bil-ħidma serja tagħna rnexxielna nagħmlu proprju hekk. Din kienet sena delikata anki fejn jidħlu l-Fondi Ewropej għax kienet sena li fiha nibnu l-pedament għas-seba’ snin li ġejjin.

Fi żmien rekord għalaqna n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea li fihom ikkonkludejna kif ħa naqsmu s-somma bla preċedent ta’ €2,200 miljun fil-programmi operattivi. Il-pjan tagħna kien li nlestu dan il-kapitlu f’Diċembru, imma grazzi għall-ħidma intensiva tal-uffiċjali pubbliċi, f’Ottubru konna lesti. Dan tana

ċ-ċans nippreparaw aħjar għat-tnedija ta’ dawn il-fondi.

F’Jannar għalhekk konna lesti biex nitilqu, u ħabbarna l-programmi operattivi f’konferenza li għaliha attendiet ukoll il-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi Elisa Ferreira. Flimkien mal-Prim Ministru, u l-Ministru għall-Ekonomija spjegajna kif il-fondi huma mqassmin fil-programmi differenti u l-ambizzjonijiet li rridu nilħqu bir-riżorsi li għandna f’idejna.

Il-viżjoni tal-Gvern hi li l-fondi Ewropej fis-seba’ snin li ġejjin iwassluna biex inkunu pajjiż iktar sostenibbli, iktar reżiljenti u iktar soċjali. Għażilna dawn il-miri, għax huma paralleli mal-wegħdiet li għamilna magħkom fil-manifest elettorali għall-elezzjoni li għaddiet. Nemmnu li din it-triq ser twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.

Madanakollu, il-Gvern waħdu ma jistax jilħaq dawn il-miri. Ir-realtà hi li dan irid ikun sforz kollettiv li jgħaqqad il-Gvern, l-entitajiet privati, NGOs u l-pubbliku

kollu. Kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu. B’dan fuq moħħna, tul din is-sena, tkellimna u kkonsultajna mal-imsieħba soċjali sabiex nifhmu kif nistgħu ngħinu lilkom tagħmlu użu mill-fondi li għandkom dritt għalihom. Tul il-konsultazzjoni, ħareġ b’mod ċar li n-nies kienu qed jaraw il-fondi Ewropej bħala strument aċċessibbli biss għan-negozji kbar jew għallGvern biex jagħmel proġetti kapitali kbar. Iżda fil-verità, il-qalb tal-fondi huma għalik.

Qegħdin hemm għax huma tiegħek. Din il-kritika smajnieha u kien għalhekk li tul din is-sena ħadna ħsieb li naqqasna l-burokrazija fejn ma kienx hemm bżonnha u mmodernizzajna l-entitajiet tagħna biex inkunu aktar effettivi. Dan kollu qiegħed fuq is-sit fondi.eu li fiha għandek aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa.

Aktar minn qatt qabel il-fondi Ewropej ser ikunu qrib tiegħek. Int ser ikollok iċ-ċans tikteb l-istorja tas-suċċess tiegħek u ser ngħinuk tagħmel il-qabża li

dejjem xtaqt. Diġà nedejna l-ewwel skemi.

Fosthom l-Access to Employment Scheme li biha ser ngħinu ħafna nies isibu xogħol aħjar u javvanzaw billi jtejbu l-ħiliet tagħhom. Fil-passat din l-iskema kienet suċċess kbir fejn biha kellna 500 persuna li sabu post tax-xogħol aqwa u investejna aktar minn €3 miljun fil-poplu Malti u Għawdxi.

Dawn ir-riżultati, li ksibna fl-aħħar seba’ snin, wassluna biex biddilna wiċċ ilpajjiż għal wieħed modern, u iktar diġitali b’infrastruttura b’saħħitha li tirrifletti l-iżvilupp li għamlet Malta. Meta nħares lura, ma nistax ma nkunx kburi bil-ħidma li saret.

Għamilna passi ta’ ġgant. Aħseb u ara x’ser nagħmlu issa li għandna d-doppju tal-fondi għad-dispożizzjoni tagħna. Din l-ewwel sena fil-leġiżlatura nistgħu nsejħulha l-pedament tal-ħidma li ġejja. U abbażi ta’ dan il-pedament sod, jien u nħares ’il quddiem, ma nistax ma nkunx ottimist.

02.04.2023 13
Ministru STEFAN ZRINZO AZZOPARDI Segretarju Parlamentari CHRIS BONETT

Parti mill-atmosfera fl-MFCC fis-serata finali

IL-KANZUNETTA MALTIJA ONORATA

It-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika ntemmet b’suċċess wara tlett iljieli spettakolari ta’ mużika Maltija fejn total ta’ madwar 300,000 telespettatur segwew ix-xandiriet fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM, waqt li 6,500 persuna kienu preżenti fis-sala tal-Malta Fairs & Convention Centre (MFCC) f’Ta’ Qali.

Is-serata tal-finali ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu kienet iddominata mit-tħabbir tal-kanzunetta rebbieħa “Sabiħa” interpretata minn Gianluca Bezzina, b’mużika ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia, fost 12-il finalista li għaddew mill-ewwel serata li saret jumejn qabel fejn b’kollox ikkompetew 20 kanzunetta.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Bezzina esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min għamel din is-serata waħda memorabbli. “Onestament għadni ma nistax insib kliem, ma stennejthiex onestament. Tant kont kuntent bil-wirja, li

kont kuntent biżżejjed, imma issa li rbaħt qed ingawdiha wkoll. Qed nieħu gost li issa l-kanzunetta se jismagħha litteralment kulħadd… vera grazzi lil kulħadd.”

Bl-istess mod esprimew is-sodisfazzjon tagħhom l-awtur u l-kompożitur. “Din kienet kanzunetta għal qalbi bħall-kanzunetti l-oħrajn, imma Gianluca mbagħad għamilha ċ-ċirasa fuq il-kejk. Jien kuntent ħafna, ħafna ħafna. Kien hawn kompetizzjoni vera tajba, kien hawn ħafna kanzunetti tajbin. Li jirnexxilek tirbaħ din il-kompetizzjoni b’dawk ilkanzunetti ta’ livell għoli, huwa ta’ sodisfazzjon kbir,” qal l-awtur Joe Julian Farrugia.

Il-kanzunetta rebbieħa ħadet ukoll il-premju ta’ €20,000 riservat mill-organizzaturi Festivals Malta għall-ewwel post.

Nhar l-Erbgħa li għadda, Bezzina wkoll ġie milqugħ mill-Prim Ministru Robert Abela nnif-

It-tielet edizzjoni tal-festival Mużika Mużika ir-rebbieħ Gianluca Bezzina bil-kanzunetta “Sabiħa”

su f’Kastilja fejn ġie onorat mill-ġdid għal dan l-unur. Il-Prim Ministru rrimarka fuq l-importanza ta’ festivals bħal dawn li jiċċelebraw ilkultura u l-lingwa Maltija, waqt li joffru pjattaforma lit-talent Malti. Hu tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti f’dawn l-avvenimenti, li jitniżżlu fil-kalendarju kulturali lokali.

Mużika Mużika 2023 reġa’ offra l-akbar pjattaforma possibbli għat-talent mużikali bil-Malti u, wara li twieled f’nofs il-pandemija sentejn ilu, reġa’ ppreżenta kompetizzjoni oħra qawwija b’għadd ta’ kanzunetti mill-isbaħ li jistgħu jibqgħu jitgawdew għaż-żmien li ġej.

“Sabiħa” ssegwi s-suċċess li kellhom “Bla Tarf” mill-kantant Kurt Calleja s-sena li għad-

diet u “Ħarsa Biss” ta’ Glen zjoni.

Sadanittant, fis-serata il-kanzunetta “Jekk Mhux minn Drakard u Lisa Gauci Calleja Bayliss u b’kompożizzjoni Cassar, ikklassifikat fit-tieni netta “M’hawnx Bħalek”, Jasmine Abela, b’lirika ta’ ka ta’ Glen Vella, ikklassifikat Waqt il-festival ġew il-Maestro Ryan Paul ranġament Mużikali u l-kantanta la għall-Aqwa Interpretazzjoni. Il-Ministru Owen Bonnici,

02.04.2023 14
Mark Micallef Costa – Fuq Pultruna Drakard u Lisa Gauci – Jekk Mhux Int Bezzina ma’ martu u l-awtur u l-kompożitur tal-kanzunetta

MUŻIKA MUŻIKA 2023

L-EWWEL POST:

Kanzunetta: Sabiħa

Kantant: Gianluca Bezzina

Kompożitur: Philip Vella

Awtur: Joe Julian Farrugia

Premju Monetarju: €20,000

IT-TIENI POST:

Kanzunetta: Jekk Mhux Int

Kantanti: Drakard u Lisa Gauci

Kompożitur: Cyprian Cassar

Awtur: Emil Calleja Bayliss

Premju Monetarju: €10,000

IT-TIELET POST:

Kanzunetta: M’hawnx Bħalek

Kantanta: Jasmine

Kompożitur: Glen Vella

Awtur: Philip Vella

Premju Monetarju: €5,000

L-AĦJAR ARRANĠAMENT MUŻIKALI:

Kanzunetta: Fuq Pultruna

Arranġament: Ryan Paul Abela

Kantant: Mark Micallef Costa

Kompożitur: Mark Micallef Costa

Awtur: Mark Micallef Costa

L-AĦJAR INTERPRETAZZJONI:

Kanzunetta: M’hawnx Bħalek

Kantanta: Jasmine

Kompożitur: Glen Vella

Awtur: Philip Vella

SPETTAKLU IEĦOR MEMORABBLI

Mużika segwita minn 300,000 telespettatur … “Sabiħa” milqugħ mill-Prim Ministru f’Kastilja

Glen Vella fl-ewwel edizfis-serata finali ta’ din is-sena, Mhux Int”, interpretata Gauci u b’lirika ta’ Emil b’kompożizzjoni ta’ Cyprian fit-tieni post, bil-kanzuBħalek”, interpretata minn ta’ Philip Vella u b’mużiikklassifikat fit-tielet post. ġew rikonoxxuti wkoll Abela għall-Aqwa Arl-kantanta Jasmine AbeInterpretazzjoni. Bonnici, li hu responsabbli

mill-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, qal li dan il-festival jiċċelebra s-sbuħija tal-lingwa Maltija u esprima l-gratitudni tiegħu lil kull min kien involut biex jagħmel dan l-avveniment esperjenza li ma tintesiex u faħħar partikolarment lil min kiseb suċċess f’din l-edizzjoni.

“Aħna determinati li nkomplu nibnu fuq dawn il-kisbiet biex nagħtu lill-familji Maltin u Għawdxin legat straordinarju waqt li nsaħħu l-opportunitajiet lill-artisti u lill-kompożituri tagħna,” temm jgħid il-Ministru.

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra, qal li hu sodisfatt immens bis-suċċess kbir li l-festival irnexxielu jikseb. “Għal darb’oħra,

Festivals Malta reġgħet qabżet kull aspettattiva. Rajna produzzjoni tal-ogħla livell, li ma setgħetx tkun possibbli mingħajr il-ħaddiema ħabrieka ta’ Festivals Malta, it-tim tat-tekniċi, il-kollaboraturi u l-artisti li ħadmu qatigħ għal diversi xhur biex dan il-festival ikun ta’ suċċess. Kommessi li bħala l-aġenzija nazzjonali tal-festivals nibqgħu ngħollu l-livell tal-festivals u l-avvenimenti tagħna biex ta’ kull sena nilħqu miri ġodda.”

Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, qalet: “Permezz ta’ Mużika Mużika, qed ninvestu fil-patrimonju Malti billi ta’ kull sena dan iżewwaq ir-repertorju tal-mużika Maltija b’kontribut ta’ 20 kanzunetta ġdida. Dan jagħmilni tassew kburija, għax Festivals Malta qed tkun ambaxxatriċi tal-lingwa tant sabiħa tagħna.”

Iċ-Chairman tal-festival, Raymond Bugeja,

qal: “Bħal kull sena, il-livell tal-kanzunetti kien wieħed fenomenali. L-impenn u l-professjonalità tal-artisti, tal-kompożituri u tal-awturi deher biċ-ċar tul dawn it-tlett ijiem tal-festival. It-talent Malti hu verament b’saħħtu, u għandna tassew biex inkunu kburin.”

Miegħu qabel id-Direttur Artistiku Paul Abela, li tenna: “Rajna spettaklu mill-isbaħ. L-istandard qed ikompli jiżdied ta’ kull sena u ma nistax inkun aktar kburi bil-kantanti, bil-kompożituri u bl-awturi ta’ din is-sena u bit-talent kbir tagħhom. Nawgura lill-artisti kollha speċjalment lir-rebbieħ. Ma fadal xejn ħlief li nistenna bil-ħerqa għall-edizzjoni li jmiss, li żgur se tkun waħda fenomenali.”

Festivals Malta, flimkien mal-bord ta’ Mużika Mużika u l-Ministeru responsabbli rringrazzjaw lill-pubbliku Malti li jappoġġja lil dan il-festival.

02.04.2023 15
ONORATA FI
Jasmine – M’Hawnx Bħalek rebbieħa, Joe Julian Farrugia (xellug) u Philip Vella rispettivament
Kurt Calleja, rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena l-oħra, fost il-mistednin speċjali SEBIO AQUILINA/VINCE PISCOPO/FESTIVALS MALTA
Ritratti:

IL-KARIGA TA’ SINDKU

Staff, segretarjat, uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi jew assistent personali u dan ifisser li jekk irid joħroġ stqarrija l-Kunsill irid jagħmilha hu, jekk irid jipprepara għal xi press call, irid jagħmilha hu, jekk irid xi parir jew konsulenza fuq livell personali jrid iħallas għaliha u jekk irid iħejji xi diskors għal xi attività, irid jieħu ħsieb hu wkoll. Dan kollu wara l-ħin tax-xogħol personali tieghu.

Sopra corna e bastonate, jiġri x’jiġri fil-lokalità dejjem tort tas-Sindku!

Bħal kull ħaddiem ieħor, iqum filgħodu u jipprepara sabiex jirrapporta fuq il-post tax-xogħol tiegħu. Jista’ jkun għalliem, jista’ jkun skrivan maċ-ċivil, jista’ jkun avukat jew forsi ħaddiem ġewwa fabbrika. Jista’ jkun xufier jew tabib. Jista’ jkun ħaddiem tal-id jew pensjonant.

Bħal kull ħaddiem ieħor, matul il-ġurnata jiltaqa’ ma’ sfida wara oħra, ma’ problema wara oħra u bħal kull ħaddiem ieħor ukoll, irid jirrispondi lil ta’ fuqu. Jekk hu self-empolyed irid jaċċerta li jkun daħħal il-ġurnata ilgħax m’għandux seħan il-moħħ li flaħħar tax-xahar dieħla l-paga.

Li mhux bħal ħaddiema oħra huwa l-fatt li meta jsir il-ħin u jkun qorob waranofsinhar, dan ma jistax imur iddar mal-familja. Dan irid imur l-uffiċċju tal-Kunsill sabiex jara x’kienu l-problemi u l-ilmenti li daħlu f’dik il-ġurnata.

Imur il-Kunsill sabiex jibda jiltaqa’ mar-residenti u jmur il-Kunsill sabiex mas-Segretarju Eżekuttiv (jekk ikun għadu hemm) jiddiskuti x-xogħol u prijoritajiet għal għada u għall-ġranet li ġejjin. Qed ngħid dan mhux b’disprezz lejn is-Segretarju Eżekuttiv imma għax aktarx, il-ħin li fih is-Sindku jkun jista’ jmur l-uffiċċju tal-Kunsill, ikun il-ħin li l-ħaddiema tal-Kunsill ikunu qed itemmu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom.

Apparti dan kollu, aktarx li matul il-ġurnata, speċjalment jekk ikun jaħdem mal-privat, ikun ħa xi sigħat leave sabiex ikun jista’ jattendi laqgħat ma’ uffiċjali tal-Gvern, ta’ entitajiet jew aġenziji oħra tal-Gvern. Aktarx ukoll, ikun attenda għal xi laqgħa mal-perit tal-Kunsill fuq xi proġett li jkun għaddej fil-lokalità, sakemm ma jkollux xi seduta l-Qorti, għax xi ħadd ikun fetaħ xi kawża lill-Kunsill Lokali fuq ħaġa jew oħra.

Ħafna Sindki u Kunsilliera, sa Mejju jew Ġunju partikolarment dawk li jaħdmu mal-privat, ikunu diġà ħadu l-leave tagħhom kollu fuq xogħol relatat mal-Kunsill Lokali. F’wiċċ il-flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol jew il-friendly family measures!

Dan mhux kollox però. Differenti minn Segretarju Parlamentari jew Ministru, Sindku m’għandux Chief of

Qed ngħid dan għaliex din hija r-realtà li jħabbat wiċċu magħha kull Sindku jew President Reġjonali. Din hija l-ħajja li wieħed irid jgħix jekk irid jagħti servizz tajjeb fil-lokalità. Qed ngħid tajjeb, għaliex nistqarr, li mhux kull Sindku jimxi b’dan il-mod u lanqas mhu kull Sindku li jiddedika ħin kuljum u ta’ kwalità lill-Kunsill tieghu.

Huwa għalhekk importanti li lejlet għeluq mit-30 sena tal-Gvern Lokali f’pajjiżna, tiġi kkunsidrata bis-serjetà din il-kariga demokratika u kostituzzjonali. Huwa meħtieġ u imperattiv li jkollna Sindki full-time għaliex ir-responsabbiltajiet, anki legali li jġorru, huma aktar minn dak ta’ back bencher (u ngħid ngħid dan b’ rispett sħiħ lejn dawn tal-aħħar). Imma huma wkoll jafu x’jiġifieri l-ħajja ta’ Sindku għaliex ħafna minnhom kienu f din il-pożizzjoni wkoll.

Dan iżda jġib miegħu responsabbiltajiet u aktar minn qatt qabel, kull Sindku jew President Reġjonali jridu jġorru r-responsabbiltà meta b’għemilhom jonqsu b’mod amministrattiv u partikolarment b’mod finanzjarju. Irridu li jkollna kwalità fis-sindikat u dan iġib miegħu l-bżonn li jkun hemm bidla radikali anki fil-ħatra tagħhom, iżda mhux biss, anki dwar in-numru ta’ Kunsilliera li hemm bżonn ikunu eletti.

Dwar dan ikollna ċans nitkellmu filħarġa li jmiss.

Din hija l-ħajja li wieħed irid jgħix jekk irid jagħti servizz tajjeb fil-lokalità. Qed ngħid tajjeb, għaliex nistqarr, li mhux kull

Sindku jimxi b’dan

il-mod u lanqas mhu kull Sindku li jiddedika

ħin kuljum u ta’ kwalità lill-Kunsill tiegħu

Sur Editur, Il-ġimgħa li għaddiet dħakt daħka b’David l-Għarukaża. Mhux bih ta, Sur Editur, għax mhuwiex tad-daħk. Ħaqq, tliftha tar-Randan biha din, li matulu ma ngħidx gideb. Imma nsomma, għal waħda ma naħsibx li se jitfagħni l-infern hux! Dħakt b’li qal, għax talab li jkun hemm ħidma koordinata kontra l-bagħal taż-żunżan. U minnufih, għax moħħi kultant jiġri bija, immaġinajt ħidma koordinata fid-Dar Ċentrali ta’ zithom, bi gwerra kontra t-tingiż li għandhom bejniethom.

Għax hekk għadhom dawn Sur Editur, kulħadd iniggeż u jdaħħal ix-xewka f’dahar xulxin. Issa l-aħħar waħda, ’kk Alla jrid, it-tingiż sottili ta’ dak li jaħseb li huwa l-Kap tagħhom, Bernard il-Grech, kontra l-Prinċipessa tal-Unjoni Ewropea, Berta l-Metsola.

Bħalissa għaddejja kampanja interna kontrih, dan il-Bernard, l-aktar wara l-aħħar stħarriġ tal-fehma pubblika li saru u l-Bernard reġa’ mar għal patattu. Ma bbrillax fih. U għalhekk bdiet tissemma li postu se tieħdu l-Metsola. U kemm fuq ir-Radju tal-Knisja, dak li fih ma tismax il-Litanija tal-Qaddisin, imma tisma’ l-Litanija kontra l-Labour, u wkoll fin-Nazzjon Two, it-Tajms, Bernard qal li l-ħidma fil-partit tagħhom trid issir bih bħala Kap u b’Metsola bħala deputat tal-Parlament Ewropew.

Jiġifieri qed iħossu dieħel dan. Se jiġrilu bħalma dan stess għamel lil Adrian id-Delia. Bħalma ta’ qablu kienu għamlu lil Giorgio l-Borg Olivier. Hekk għidtilha l-Melda tiegħi. Storja rikka ta’ daqqiet ta’ stallett għandhom bejniethom, aħseb u ara x’jagħmlu magħna l-Laburisti jekk jingħataw iċ-ċans, la ddaħħalniex fittiġrib, iżda eħlisna mid-deni.

Imbagħad oħra, Sur Editur. Fejn jaqblilhom, jaraw kif idawru l-fatti dawn. Insomma mhux qiegħed niskanta ta, għax l-istorja tagħhom dejjem hekk kienet. Il-partit vera tagħhom li jismu Repubblika, immexxi minn ħu Karol l-Aquilina, jekk xejn għamlu protesta oħra. Għax jiddelettaw bil-protesti dawn.

Imsieken qed taħraqhom qalbhom għal Mark il-Camilleri, li ħlief jivvomta kontra l-Labour ma jagħmilx. Dan instab ħati li kiser divjett tal-Qrati, u bħalma jagħmlu s-soltu, mhux aċċettaw x’qalu l-istituzzjonijiet, imma f’daqqa waħda dawruha li dan il-Camilleri huwa ġurnalist u bdew verżjoni oħra tal-kantaliena li l-Gvern u l-istituzzjonijiet jaħdmu kontra l-ġurnalisti. Tajba, hux, Sur Editur?

Il-partit vera tagħhom, li jismu Repubblika, din il-ġimgħa wkoll ippreżenta żewġ ilmenti lill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika Joseph Azzopardi, kontra tnejn minn tagħna.

Mela l-ewwel għamlu storbju sħiħ li ma jriduhx, u issa wara li baqa’ f’wiċċhom, qed jirrikorru għandu. Lanqas jiswew l-arja li minnha jieħdu n-nifs, ħaqq l-ożbreċ dawn l-intamati!

Kif dejjem ngħidlek, Sur Editur, b’hekk jaħsbu li jridu jirbħu l-Gvern dawn. Billi jsejħu għar-riżenja ta’ kull Ministru tagħna u billi jilmentaw kontra kull min huwa mal-partit tagħna. X’politika tal-kakka jimxu biha!

Politika tal-kakka, bħal dak li ħareġ bih dak li qed jaraw kif se teħodlu postu Berta l-Metsola. Qalilna li l-Mexxej tagħna Robert Abela mhux veru Laburist. Kemm jiflaħ ikun Teletubby Po dan il-madoff! Għax vera potty.

Robert tagħna mhux Laburist! U ħallina! Dan l-istess bniedem li qabel biss sar Kap tal-partit tagħhom qalilna li jħossu komdu l-Greċja għax jistħi jgħid li huwa Malti. Ifakkarni dan il-Grech meta snin ilu Melda tiegħi kienet tiġbor lit-tfal tagħna meta kienu għadhom saqajhom mingħajr suf u kienet teħodli s-sentimenti ta’ ras moħħi tkantalhom. “What can you do, Punchinello, funny fellow? What can you do, Punchinello, funny you?”.

Ma kinitx tgħidha hekk kif suppost ta Sur Editur. Għax mingħalija Purċinell kienet tgħid. Imma dik li ddaħħal fir-ras qargħa li għandha xi ħaġa, lanqas ix-Xitan ma jirnexxilu joħroġielha.

Qalilna wkoll Bernard il-Grech, li l-partit tagħhom se jibqa’ jħaddan politika ħajja u attiva. Politika ħajja ta’ gideb u provokazzjoni. U attiva fil-partiġjaniżmu sfrenat.

Għad-dieħla!

02.04.2023 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

GĦAL ĦARSIEN AĦJAR FID-DJAR TAL-ANZJANI

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela nieda abbozz ta’ liġi msejjaħ l-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani għall-konsultazzjoni pubblika. Permezz ta’ dan l-abbozz se titwaqqaf awtorità li se tirregola s-servizzi pprovduti lill-anzjani li jinkludu dawk residenzjali, komunitarji u ta’ respite, fost l-oħrajn. Il-Ministru Abela spjega li ġie deċiż li x-xogħol, li kienet tesegwixxi s-Social Care Standards Authority, jinqasam f’żewġ awtoritajiet. Waħda minnhom tkun speċifikament iffokata fuq l-istandards tal-ħarsien u s-servizzi kollha immirati għall-anzjani, filwaqt li l-awtorità l-oħra tieħu ħsieb l-istandards u s-servizzi relatati mat-tfal. Din tal-aħħar tkun taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

L-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani se jkollha tliet funzjonijiet ewlenin: it-twaqqif ta’ standards; liċenzjar ta’ servizzi u spezzjonijiet. Din l-awtorità se tagħti wkoll l-opportunità lill-professjonisti li jaħdmu f’dan is-settur biex ikunu jistgħu jispeċjalizzaw u jiffokaw aktar u aħjar fuq dan il-qasam.

“Il-Gvern hu kommess li jassigura servizzi ta’ saħħa u ħarsien soċjali lill-anzjani. Dawn is-servizzi għandhom ikunu siguri, effettivi u ta’ livell għoli. L-għan aħħari hu li l-anzjani jingħataw servizz tal-ogħla kwalità,” qal il-Ministru Abela.

Hu kkonkluda li l-awtorità l-ġdida se tiżgura li tkun qed tingħata kura ta’ kwalità għolja lill-anzjani meta jużaw is-servizzi pprovduti lilhom. Qed jiġi propost ukoll li jinżamm reġistru li fih jitniżżlu l-ismijiet ta’ dawk ikkundannati mill-Qorti għal reati marbutin mal-abbuż tal-anzjani.

Kull min hu interessat jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu b’email fl-indirizz mfaa@gov.mt sa mhux aktar tard mill21 ta’ April li ġej.

L-ISTAZZJONIJIET BAŻIĊI TAT-TV GARANTITI B’XEJN

Jintlaħaq ftehim bejn il-PBS u GO plc biex jiġi assigurat li kull ċittadin f’pajjiżna jkollu aċċess bażiku għat-televixin permezz ta’ trażmissjonijiet bl-aerial

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie ffirmat ftehim bejn il-PBS Ltd u l-kumpanija GO plc sabiex is-servizz ta’ trażmissjoni bl-aerial ikun sostnut u jiġi estiż u b’hekk jiġi assigurat li l-familji Maltin u Għawdxin jibqgħu jgawdu dan id-dritt. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim il-kumpanija GO plc se tkompli tipprovdi l-infrastruttura teknika għal dan is-servizz għall-għaxar snin li ġejjin, b’investiment ta’ €1.5 miljun.  Il-kumpanija PBS Ltd baqgħet tiġi identifikata bħala l-operatur għal dan is-servizz ta’ free-to-air fuq UHF Channel 43 u t-total hu ta’ tmien stazzjonijiet lokali. Fl-aħħar ġimgħat saru xi tħejjijiet u kien hemm tibdil u tisħiħ fin-network eżistenti biex jassiguraw is-sostenibbiltà tas-servizz għas-snin li

ġejjin mingħajr interruzzjoni.

Dan il-ftehim isegwi kampanja ta’ riċerka li saret biex jiġi stabbilit l-użu kurrenti tas-servizz tradizzjonali tal-aerial minn diversi familji u individwi, ħalli eventwalment inħoloq pjan fit-tul

tal-aerial biex jaraw l-istazzjonijiet freeto-air, b’iktar minn nofshom jiddikjaraw li jagħmlu użu mill-aerial flimkien ma’ servizzi oħra.

Il-Gvern jemmen li għandu jsostni s-servizz biex ħadd ma jkun eskluż

għas-snin li ġejjin, li qed jitwettaq permezz ta’ dan il-ftehim.

B’kollox kienu ftit aktar minn 4,000 familja li matul il-proċess ta’ riċerka ddikjaraw li jagħmlu użu mis-servizz

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-servizz free-to-air hu importanti, għax jibqa’ jipprovdi aċċess għall-aħbarijiet, informazzjoni, programmi u divertiment talistazzjonijiet Maltin li jxandru free-to-air għal dawk l-individwi li m’għandhomx servizz ieħor. Il-Ministru Bonnici stqarr li l-Gvern jemmen li għandu jsostni dan is-servizz pubbliku li joffri garanzija ta’ aċċess universali għal kulħadd mingħajr esklużjoni u b’diversità ta’ programmazzjoni ta’ stazzjonijiet lokali.

02.04.2023 17
Iieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista

ĠLIED KURSARJU GĦAT-TKATTIR

Bosta drabi, il-battalji tal-kursari jitqiesu sempliċement bħala ġlidiet komuni, bid-daqqiet tax-xwabel u ċediment minn min ikun minn taħt. Madankollu, il-verità kienet tkun aktar ambigwa. Il-kursar kien jiġġieled bosta battalji fuq il-baħar sabiex ikabbar l-investimenti tal-kredituri tiegħu, li aktar tard kienu jkunu regolati mit-Tribunal, li jestabbilixxi jekk premju jkunx meqjus ġust. Hekk jiddeskrivi l-battalji tal-kursari LIAM GAUCI, studjuż fil-qasam marittimu u kuratur talMużew Marittimu ta’ Heritage Malta.

Minn CHARLES B. SPITERI

L-inqas attakki kkumplikati kienu jkunu dawk fuq bastimenti b’ekwipaġġ Ottoman. Kulma kien jinstab kien jitqies bħala priża, abbord bastiment bħal dan. Fl-1785 il-Kaptan Zelalich lemaħ londra (bastiment) tal-għadu. Ingħatat l-ordni għall-ħbit.

Il-frejgata ta’ Zelalich bdiet tispara l-kanuni tagħha u hekk kif id-distanza bejniethom naqset sew, kienu sparati dawk li jgħidulhom “grape shots”, munizzjon żgħir u tond, miġburin fi speċi ta’ borża tal-kanvas, li jkunu sparati f’salt. Dawn il-balal kienu jċarrtu l-qlugħ u l-ħbula tal-bastimenti avversarji.

Aktar ma l-ekwipaġġ Malti resaq lejn il-londra, kien aktar faċli għall-kursara Maltin li jużaw l-armi tan-nar żgħar li kellhom. Il-londra kienet tinsab fi stat terribbli u t-Torok ċedew. Għaxar Ottomani nqatlu, waqt li tlieta mill-irġiel ta’ Zelalich sfaw feruti. Wara ċ-ċediment, Zelalich seta’ jissorvelja l-priża tiegħu, li kienet tikkonsisti f’londra mwiegħra; il-merkanzija u l-kontenut kollu tagħha u ekwipaġġ li waqa’ skjav. Kien importanti li l-bastiment tal-għadu jitrażżan, iżda mhux jegħreq, inkella kienet tintilef il-merkanzija u profitti ma kienx ikun hemm.

Kif għedna, qbid kien ifisser skjavitù. Għalhekk, itTorok ippruvaw diversi modi biex ma jinqabdux mill-kursari Maltin. Fl-1785, Elia Mitrovich, li kien qed ibaħħar bħala viċi kaptan ta’ Zelalich, kien abbord xambekk li kien għadu kif inqabad u li kien qed jgħid li hu Grieg. Hekk kif hu u l-irġiel tiegħu marru biex jiżguraw li l-Griegi kienu qed jgħidu l-verità, skoprew tliet Torok moħbija fl-istiva tal-vapur. Huma ġew arrestati immedjatament u trasferiti fuq il-bastiment tal-Kaptan Zelalich.

Biża’ mill-kursari Maltin

Meta ffaċċjati bil-pros -

pett li jiġġieldu kontra kursar Malti, il-biċċa l-kbira tal-kaptani merkantili Torok kienu jippreferu jabbandunaw il-bastiment tagħhom milli joqogħdu jiġġieldu.

Insibu li fil-21 ta’ Novembru 1781, il-Kaptan Simone Cavasso kien qed ibaħħar il-frejgata tiegħu fl-ibħra tal-Afrika ta’ Fuq, meta ġie mgħarraf minn wieħed millbaħrin li kien qiegħed għassa fuq promontorju fil-qrib, li xambekk żgħir Tork kien dieħel f’daħla fil-qrib. Cavasso ordna li nofs l-ekwipaġġ tiegħu, armat sew bi xkubetti b’kanna twila u xwabel, kellu jinżel fuq il-gżira u jersaq lejn l-għadu mix-xatt, filwaqt li l-kajjikk tiegħu jkun armat b’uħud mill-irġiel biex jegħleb ix-xambekk.

Il-kajjikk kien jimblokka wkoll kull tentattiv tal-vapur tal-għadu biex ibaħħar mill-bokka. Meta l-baħrin

Torok indunaw li s-sitwazzjoni tagħhom kienet iddisprata abbandunaw il-bastiment u ħadu l-oġġetti kollha ta’ valur magħhom.

Ħarba mill-bastiment

In-nies li bagħat Cavasso kienu għadhom ma waslux fil-bajja b’mod li t-Torok irnexxielhom jiżgiċċaw u l-bastiment instab vojt ħlief għal xi balal tat-tabakk. Ix-xambekk ittieħed bħala premju, iżda t-teżori li kellu fuqu laħqu nġarru qabel ma l-kursari Maltin setgħu jakkwistawhom.

Oħrajn, li ma kellhom ebda ċans li jaħarbu, għażlu li jċedu u jittamaw fil-ħniena. Fl-1791 il-Kaptan Benedetto Valentini qabad carabo Tork li kien immexxi minn 14-il Tork. Hekk kif Valentini resaq eqreb, lest biex jaqbad lill-għadu, it-Torok taw sinjal

li kienu se jċedu. Il-Kaptan Valentini ttrasferixxa lill-vittmi ġodda li saru skjavi, lejn il-felukka żgħira tiegħu u immedjatament salpa lura lejn Malta.

Fis-6 ta’ Novembru 1791 il-Kaptan Michele Picasso, minn abbord ix-xambekk tiegħu ta’ 22 kanun, lemaħ xambekk tal-għadu. Irriżulta li kien xambekk korsarju Tuneżin immexxi minn 40 baħri waqt li x-xambekk ta’ Picasso kien immexxi minn 130 bniedem.

Kienet tkun ġennata għat-Tuneżini li jissieltu.

Għalhekk, l-għadu ċeda u Picasso ħejja biex jikseb il-premju. Bagħat lil uħud mill-ekwipaġġ tiegħu għallpriża, iżda hekk kif telgħu fuq ix-xebekk, il-baħar tqalleb ħafna u kellhom iqattgħu l-lejl fuq il-bastiment tal-għadu kif setgħu. L-għada l-kaptan irnexxielu jerġa’ jik-

komunika man-nies tiegħu u ħa pjaċir meta kien infurmat li l-premju li kien għadu kif inqabad kien xambekk armat tajjeb, li kien se jrendi profitti kbar lura f’Malta. Ix-xambekk, bl-armamenti kollha fuqu, aktar tard inxtara f i rkant f’Malta minn Gaetano Schembri għal 1,299 skud.

Battalja stramba

Minħabba r-reputazzjoni tal-biża’ tal-kursari, ħafna ħadu miżuri drastiċi. Waħda mill-aktar battalji strambi rreġistrati fil-perjodu li studja Liam Gauci, seħħet fl-24 ta’ Mejju 1787 meta l-Kaptan Gaetano Cavasso kien qed ibaħħar qrib Tripli fil-Libja. Għassies abbord il-galjotta tal-Kaptan Cavasso lemaħ bastiment kursarju Tripolitan fil-bogħod. Meta l-kaptan tal-bastiment barrani

02.04.2023 18

TAL-INVESTIMENT

Fl-1796, qrib il-gżira ta’ Santorini, il-Kaptan Felice Micallef bagħat il-felukka tiegħu fl-istretti dojoq tal-gżira, fil-port, biex idaħħal xi baħrin. Hekk kif stenna r-ritorn tal-felukka, l-ekwipaġġ tal-korvetta tiegħu lemaħ bastiment kbir.

Il-kursari tellgħu l-bandiera tal-Prinċep ta’ Malta waqt sparatura ta’ kanun

ntebaħ li kien se jiffaċċja attakk korsarju Malti, ta n-nar lill-bastiment u abbandunah. Cavasso baqa’ mbellah u baħħar ’il barra mill-ibħra li kien fihom.

Anke l-art mhux dejjem kienet toffri protezzjoni lill-vittmi tal-kursari Maltin. Fis-sena 1788 il-Kaptan Giorgio Mitrovich, abbord ix-xambekk tiegħu ‘Il Falcone’, salpa lejn il-port żgħir ta’ gżira magħrufa bħala Piccole Raccarie. F’daqqa waħda ntlemaħ bastiment żgħir ankrat viċin, li kien qed jiġi abbandunat mill-ekwipaġġ tiegħu. Il-kajjikk tal-bastiment tal-kors intbagħat minnufih biex jinħatfu

l-baħrin li kienu se jaħarbu. Kien maħsub li l-ekwipaġġ kien magħmul minn Torok.

Sejba ta’ flus

L-ewwel suppożizzjonijiet kienu ppruvati korretti. Sitt Torok inqabdu u ttieħdu lura lejn ix-xambekk waqt li kienu qed jippruvaw jgħumu lejn ix-xatt. Huma qalu lill-kursari li l-vapur li kienu abbandunaw kien tartanella Griega. It-Torok stqarrew ukoll li ppruvaw imorru jaħtfuha waqt li wħud minnhom irnexxielhom jaħbu xi boroż b’muniti Torok fuq l-art. Minnufih Mitrovich iddeċie

da li jfittex hu stess għallboroż bil-flus. Hu sab erbgħa, filwaqt li l-Logutenent tiegħu Giacomo Del Canto, imlaqqam Sciabola, sab oħra.

Xi drabi l-battalji kienu jkunu inkonklużivi. Fit-30 ta’ Ġunju tal-1794 il-Kaptan Ġużeppi Grech kien qed jiġri wara tliet bastimenti mhux identifikati, meta fi nżul ix-xemx, minn imkien, kursar tal-għadu qabeż fuq il-poppa tal-bastiment ta’ Grech u kkaġunalu xi ħsarat. Maqbudin b’sorpriża, il-Kaptan Grech u l-ekwipaġġ, esperjenzaw ukoll sparar lejn il-ġenb tal-bastiment tagħhom. Għalhekk wieġbu b’ħames bombi u l-għadu tant beża’, li abbanduna ħidmietu.

Il-qabdiet ta’ suċċess kienu jiddependu minn bosta xorti u l-linja bejn qbid legali u illegali spiss kienet titqies bħala fina ħafna.

Xkubetti u kanuni

Fl-1776, meta l-Kaptan Giuseppe Estaden kien abbord il-galjotta tiegħu, kien infurmat li żewġ xambekki merkantili kienu ankrati f’port fil-qrib. Mal-lejl, Estaden ta l-armi lill-ekwipaġġ tiegħu, salpa mingħajr ma ntlemaħ u rmiġġa qrib wieħed mix-xambekki. Il-kursari tel-

għu fuq il-bastiment tal-għadu bla ebda reżistenza għax ittieħed b’sorpriża. L-ekwipaġġ kien 16 b’kollox. Mill-ekwipaġġ maqbud Estaden sab li kienu kollha Griegi. Imbagħad daħal fil-kabina tal-poppa u sabha mimlija bi xkubetti u żewġ kanuni kkargati. Lill-Griegi maqbudin staqsiehom x’bandiera kienu qed iġorru u dawk ma weġbuhx. B’riżultat ta’ dan, Estaden kien konvint li dak kien vapur pirata. F’daqqa waħda wieħed mill-irġiel tiegħu għajjat li sab bandiera Torka. Dan kien ifisser li x-xambekk jittieħed bħala premju legali u l-merkanzija kienet qligħ tajjeb, għalkemm bl-ekwipaġġ ma seta’ jagħmel xejn peress li kienu Griegi.

Waqt tfittxija bir-reqqa fuq il-bastiment, Estaden sab 420 pjastra Torka. Il-kaptan Grieg sostna li dak kien kulma kellu abbord. Bil-pistola f’idu, il-Kaptan Estaden ġiegħlu jgħidlu fejn kienu l-kumplament tal-flus Torok; jekk le kien se jagħti n-nar lill-bastiment. F’dak il-ħin stess, il-kaptan Grieg ta 400 pjastra oħra. Il-kursari Maltin imbagħad irtiraw lejn il-galjotta tagħhom għax ma kien fadal xejn x’jieħdu.

Kumplikazzjonijiet fil-qbid

Tali attakki u battalji ġieli kkawżaw kumplikazzjonijiet kbar, tant li s-soluzzjoni għalihom kienet tkun diffiċli u kellhom jissolvew fil-Qrati Maltin.

Fl-1796, qrib il-gżira ta’ Santorini, il-Kaptan Felice Micallef bagħat il-felukka tiegħu fl-istretti dojoq tal-gżira, fil-port, biex idaħħal xi baħrin. Hekk kif stenna r-ritorn tal-felukka, l-ekwipaġġ tal-korvetta tiegħu lemaħ bastiment kbir. Il-kursari tellgħu l-bandiera tal-Prinċep ta’ Malta waqt

sparatura ta’ kanun. F’salt wieħed, il-vapur mhux identifikat tella’ l-bandiera Torka. L-irġiel tal-korvetta ġrew lejn l-istazzjonijiet tagħhom tal-battalja. Iż-żewġ vapuri bdew resqin lejn xulxin, waqt li Micallef ordna li jkunu sparati madwar 50 tir. Hekk kif il-bastiment wasal eqreb, in-nar qawwi li kien sparat ikkawża diżordni u qerda sħiħa fost l-għadu. Iżda l-bastiment tal-għadu wieġeb b’qawwa tan-nar preċiża u tal-biża’. Inqerdet il-ħażna tal-porvli ta’ Micallef u l-qlugħ. Apparti dan, iż-żewġ bastimenti ma setgħux jiċċaqalqu u saret ġlieda ħarxa.

Micallef spara madwar 300 tir ta’ xkubetta u 200 tir ta’ blunderbuss (tip ta’ xkubetta). Il-battalja damet kważi tliet sigħat, mingħajr ma l-ebda vapur ħa l-vantaġġ. Micallef ta l-ordni biex l-ekwipaġġ tiegħu jitla’ abbord il-vapur tal-għadu, iżda f’dak il-mument, is-suldat Għawdxi Giuseppe Cassar u Michele Zammit minn Bormla nqatlu b’tiri ta’ arma tannar.

Maġenbhom kien hemm il-baħri Naplitan Francesco Ebole li weġġa’ gravi. Iktar tard, Micallef irrapporta li dik il-qagħda ma tantx għamlet kuraġġ lill-irġiel tiegħu, tant li ħadd ma kellu l-kuraġġ jaqbeż fuq il-vapur tal-għadu.

Logħba b’kawża fil-Qorti

Sadanittant l-għassies tal-korvetta ġibed l-attenzjoni li l-felukka li kienet intbagħtet mill-kaptan lejn Santorini kienet qed tiġi rmunkata ’l barra mill-port minn bastiment tal-għadu. Micallef, li kien diġà tilef żewġt irġiel u beża’ li seta’ jinqabad qatagħha li jirtira mill-ġlied u jipprova jeħles lill-felukka tiegħu minn ide

jn l-għedewwa.

Hekk kif resaq lejn il-felukka, b’ferħ li ma jitqiesx sab li n-nies tiegħu kienu ssieltu lill-ekwipaġġ għadu, rebħulu u ħadulu l-bastiment tal-għamla cherlenghicco. Kien att kuraġġuż li tirbaħ bastiment daqshekk superjuri u Micallef kien kuntent ferm bil-kisba mill-battalja.

Iżda, meta wieħed iħares aktar mill-qrib, irriżulta li ċ-cherlenghicco li nqabad kellu ekwipaġġ imħallat ta’ Torok u Griegi u Micallef kellu biss talba legali għal nofsu. Hu ddeċieda li jilgħab logħba; ikkontrolla ċ-cherlenghicco ma’ wħud mill-irġiel tiegħu u baħħru lejn Malta. Lura fil-gżira nqalgħet kawża twila u tedjanti li kienet se ddum xhur sħaħ.

Ekwipaġġi mħallta bħal dawk li nstabu fuq iċ-cherlenghicco kienu estremament komuni. Dan ikkumplika sew il-qagħda, iżda l-kaptani u l-investituri tagħhom kienu mdorrijin b’xenarji bħal dawn.

Ambigwitajiet simili ltaqa’ magħhom ukoll il-Kaptan Giuseppe Scolaro fl-1796 –iżda f’din l-okkażjoni ttratta s-sitwazzjoni b’mod differenti. Qrib Castello Rosso (illum Kastellórizo, magħruf ukoll bħala Megisti), il-korvett tal-Kaptan Scolaro, li kien megħjun mill-Kaptan Giovanni Gera, iltaqgħet ma’ sakoleva.

Il-bastiment tal-għadu waqaf immedjatament u xi kursara Maltin telgħu fuqu. Hemm saru jafu li l-baħrin u l-kaptan kienu Griegi u li s-sakoleva kienet ta’ Grieg, filwaqt li l-merkanzija tal-qamħ kienet ta’ negozjanti Torok. Scolaro ddeċieda li jaqbad b’mod paċifiku l-qamħ Tork, jgħabbih fuq il-korvett tiegħu, u jħalli lill-Griegi u lill-bastiment tagħhom liberi. Dan kien il-mod kif tmexxa l-kors fis-seklu 18.

02.04.2023 19
-
-

TA’ XBIEX - LOKALITÀ

ŻGĦIRA BI PREĠJI KBAR

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Inkomplu nżuru lokalitajiet differenti u naraw il-ħidma li ssir fihom. Din id-darba kellimt lis-Sindku Max Zammit dwar Ta’ Xbiex.

Għaliex għażilt li tikkontesta fuq il-lokalità ta’ Ta’ Xbiex?

Ta’ Xbiex huwa l-lokalità li jien trabbejt fiha u li għadni ngħix fiha sal-ġurnata tal-lum. Għaldaqstant, l-affinità u l-ġibda li għandi lejn dan il-lokal hija naturali. Illum jien onorat li nirrappreżenta din il-lokalità tant għal qalbi u lir-residenti tagħha u determinat li nagħti kollox sabiex din il-lokalità tkompli tavvanza permezz ta’ numru ta’ proġetti infrastrutturali, soċjali, edukattivi u ambjentali.

Kif tiddeskrivi Ta’ Xbiex fil-qosor?

Ta’ Xbiex huwa lokalità żgħira bi preġji kbar. Meta wieħed isemmi l-lokalità ta’ Ta’ Xbiex, l-ewwel ma jiġi f’moħħ in-nies huwa l-baħar, l-istorja u l-kultura marbuta mal-baħar. Ta’ Xbiex jilqa’ fih l-akbar faċilità ta’ yachting, klabb u skola tal-ibburdjar f’Malta, u wkoll l-akbar numru ta’ yacht marinas u sinonimi ma’ Ta’ Xbiex u x-xatt.

Dawn huma kkumplimentati mill-bajja u millklabb tal-waterpolo, li huma wkoll żewġ postijiet ferm iffrekwentati f’Ta’Xbiex. U kif nista’ ma nsemmix li Ta’ Xbiex huwa kkaratterizzat mill-fatt li jilqa’ fih l-akbar numru ta’ ambaxxati u residenzi ta’ ambaxxaturi f’numru ta’ vilel li għadhom sal-ġurnata tal-lum iżommu l-karattru oriġinali tagħhom.

Minn Ta’ Xbiex wieħed jista’ jgawdi bla dubju fost l-isbaħ veduti tal-Belt Valletta, jiekol f’restoranti mill-aqwa u jgawdi l-promenade. Ma nistax ma nsemmix il-qalb tajba u l-ġenwinità tan-nies ta’ Ta’ Xbiex li jagħmluni kburi li nirrappreżentahom. Bla dubju fatturi varji li jgħollu l-preġju u l-kwalità ta’ dan il-lokal li mhux b’kumbinazzjoni li flaħħar stħarriġ li sar, ħareġ li l-ogħla medja ta’ prezz tal-propjetà f’Malta hija f’Ta’ Xbiex.

Semmejt xi inizjattivi

ambjentali. Tagħtina idea żgħira ta’ x’inhuma dawn l-inizjattivi u l-proġetti li għamiltu tul is-snin?

Fil-bidu tal-2019, il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex installa l-ewwel bin f’Malta li jaħdem b’energija solari u jgħaffeġ l-iskart b’tali mod li l-bin jiflaħ minn ħamsa sa tmien darbiet iktar minn kemm jiflaħ bin normali. Ilum għandna x-xatt mimli bihom, u oħrajn f’zoni residenzjali u kummerċjali.

Billi dawn jaħdmu b’enerġija solari, ix-xemx hija bla dubju importanti u dan għaliex il-makkinarju intern jaħdem b’din l-istess enerġija u b’sensors varji u l-iskart jitgħaffeġ kif jasal fix-xifer u għaldaqstant jerġa’ jiġi qisu vojt. Dan sakemm finalment meta jimtela kollu wara numru ta’ ġranet, l-uffiċċju tal-kunsill jiġi mgħarraf permezz ta’ sistema smart, u hemmhekk il-bin jitbattal.

Hekk qed jiġu ffrankati xeni ta’ bins imfawra u ħafna ġiri bla bżonn tat-trakk li

Bla dubju l-mumenti sbieħ huma ħafna, partikolarment affarijiet sempliċi bħal gratitudni li nirċievi mingħand ċerti nies li bis-sehem tiegħi nkun għenthom sabiex ikollhom ħajja aħjar

jbattal. Bħala lokalità konna l-ewwel post fejn ġew installati bring-in sites taħt l-art u li ma jidhrux ta’ żgombru minn barra u kif ukoll l-ewwel lokalità u waħda mill-ftit li fiha ssib solar car charging points. L-istess jingħad għal sinjali tat-traffiku bl-LEDs u li jaħdmu bl-eneġija solari, kif ukoll sea bins li jaħdmu b’makkinarju innovattiv li jnaddfu skart mormi fil-baħar.

Is-sena l-oħra xtrajna vann elettroniku li jwassal lill-anzjani għall-qadjiet tagħhom

barra minn Ta’ Xbiex u r-residenti qed jużawh regolarment u s-sistema li nużaw irriżultat f’suċċess. Ma kinitx sorpriża li sena wara l-oħra għal sitt snin konsekuttivi, erbaħna l-Green Coucil Award, partikolarment għall-parteċipazzjoni flimkien mar-residenti tagħna f’inizjattivi ta’ separar tal-iskart u oħrajn.

X’inhuma l-isfidi li tara f’Ta’ Xbiex?

L-akbar sfida hija biex nip-

priservaw il-karattru tal-lokal tagħna, filwaqt li nsibu bilanċ bejn żoni residenzjali u dawk kummerċjali. Ta’ Xbiex illum sar business hub imfittex minn ħafna kumpaniji internazzjonali u lokali, partikolarment kumpaniji tal-gaming, tal-assikurazzjoni u servizzi finanzjarji fost oħrajn. Sfida oħra hija l-parkeġġ.

L-ammont ta nies li jaħdmu f’Ta’ Xbiex huwa minn tal-inqas ħames darbiet aktar minn kemm għandna total ta’ residenti, u allura dan jista’ joħloq

02.04.2023 20

ftit inkonvenjent. Madanakollu, bħala kunsill għamilna provedimenti għal dan ukoll, grazzi għal skema residenzjali ta’ parkeġġi li tiffaċilita l-ħajja tar-residenti u l-qraba tagħhom. Sfida oħra hija l-ispazji miftuħa.

Minħabba ċ-ċokon tal-lokalità u minħabba l-fatt li l-artijiet kollha li mhumiex mibnija huma kollha propjetà privata, l-uniku mod kif nagħmlu xi attività hu billi nużaw il-parkeġġ tal-yacht marina, b’konsegwenza li jkollna għall-ftit inċaħħdu n-nies mill-parkeġġ. Madanakollu, hemm mezz kif wieħed jista’ juża aħjar il-parkeġġ tal-marina u jgawdi kulħadd minnu, iżda dan jirrikjedi investiment enormi li mhux dejjem ikun faċli li wieħed isib għajnuna finanzjarja ta’ din ix-xorta.

X’inhuma l-mumenti li se ġġorr dejjem miegħek fl-esperjenza ta’ Sindku?

Bla dubju l-mumenti sbieħ huma ħafna, partikolarment

affarijiet sempliċi bħal gratitudni li nirċievi mingħand ċerti nies li bis-sehem tiegħi nkun għenthom sabiex ikollhom ħajja aħjar. Ġraw episodji li ma jien se ninsa qatt fosthom meta kelli l-opportunità li nkun l-ewwel Sindku Malti li nirrappreżenta mhux biss lil

Ta’ Xbiex iżda lil Malta fil-Ġnus

Magħquda f’Ġinevra, permezz ta’ diskors iffukat fuq inizjattivi ambjentali b’differenza.

Dakinhar kont fost numru ta’ Sindki oħra li kienu jirrappreżentaw bliet importanti minn madwar id-dinja. Ma ninsiex ukoll meta tkellimt fil-Parlament Malti, eżattament f’seduta tal-Parlament għas-Sindki.

Ma ninsa qatt ukoll meta rajt ix-xatt ippakkjat bin-nies

għall-Festa Rizzi u Connecting Through Culture, avvenimenti li għal lokalità żgħira bħal

Ta’ Xbiex attiraw lejha eluf ta’ nies li ħadd ma kien joħlom li jerga’ jara f’Ta’ Xbiex, sa minn meta waqaf isir il-beer festival li kien mexa lejn Ta’ Qali fissnin disgħin.

Xi tgħidilna aktar dwar dawn l-attivitajiet? U fiex jikkonsistu?

L-attività Connecting Through Culture hija festival li jgħaqqad nies minn nazzjonijiet differenti permezz tal-kultura, gastronomija u arti, filwaqt li jittella’ spettaklu b’artisti lokali u internazzjonali, grazzi għall-involviment ta’ numru ta’ missjonijiet diplomatiċi, ambaxxati jew residenzi f’Ta’ Xbiex, kif ukoll oħrajn li jinsabu barra minn din il-lokalità u li sena wara l-oħra jtellgħu spettaklu millaqwa. Festa Rizzi hija attività li konna nagħmlu qabel il-pandemija u li nixtiequ nkomplu t-tradizzjoni.

Din l-attività tikkonsisti f’diversi stands tal-ikel bi platti tipiċi marbutin mar-rizzi tant sinonimi f’Ta’ Xbiex kif ukoll frott tal-baħar. Ir-rizzi jinbiegħu permezz ta’ platti tradizzjonali kif nafuhom jew oħrajn innovattivi bħal pereżempju pizza tar-rizzi,

cocktail tar-rizzi u oħrajn. Dan barra numru ta’ attrazzjonijiet u shows għall-familja kollha.

Xtaqt ukoll insemmi l-attività Karnival fil-Marina, li hija attività oriġinali li barra li tgħaqqad u tiġbor flimkien nies minn kull età, teħodna ’l barra minn dak il-karnival tradizzjonali, permezz ta’ villaġġ tal-karnival fil-qalba talYacht Marina b’tema aktar marittima. Din ukoll waqafna norganizzawha mill-pandemija u ninsabu determinati biex inkomplu din it-tradizzjoni li s-segwaci tal-karnival, partikolarment l-iskejjel tażżfin tant ifittxu li jipparteċipaw fiha.

Finalment kif tara l-futur ta’

Ta’ Xbiex? Forsi b’xi proġetti li qed tagħmlu u oħrajn ippjanati.

Din is-sena u s-sena d-dieħla mistennija jkunu kkaratterizzati minn sensiela ta’ proġetti fix-xatt. L-ewwel proġett li se nkunu qed niftħu ftit tal-

ġranet oħra huwa latrina u showers pubbliċi innovattivi.

Din il-lattrina, għal leġiżlatura wara l-oħra dejjem kienet issemmiet u kellu jkun dan il-Kunsill li rnexxielu mhux biss iġib il-permessi u jibniha, iżda jibniha bl-ispejjeż imħallsa mis-settur privat.

Bħalissa għaddejjin konsultazzjonijiet mal-GHRC dwar riġenerazzjoni tal-promenade kif ukoll ingħatajna fondi mid-Dipartiment talGvern Lokali għall-estensjoni pedonali tat-triq elevata, bilgħan li jkun hemm belvedere ieħor, b’aktar aċċessibbiltà u kumdità għan-nies li jgħaddu minn hemm minħabba li titwessa’ l-bankina ta’ Triq ir-Rampa, max-xatt f’Ta’ Xbiex.

Dan fost numru ta’ proġetti oħra ambjentali u infrastrutturali, fosthom bankini u toroq ġodda madwar Ta’ Xbiex li jkomplu jsebbħu, jżidu l-aċċessibbiltà u finalment itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti li jgħixu f’Ta’ Xbiex.

02.04.2023 21

ALFRED CAMILLERI CAUCHI

IPINĠI, IPITTER U JOĦLOQ STATWI

MINN MATERJALI DIFFERENTI

Dan l-aħħar sirt naf b’artist permezz ta’ ħabiba ġdida li għamilt - Alison. Kelma ġġib lill-oħra, u skoprejt li missierha huwa artist rinomat mhux biss hawn Malta, iżda wkoll barra minn xtutna. Qed nirreferi għal Alfred Camilleri Cauchi.

Għandu 80 sena, joqgħod il-Fgura però twieled u għex ir-Rabat, Għawdex. Iltaqa’ malmara tiegħu 56 sena ilu, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-knisja taż-Żurrieq peress li hi kienet minn hemm. Eventwalment iżżewġu u marru joqogħdu l-Furjana, imbagħad marru joqogħdu l-Fgura fejn għandu wkoll il-bottega tiegħu u diversi xogħlijiet f’dan il-lokal.

Meta kien tifel kien jara u jgħin lil missieru li wkoll kien artist

Ix-xogħol tiegħu huwa dak ta’ artist – kapaċi jpinġi, ipitter kif ukoll joħloq statwi minn materjali differenti. Minn dejjem għamel dan ix-xogħol u għadu jaħdem sal-lum. Meta kien tifel kien jara u jgħin lil missieru li wkoll kien artist. Missieru kien l-Iskultur Għawdxi Wistin Camilleri. Kif jgħidu, bin is-sengħa għandu

nofsha! Alfred iħobb ħafna l-festi u jħobb isiefer l-aktar sabiex iżur postijiet fejn ikun jista’ jammira xogħlijiet ta’ artisti kbar. Iħobb ukoll irabbi l-għasafar. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala raġel sinċier u onest. Għandu qalbu żgħira u jibki malajr għax huwa sensittiv. Mill-banda l-oħra, jaf ikun kemxejn nervuż. Għalkemm qsajjar u ta’ statura żgħira, kapaċi jsawwar opri tal-arti kbar li huma ferm akbar minnu fil-qies.

Huwa l-awtur ta’ bosta opri artistiċi maħdumin fil-kartapesta, fil-bronż, fl-injam, fil-ġebla Maltija u anke fl-

irħam. Dawn il-kapolavuri jinsabu mxerrdin madwar id-dinja kollha. Huma ħafna l-knejjes parrokkjali lokali li jgawdu mix-xogħlijiet tiegħu, bħall-vari tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll dekorazzjonijiet mal-artali u s-soqfa. Huwa l-awtur ta’ ħafna mill-vari titulari, fosthom Kristu Re, Marija Reġina, Santu Wistin u San Ġorġ Preca.

Il-ħiliet artistiċi ta’ dan l-iskultur jispikkaw ukoll fil-bustijiet u l-monumenti nazzjonali li huwa ħadem sabiex jitfakkru ġrajjiet storiċi importanti bħall-monument f’ġieħ Malta Repubblika, kif ukoll diversi personalitajiet

distinti fosthom Presidenti Maltin bħal Sir Anthony Mamo, Dr Ċensu Tabone, Prof Guido De Marco u s-Sa Marie Louise Coleiro Preca.

Filwaqt li żamm ħajja s-sengħa tal-kartapesta tradizzjonali Maltija u xerridha barra minn xtutna, huwa reġa’ ta l-ħajja lis-sengħa tat-tnaqqix tal-istatwi fl-injam. Huwa ħa sehem f’diversi wirjiet li ttellgħu kemm internazzjonalment kif ukoll lokalment speċjalment b’għan filantropiku, kif ukoll rebaħ bosta kompetizzjonijiet mondjali tal-arti.

Għalih l-arti hija mezz kif wieħed jista’ jesprimi

Kull artist joħroġ b’xi ħaġa ġdida. Din kienet idea tiegħi minħabba li jiena dejjem kont inħobb nesperimenta għax dejjem ridt li jkolli l-istil tiegħi.

Ta’ min jgħid li l-fibreglass huwa materjal b’saħħtu li jiflaħ għall-elementi naturali

s-sbuħija u l-kobor tal-Mulej Alfred Camilleri Cauchi ngħata t-titlu prestiġjuż ta’ Kavallier tal-Unur tal-Ordine della Real Corona Balearica ta’ Spanja meta kien għad kellu biss 24 sena, wara li skolpa fl-irħam il-Via Sagra li nsibu f’Ta’ Pinu, Għawdex.

Fl-1998 huwa ġie onorat bħala Kavallier Akkademiku tal-Ordni Taljana Greci Marino u fl-2006 inħatar Surmast Onorarju Malti ta’ din l-istess Akkademja. Nhar it-13 ta’ Diċembru 2022, il-President ta’ Malta Dr George Vella onora lil Alfred Camilleri Cauchi b’rikonoxximent f’Jum ir-Repubblika.

Għal Alfred l-arti hija mezz kif wieħed jista’ jesprimi s-sbuħija u l-kobor talMulej permezz tax-xogħol li joħloq. “Għaliex id-don huwa Alla nnifsu li jagħtihulek. Kull biċċa xogħol tal-arti hija maħluqa bil-ħila u l-immaġinazzjoni u dejjem tesprimi ideat u sentimenti importanti,” stqarr miegħi.

Bħala artist, Alfred kien ikkummissjonat jaħdem kemm għal Malta kif ukoll għall-Awstralja, fejn ipproduċa Via Sagra għall-Awstralja. Mistoqsi jekk hemmx xi

02.04.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

differenza meta jaħdem biċċa arti għal Malta jew għal barra minn xtutna, Alfred weġibni: “Le, bħala differenza ma hemm xejn. Jiena kull biċċa xogħol li nagħmel, nagħmilha minn qalbi u dejjem nimxi mal-istil tiegħi. Jekk imbagħad inkun ser naħdem f’post partikolari, dejjem nara li nimxi mal-istil tiegħu”. Meta jħares lejn zokk ta’ siġra jkun diġà qed jara l-istatwa hemm

Ta’ min jgħid li Alfred kien l-ewwel artist Malti li pproduċa statwi maħdumin mill-fibreglass. Mistoqsi x jfisser dan għalih, Alfred weġibni: “Kull artist joħroġ b’xi ħaġa ġdida. Din kienet idea tiegħi minħabba li jiena dejjem kont inħobb nesperimenta għax dejjem ridt li jkolli l-istil tiegħi. Ta’ min jgħid li l-fibreglass huwa materjal b’saħħtu li jiflaħ għall-elementi naturali”.

Mhux hekk biss, talli bħala artist, huwa kapaċi jiskolpi statwa minn zokk ta’ siġra. Fil-fatt, skolpa l-istatwa ta’ Kristu Re fis-sena 1998 minn zokk wieħed li kien impurtat apposta minn foresta fl-Afrika. Interessajt ruħi nkun

SKEDA ONE

naf kif isir dan ix-xogħol kollu minn sempliċement zokk wieħed. “Jiena meta nħares lejn dak iz-zokk, inkun diġà qed nara l-istatwa hemm, allura tiġi xi ħaġa naturali jiena u naħdem.

Meta ħdimt lil Kristu Re 25 sena ilu, iz-zokk b’dijametru ta’ tliet piedi u tliet pulzieri (metru), żmarrajtu biċċa biċċa sakemm bejn wieħed u ieħor wasalt għall-figura li kelli mpinġija f’moħħi. Imbagħad komplejt innaqqax u nirfina biex b’hekk ħarġet il-figura mixtieqa. L-istatwa kellha titħaffer minn ġewwa sabiex jitnaqqas il-piż tagħha. Wara kien imiss il-proċess tal-polikromija u dak tal-induratura, kif ukoll kompliet tiżżejjen b’dekorazzjonijiet tal-fillugranu. Illum din ilvara maestuża tista’ titgawda fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.

Fl-aħħar nett, Alfred għadda messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta.

“Lill-qarrejja nixtieq ngħidilhom biex kull min għandu xi don, jagħraf jutillizzah u

jaħlih. Fuq

ngħidilhom jibqgħu

08.11.2020 02.04.2023 23
mhux
kollox,
jsegwu
tiegħek għax huma ferm interessanti,” temm jgħid Alfred.
l-paġni
06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 Żona Sport 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Indhouse 11:10 Popcorn 11:40 Diskors Prim Ministru 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sabiħa l-Ħajja 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Empowerment 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Liquorish 22:40 Ġmielek: Dokumentarju 22:50 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 22:55 Reboot Podcast 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 The Local Traveller 07:20 Il-Passjoni ta’ Ġesùl-istorja għat-tfal 07:30 Magdalena: Film għat-tfal 08:35 Dak li Jgħodd 09:35 Sittin+ 10:05 Aroma Kitchen 11:10 Popcorn 11:40 Telebejgħ 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 16:05 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 19:55 Rapport tat-Temp 20:00 Viġili tal-Għid il-Kbir 21:20 Arani Issa 23:30 ONE News 03-04 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Country Jamboree 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Empowerment 11:40 The Local Traveller 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Esperti 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Malta’s Ultimate Tattoo Challenge 22:25 Il-Willy 23:30 ONE News 05-04 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:20 Ġmielek: Dokumentarju 07:30 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:15 Sabiħa l-Ħajja 10:55 What’s Cooking 11:25 Telebejgħ 11:55 Urbi et Orbi 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Mal-Moll 16:40 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 Ġmielek: Dokumentarju 17:40 It-63 Edizzjoni ta’ Sports Malta Awards 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Countru Jamboree 23:15 Ġmielek: Dokumentarju 20:10 Countru Jamboree 23:30 ONE News 09-04 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 L-istorja ta’ Puttinu 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Liquorish 10:10 Flimkien ma Nancy 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:35 Reboot Podcast 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 The Local Traveller 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Sittin+ 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Natura Maltija 21:00 Insurraction 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Ġmielek: Dokumentarju 07:10 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 07:15 L-istorja ta’ Puttinu 08:20 Il-Passjoni ta’ Ġesul-istorja għat-tfal 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Dak Li Jgħodd 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:30 Country Jamboree 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sittin+ 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Mal-Moll 21:00 Madwar Mejda 22:40 ’Il Bogħod mill-Golgota 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa 08:15 Ġesù: Film għall-familji u t-tfal 09:15 Maratona b’risq Puttinu 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:40 Maratona b’risq Puttinu 15:00 Il-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib 16:35 Poeżija 2 16:40 Mill-għajnejn ta’ Ġwanni 16:40 Popcorn 17:15 Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 ’Il Bogħod mill-Golgota 21:00 Maratona b’risq Puttinu 00:00 ONE News 07-04 ĠIMGĦA 06-04 04-04 08-04

reċensjoni tal-ktieb

KTIEB IX-XWEJJAĦ

Kien fl-1987 li f’Malta twieldet il-kitba tal-fantasija bil-Malti permezz tal-ktieb ta’ Ġorġ Mallia Ktieb ix-Xwejjaħ

Dan ir-rakkont beda bħala sett ta’ stejjer fir-rivista Sagħtar ippubblikata mill-MUT, u fil-fatt kienu huma stess li ħarġu l-ewwel edizzjoni tal-ktieb. Meta spiċċat l-ewwel tiratura, in-nies baqgħu jfittxuh u biż-żmien ġie rikonoxxut bħala l-pijunier tal-kitba tal-fantasija bil-Malti. Imma kopji ma kienx għad fadal fis-suq.

U issa wara 36 sena, dan il-ktieb li għandu ismu mnaqqax fil-kanonu tal-letteratura Maltija twieled mill-ġdid permezz tal-Merlin Publishers li għadhom kemm reġgħu ppubblikawh f’edizzjoni ġdida.

Fl-aqwa stil tal-ġeneru fantastiku, Ktieb ixXwejjaħ huwa msawwar fuq tiftixa (quest) li l-Viżjier tas-sultan, preċiżament ix-Xwejjaħ, jagħmel biex isib ktieb imsaħħar li seta’ jsalva lid-dinja tiegħu mill-ħakma tal-ħażen.

Il-ktieb jikkonsisti f’żewġ taqsimiet: l-ewwel taqsima tintroduċi lill-karattri ewlenin u l-istejjer individwali tagħhom - is-sultan, ixxwejjaħ, is-saħħar apprendist, l-aljen bennej tal-muntanji u oħrajn. It-tieni taqsima tirrakkonta l-avventura tax-Xwejjaħ u hawn kollox jinqaleb ta’ taħt fuq: il-belt hienja ta’ Terani ssir belt perikoluża, in-nies ferħana jsiru mdejqa, u l-belt tas-sħaħar ’il fuq mis-sħab tiġi maħkuma mis-sħaħar ħżiena u għalhekk niżlet dalma fuq l-art.

Din l-edizzjoni ġdida hija għalkollox fidila għall-ġrajja tal-ewwel edizzjoni bl-istil ta’ kitba mexxejja ħafna li jdaħħlek fl-avventura u jġiegħlek tkompli taqra. Iżda issa Mallia ħataf l-okkażjoni biex jaġġorna l-ktieb u jagħmel dawk it-tibdiliet biex lill-ġrajja taha xejra aktar kompluta u moderna. Żied storja li kienet ġiet ippubblikata fir-rivista Lejn ix-Xefaq fl1979 iżda li ma kinitx inkluża fl-ewwel ktieb, u żied ukoll mal-isfond tar-rakkont.

L-aktar tibdil insibuh fl-illustrazzjonijiet li huma ta’ Mallia stess. Fi kliemu, “għax għalkemm l-istorja tal-ktieb hija importanti ħafna, naħseb li l-akbar ġawhar fi Ktieb ix-Xwejjaħ hu l-karattri li jippopulawh.” Xi wħud mill-illustrazzjonijiet tneħħew, oħrajn tnaddfu jew tħallew kif kienu; fejn kien hemm aktar minn karattru wieħed, infirdu u issa l-figuri kollha saru sħaħ. Iżda fuq kollox, Mallia ta uniformità lill-istil tal-istampi. Ċertament jekk l-illustrazzjonijiet oriġinali saru b’pinen u pniezel, issa kollha saru b’mod diġitali. Għall-korrettezza storika, dan kollu ġie indikat billi tniżżlet id-data taħt kull waħda mill-illustrazzjonijiet.

Ktieb ix-Xwejjaħ huwa parti importanti fl-istorja tal-ktieb Malti u għalhekk għandu jkollu post speċjali f’kull librerija - pubblika, tal-iskola u ġod-dar.

Ktieb ix-Xwejjaħ jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online direttament minn merlinpublishers.com

Mistoqsija: Fuq liema pubblikazzjoni beda dan ir-rakkont?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KTIEB IX-XWEJJAĦ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb WILD FLOWERS hija:

G. CAMILLERI - ŻABBAR

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Malta kemm-il sena ilha li kisbet il-Ħelsien?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

Rebbieħ:

02.04.2023 24
01
J.
FARRUGIA - ISLA

L-EWWEL PARTI

Bejn Lulju tal-1963 u Ottubru tal-1965, il-koppja Ian Brady u Myra Hindley werwru lir-residenti ta’ Manchester, fl-Ingilterra, bil-qtil ta’ ħames persuni – tlett itfal u żewġ żgħażagħ. Il-vittmi kienu Pauline Reade, John Kilbride, Keith Bennett, Lesley Ann Downey u Edward Evans.

Huma kellhom bejn 10 snin u 17-il sena u l-fatt li erbgħa mill-vittmi ndifnu fl-art xagħra ta’ Saddleworth Moor, il-qtil tagħhom beda jissejjaħ bħala “The Moor Murders”. Il-katavri ta’ tnejn mill-vittmi nstabu f’qabar baxx fl-1965 u qabar ieħor instab fl-1987. Minkejja diversi tfittxijiet, il-katavru ta’ Bennett baqa’ ma nstabx filwaqt li l-aħħar vittma, Evans, instab fid-dar fejn kienu jgħixu l-koppja.

Il-koppja nstabet ħatja bil-qtil ta’ Kilbride, Downey u Evans u weħlu għomorhom il-ħabs. L-investigazzjoni reġgħet bdiet fl-1985 hekk kif kien irrappurtat li Brady ammetta li qatlu lil Reade u Bennett ukoll. Wara din l-istqarrija, Brady u Hindley ittieħdu lejn Saddleworth Moor biex jgħinuhom isibu l-katavri ta’ dawn iż-żewġ vittmi iżda nstab il-katavru ta’ Reade biss.

Hindley, li ngħatat it-titlu tal-iktar mara ħażina fl-Ingilterra, appellat kemm-il darba kontra s-sentenza ta’ għomor il-ħabs iżda kull talba ġiet miċħuda. Hi qalet li kienet mara mibdula u li ma kinitx ta’ periklu għas-soċjetà imma din l-istqarrija ma kinitx waħda li titwemmen. Hindley mietet fl-2002 fl-età ta’ 60 sena, fejn 36 sena minnhom qattgħethom il-ħabs. Min-naħa l-oħra, Brady qatt ma ried li jinħeles mill-ħabs u kemm-il darba talab biex jingħata permess biex imut. Brady, li kien psikopatiku, miet fl-2017 fl-età ta’ 79 sena waqt li kien qed jiskonta s-sentenza tiegħu f’Ashworth Hospital.

Min kien Ian Brady

Ian Brady twieled bħala Ian Duncan Stewart fit-2 ta’ Jannar tal-1983 fi Glasgow fl-Iskozja. Ommu, Margaret Stewart, kienet mara mhux miżżewġa u binha ma kienx jaf min kien missieru. Minħabba diffikultà finanzjarja, Margaret Stewart bagħtet lil binha jgħix ma’ Mary u John Sloan, li diġà kellhom erbat itfal oħra. Ian spiċċa biex ħa kunjom din il-familja u meta kellu disa’ snin, huma marru jgħixu f’Pollok.

Hu kien jattendi x-Shawlands Academy, li kienet skola għal tfal bravissimi. Waqt li kien hawn, l-imġiba tiegħu bdiet tmur għall-agħar u deher darbtejn quddiem il-qorti tal-minorenni fuq akkużi ta’ dħul fid-djar tan-nies. Ta’ 15il sena ħareġ mill-iskola u ħadem diversi xogħlijiet. Sentejn wara, hu reġa’ deher quddiem il-qorti tal-minoren-

THE MOOR MURDERS

Ian Brady u Myra Hindley

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

ni hekk kif hedded lit-tfajla li kellu b’mus. Ta’ dan l-att, hu ngħata ħelsien proviżorju bil-patt u l-kundizzjoni li jmur jgħix ma’ ommu f’Manchester.

Ommu, li issa kienet miżżewġa lil Patrick Brady, laqgħet lil binha u dan tal-aħħar ħa l-kunjom ta’ missieru tar-rispett u ġie magħruf bħala Ian Brady. Patrick sablu xogħol fi Smithfield Market iżda f’inqas minn sena li kienu ilu jaħdem hemm, Brady inqabad jipprova jaħrab bi xkora mimlija siġilli taċ-ċomb.

Peress li kien għadu m’għalaqx it-18-il sena, Brady intbagħat f’ċentru tad-detenzjoni taż-żgħażagħ għal sentejn sħaħ biex “jitħarreġ”. Għall-bidu ntbagħat f’Latchmere House f’Lon-

dra, imbagħad f’West Riding of Yorkshire. Waqt li kien hawn, hu nqabad fis-sakra u ntbagħat f’Hull, li kien ċentru iktar aħrax. Fl-14 ta’ Novembru tal-1957, Brady ħareġ miċ-ċentru tad-detenzjoni u rritorna f’Manchester.

Hekk kif kien f’Manchester, Brady beda jagħmel xogħlijiet li kienu jdejquh u b’hekk iddeċieda li jistudja waħdu. Dan l-istudju sarraf f’xi frott hekk kif f’Jannar tal-1959, hu sab xogħol klerikali f’Millwards, kumpanija li tqassam il-kimika. Brady kien deskritt mill-kollegi bħala puntwali u kwiet iżda kienet taqbiżlu malajr.

Brady kien iħobb jaqra ħafna kotba, fosthom kotba dwar il-lingwa Ġer-

maniża u oħrajn li kellhom x’jaqsmu mal-atroċitajiet Nazisti. Ingħad minn diversi awturi li Ian Brady kien jittortura l-annimali minn età bikrija, iżda hu dejjem ċaħad dawn il-qlajja’.

Min kienet Myra Hindley

Myra Hindley twieldet fit-23 ta’ Lulju tal-1942 f’Crumpsall u trabbiet f’Gorton, żona residenzjali għal familji bi dħul baxx f’Manchester. Missierha, Bob Hindley, kien iħobb il-qatra u kien jerfa’ jdejh fuq martu Nellie u fuq uliedu. Il-familja kompliet tiftaqar hekk kif twieldet oħt Myra, Maureen, f’Awwissu tal-1946. Sena wara, Myra ntbagħtet tgħix man-nanna tagħha.

02.04.2023 25
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
Ian Brady Myra Hindley

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

02.04.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

TISLIBA 480

MIMDUDIN:

1. Nixtru minnu (5)

4. Kompli l-qawl; Għum ........ jilħaqlek (4)

7,9. Mhux fuq (5)

9. Ara 7

WEQFIN:

1. Ċaqlaq (6)

2,21M Nagħti daqqa? (6)

3,16. Għajjat u dan jiġi storbju (6)

5. Tisma’ lilek innifsek (3)

10. Ninħaslu biha (6)

12. Taqtgħu

mid-dielja (6)

16. Ara 3

18. Manchester United (1,1)

19,21W. Jagħmel ħoss (6)

6,11. Jistgħu jkunu

Kattoliċi (5)

20.

8. 19 ta’ Marzu (3,6)

11. Ara 6

12,23. Jintlibsu

fir-riġlejn (6)

13. Royal Malta

Artillery (1,1,1)

14. Ma niftakrux (6)

15. Tħallihx barra (6)

17. Isem (3)

21. Ara 19

22. Tlieta

Taljani (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Ħafna, 4.Muti, 7,23.Mkatar, 9.Mar, 10.Maduma, 12.Garajt, 18,19.Bliet, 20.Silef, 21.Taw, 24.Raddi

WEQFIN: 1.Ħamiem, 2.Far, 3,6.Ammira, 5.Uru, 8.Kavallier, 11,16.Damma, 12,22.Gawda. 13.RBI, 14.Tifred, 15.Atturi, 17.MEA, 21.Tua

02.04.2023 27
M. AGIUS - MOSTA Refa’ għal meta jiġi bżonn (5) 21. Ara 2 23. Ara 12 wieqfa
Bi 3 NUMRI 176 178 182 226 273 340 385 430 519 699 701 734 B’4 NUMRI 0068 0473 0524 0816 0874 0972 0991 0994 1205 1622 1691 1732 1735 1866 2725 2809 3149 3256 3540 3634 3918 4033 4401 4442 4718 4736 4756 5132 6022 6047 7132 7388 7451 7477 7822 7973 9028 9079 9426 9679 9772 9904 B’5 NUMRI 01875 07467 11418 13688 21120 30221 32555 33032 35331 46165 52815 59258 64170 68275 68284 73477 82824 83011 94010 96992 97381 99343 B’6 NUMRI 214336 472452 505070 512599 580154 613470 618259 900989
24. Isem (5)

IL-POLITIKA À LA CARTE

Editorjal

Aktar ma jħabbtu fuq sidirhom bħala xi paladini tal-ġustizzja jew difensuri tal-poplu, meta azzjonijiethom juru għalkollox bil-maqlub, talPN iżjed jegħrqu fil-vojt ta’ kredibbiltà u fiduċja ineżistenti

“Jilagħbu meta l-logħob jaqbel lilhom” hi karatteristika li saret endemika għall-Partit Nazzjonalista. Iħaddmuha kontinwament mill-banek tal-Oppożizzjoni, imma hi sintomatika wkoll għaż-żminijiet meta l-poplu fdahom bil-poter. Dan sakemm dan il-qerq tagħhom indera aktar minn biżżejjed u wassal biex ixebba’ lil kulħadd.

Illum dawk li jiddominaw lill-PN jinqabdu iżjed kemm il-ġid nazzjonali u tal-poplu qatt ma kienu l-prijorità tagħhom fil-politika, tant li jagħżlu li jostakolaw kull miżura jew proposta li għandha l-għan li ttejjeb lis-soċjetà tagħna. Id-domma persistenti tagħhom li jkissru kull progress li jitwettaq taħt Gvern Laburista, avolja dan jista’ jinvolvi dannu għaċ-ċittadini inġenerali jew għal minoranzi fostna, tirrifletti biss l-arroganza grassa li taħkimhom.

Tali attitudni u determinazzjoni għal raġunijiet żbaljati żżommhom ’il bogħod millmaġġoranza assoluta ta’ ġensna, mhux l-inqas Nazzjonalisti ġenwini li tnaffru fl-aħħar snin għax ġustament ħassew li m’hemm l-ebda ġenwinità fit-

tmexxija tal-Partit li xi darba kien jirrappreżentahom.

Aktar ma jħabbtu fuq sidirhom bħala xi paladini tal-ġustizzja jew difensuri tal-poplu, meta azzjonijiethom juru għalkollox bil-maqlub, iżjed jegħrqu fil-vojt ta’ kredibbiltà u fiduċja ineżistenti.

Mhux b’inqas f’dawn l-aħħar sentejn u nofs taħt l-ispeċi ta’ tmexxija ta’ Bernard Grech, li ħalla lil min poġġieh filpożizzjoni biex assolutament jagħmel li jrid bih u allura qatt ma wera fibra ta’ mexxej kif jixraq. Diversi drabi kellu jmur lura anke minn kliemu u minn dikjarazzjonijiet li jkun diġà għamel fil-pubbliku.

Dan rajnieh l-aħħar fl-oġġezzjonijiet bla raġuni għall-ħatra tal-Eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi bħala Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, anke wara li Grech kien diġà informa lill-Prim Ministru li “lest jgħix bih” anke fir-rwol propost.

It-taħwid tal-PN ippersista wkoll meta tressaq mekkaniżmu fil-Parlament biex ikun hemm żblokk fin-nuqqas ta’ ftehim f’dan ir-rigward. Immexxi mis-soltu klikka tal-

establishment, il-PN dakinhar argumenta li dan hu tkissir tad-demokrazija, avolja nkixef li dik kienet l-istess proċedura li wiegħed hu stess fil-manifest elettorali tal-2017.

L-istess politika ta’ konvenjenza tidwi anke f’diskorsi llum ta’ wħud minnhom li għadhom fil-Parlament u kienu protagonisti fl-aħħar Gvern Nazzjonalista.

Anke fuq livell Ewropew ma jagħmlux għajb għal sħabhom f’artna, għax ma jitilfux okkażjoni biex jipprovaw itappnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Din il-ġimgħa instigaw attakk ieħor surreali kontra pajjiżna fil-Parlament Ewropew permezz tal-Partit Popolari Ewropew (EPP), li huma affiljati miegħu, biex itaffu mill-pressjoni bl-iskandlu kbir fil-Greċja, immexxija minn partit li hu ħabib tagħhom.

Kif għamlu f’każi preċedenti kontra l-Ungerija, il-Bulgarija u l-Polonja, issa ħarġu għonqhom għall-Gvern Grieg talPrim Ministru Kyriakos Mitsotakis, li sfaċċatament inqabad bis-servizzi sigrieti tiegħu jispija bil-moħbi (taping) il-mobiles tal-Kap tal-partit PASOK Nikos

Androulakis u ġurnalisti, fost oħrajn.

Din l-aħħar azzjoni tkompli tikxef l-agħar kredenzjali li jħaddnu fejn id-demokrazija u s-saltna tad-dritt japplikaw biss fejn u jekk ikun jaqblilhom.

Mhux ta’ b’xejn fostna jaqilbu rasha ’l isfel kull deċiżjoni li fl-aħħar snin saħħet istituzzjonijiet bħall-qrati u l-forzi talordni, u jipprotestaw favur min kiser il-liġi. Jappellaw għall-appoġġ, iżda lanqas huma kapaċi jsibu l-paċi interna, u jġebbdu kemm jifilħu l-lasktuwa kif jaqbel fl-interpretazzjoni ta’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika, ħalli iżjed juru l-istat miskin li jinsabu fih.

Tali politika li mhix koerenti u titħaddem b’mod redikolu daqslikieku hi xi għażla f’xi menù ta’ xi restorant ma turi l-ebda serjetà jew ġustizzja.

Illum din lanqas tersaq xi mkien qrib il-mod umli fittmexxija tal-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela, li qed ikun eżemplari għall-PN innifsu u anke għal stati oħrajn fl-UE, u bil-fatti qed juri kif ilpajjiż u l-poplu għandhom jitmexxew fl-aħjar direzzjoni.

02.04.2023 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.