Kullħadd_24.04.2016

Page 1

ĦARSA LEJN IKTAR ISMIJIET FIL-JS LIST Ara paġna 2

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 24 ta’ April, 2016

Ħarġa Nru 1,189 Prezz €1

IL-HUAWEI XHIEDA TAL-BIDLA

• GVERN LI WASAL FEJN WEĦEL TA’ QABLU • ITTRI JURU LI TAL-HUAWEI XTAQHOM GATT

Korrispondenza li tmur lura għall-2010 u li qed niżvelaw b’mod esklussiv turi li l-investiment tal-Huawei f ’Malta huwa xi ħaġa li xtaqet amministrazzjoni preċedenti. Minkejja li saħansitra saru laqgħat fiċ-Ċina, l-eks-Ministru Austin Gatt u l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ma kinux waslu, tant li kien fl-aħħar sentejn li t-taħditiet ma’ din ilkumpanija multinazzjonali ħadu xejra ġdida u f ’Malta tħabbret l-ewwel preżenza tagħhhom u anke investiment. Investiment li jibda bi kważi €5 miljun u li mistenni jpoġġi lil Malta bħala “vetrina” għal pajjiżi oħra. Ara paġna 6

FAQAR LI QED JONQOS

IT-TRASFERIMENT TA’ ART LEJLET L-ELEZZJONI

DEAL IMBAŻWAR

It-trasferiment lill-privat ta’ art maħsuba għall-proġett soċjali, lejlet l-aħħar elezzjoni ġenerali, tant sar bl-għaġla li mkejjen fid-Dipartiment tal-Artijiet u sorsi legali fil-Gvern ikkonfermaw mal-gazzetta KullĦadd li d-deal huwa wieħed “imbażwar.” Jirriżulta li d-Dipartiment tal-Artijiet ma kellu ebda saħħa legali biex jittrasferixxi l-art u dan għal diversi raġunijiet li se jkunu żvelati fil-jiem li ġejjin. Ara paġna 5

Il-ġimgħa li għaddiet figuri tal-Eurostat urew li, għall-ewwel darba wara żmien twil, pajjiżna esperjenza tnaqqis fil-faqar. F’kummenti li ta lil din il-gazzetta l-attivist soċjali Charles Miceli saħaq li “kien hemm għadd ta’ miżuri f ’dawn l-aħħar tliet snin li għenu biex ibiddlu t-trend u għall-ewwel darba f ’ħafna snin nibdew naraw kambjament għall-aħjar”. Qal ukoll li għal dawn ir-riżultati l-Gvern ħaqqu kull tifħir, filwaqt li sostna li għad baqa’ xi jsir. Ara paġna 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.