1.L-individwu bħala ħlejqa soċjal

Page 1

1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal

Stephanie Cann OPTION Form 3


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

X’inħu l-istudji soċjali? L-istudji soċjali huwa l-istudju fuq l-imġiba tal-bniedem fis-soċjetà. Permezz talistudji soċjali, niżvillupaw l-abilità li nagħmlu deċiżjonijiet tajbin kemm għalina bħala ċittadini u anke għal ġid tal-komunità li niffurmaw parti minnħa. L-istudji soċjali huwa suġġett fejn tiddiskuti l-avvenimenti li jkunu qegħdin jiġru madwarek. L-istudji soċjali huwa ħaj minħabba li s-soċjetà l-ħin kollu tinbidel. Il-persuna bħala individwu uniku Kull persuna hija unika fis-soċjetà. Ħadd mhu fotokopja ta ħaddieħor. Hemm diversi aspetti li jagħmluna differenti mill-bqija tan-nies li jgħixu madwarna fissoċjetà. Fosthom: ➢ L-aspett fiżiku (l-għajnejn, l-imnieħer, ix-xagħar, it-tul, ilkarnaġġjon u l-ġisem tal-bniedem). ➢ L-aspett intelletwali (l-intelliġenża u kemm u fiex int tajjeb l-iskola). ➢ L-aspett soċjali (dawk l-elementi li juru kemm int kapaċi tgħix ma’ ħaddieħor). ➢ L-aspett emozzjonali (dawk l-elementi li juru dak li tħoss int) ➢ L-aspett morali (li jgħinek tagħmel l-għażliet tiegħek) ... ta’ kulħadd huma differenti. Dawn huma l-aspetti kollha li jagħmluna uniċi.

pġ. 1


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Il-bnedmin li jgħixu fis-soċjetà jissejħu individwi. L-individwi flimkien jiffurmaw komunità u soċjetà. L-ebda individwu fis-soċjetà ma jista qatt jgħix waħdu mingħajr qatt ma jiġi bżonn ħaddieħor. Is-soċjetà li ngħixu fiħa mhix statika (ma tinbidel qatt) iżda peress li hija magħmula minn individwi diffferenti, s-soċjetà hi dinamika (tinbidel). Tifsiriet importanti: ✓ Individwu – il-bniedem li jgħix fis-soċjetà. ✓ Komunità - l-iżgħar grupp soċjali li fih individwu jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet u jwettaq il-funżjonijiet tiegħu. ✓ Soċjetà – l-individwi li jaħdmu flimkien biex jilħqu għan.

Attività Ikteb x’taħseb li hu s-sinjifikat ta’ din listampa. _________________________________ _________________________________ _________________________________ _________________________________ _________________________________

Kull individwu huwa uniku, għaliex l-aspetti tagħna jiddistingwuna minn persuni oħrajn? Ikkumenta u agħti ezempji. ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ pġ. 2


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

L-ebda bniedem m’hu ġżira Matul l-istorja, il-bniedem qatt ma jidher ta’ waħdu, lanqas fil-bidu nett ta’ l- eżistenza tiegħu fid-dinja, fiż-żmien magħruf bħala preistorja. Fil-bniedem hemm għadd ta’ enerġija instintiva li jwassluħ biex jingħaqad ma’ ħaddieħor. It-tendenza soċjali fi-bniedem turi żewġ bżonnijiet kbar: Il-ħtieġa ta’ għajnuna reċiproka: Persuna ma tistax tissodisfa l-bżonnijet kollha tagħha waħidha, lanqas dawk l-iktar fundamentali bħall-ikel u x-xorb. Il bniedem jiddependi minn ħaddieħor u mis-soċjetà in ġenerali fl-oqsma kollha tal-ħajja. Il-ħtieġa ta firxa fil-kuntatti ma ħaddieħor: Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar il-bniedem isir konxju li ħaddieħor

għandu

bżonnijiet

bħal

tiegħu.

Minħabba f’hekk il-bniedem ifittex li jidħol f’kuntatt ma’ ħaddieħor biex flimkien joffru l-għajnuna u lħbiberija tagħhom lil xulxin. B’hekk l-għerf u l-esperjezża miksuba b’dan il-mod ikomplu jikbru matul iż-żminijiet u jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. Il-poeta Joħn Donne, kiteb poeżija jisimħa ‘No man is an island’ – Din il-frażi tfisser li l-bnedmin m’humiex magħmulin biex

joqgħodu

weħidhom

u

ma

jkollhomx interazzjoni (komunikazzjoni) ma’ dawk ta’ madwarhom, daqs li kieku qishom gżira mdawra bil-baħar mingħajr ma tmiss ma’ pajjiżi oħra.

pġ. 3


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

B’hekk nindunaw li aħna ħlejqiet soċjali, fejn ir-relazzjonijiet ma’ nies oħra huma mportant ħafna f’ħajjitna. Tifsira mportanti: ✓ ħlejqiet soċjali - jiġifieri l-bniedem għandu bżonn kuntatt kontinwu ma’ dawk ta’ madwaru.

Attività Ikteb paragrafu (100 kelma) fejn se tiddiskuti kif il-film Cast Away juri li ħadd ma jista’ jgħix waħdu. ___________________________________ ___________________________________ ___________________________________ ___________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ Interazzjonijiet u relazzjonijiet soċjali Bħala

ħlejqiet

relazzjonijiet

soċjali,

ma’

nies

aħna

jkollna

diversi

oħra.

Meta

jkollna

interazzjoni (komunikazzjoni) ma’ dawn in-nies, aħna nkunu qegħdin nibnu ċertu relazzjonijiet ma’ dawk li nkunu qegħdin nikkomunikaw magħhom.

pġ. 4


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Hemm żewġ tipi ta’ komunikazzjoni:

komunikazzjoni

Komunikazzjoni verbali – permezz tal-kelma.

Komunikazzjoni mhux verbali – permezz ta’ mossi b’wiċċna, sinjali b’idejna u ġesti oħra.

Ir-relazzjonijiet soċjali jvarjaw minn dawk intimi u emozzjonali għal dawk aktar funzjonali.

Relazzjoni Emozzjonali Relazzjonijiet ma’ nies li aħna qrib tagħhom. Eż. membri tal-familja u ħbieb tal-qalb. Relazzjonijiet fejn hemm sens ta’ emozzjoni u ‘feelings’. Relazzjoni Soċjali Relazzjoni Funzjonali Relazzjonijiet ma’ tal-ħanut, massewwieq tal-karozza tal-linja, malgħalliema u ma’ persuni oħra li forsi tafhom minn wiċċhom iżda lanqas tkun taf x’jisimhom. Maż-żmien ir-relazzjonijiet soċjali jistgħu jinbidlu. Relazzjoni funzjonali tista’ issir waħda emozzjonali jew bil-kontra. Pereżempju jkollok ħabiba tal-qalb li tkun kbirt magħha imma għal xi raġuni jew oħra tinfirdu u b’hekk ir-relazzjoni ma tibqax ta’ mħabba. L-istess jista’ jkollok relazzjoni funzjonali ma’ tal-ħanut li daqs kemm tmur tinxtri, tidraw lil xulxin u issiru ħbieb.

pġ. 5


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

L-interazzjoni soċjali sseħħ wkoll minħabba ddiviżjoni tax-xogħol. Illum kulħadd għandu rwol speċjalizzat, u għalhekk kollha niddependu mixxogħol ta’ xulxin. Pereżempju fil-familja, wieħed jista’ ikollu l-irwol ta’ iben jew bint, filwaqt li fliskola, wieħed jista’ jkollu l-irwol ta’ student, ħabib, eċċ. Kull inidividwu jkollu iktar minn rwol wieħed fl-istess ħin u dawn ir-rwoli jinbidlu wkoll matul iż-żmien. Allura l-persuna jista’ jkollha pluralità ta’ rwoli. Infatti kull individwu jgħaddi minn fażijiet differenti tal-ħajja partikularment ittfulija, iż-żogħżija, il-ħajja adulta u l-anżjanita u kull fażi li jgħaddi minnha tagħti lok għal rwoli differenti. Aħna bħala individwi niffurmaw parti minn diversi soċjetajiet. Dawn issoċjetajiet nistgħu naqsmuhom hekk: 1. Soċjetà lokali – li jinkludi l-individwi tal-lokalita’ fejn noqgħod. 2. Soċjetà nazzjonali – magħmul mill-individwi li jiffurmaw parti mill-pajjiż fejn twelidt u ngħix. 3. Soċjetà globali – li jinkludi n-nies kollha tad-dinja. Tifsiriet importanti: ✓ Interazzjonijiet soċjali - il-proċess bejn tnejn jew aktar min-nies li jibnu relazzjoni ta’ għarfien u jinfluwenzaw lil xulxin fis-sentimenti, ħsibijiet, ideat u l-bqija talħajja. ✓ Relazzjonijiet soċjali - Meta jkun hemm kuntatt ma’ individwi oħra, li bihom naqdu l-bżonnijiet tagħna. ✓ Rwoli - l-aspettattivi u r-responsabbiltajiet li għandu individwu fi grupp. ✓ Soċjetà lokali - Grupp ta' individwi li jinteraġixxu u joqgħodu fl-istess lokalita’ ✓ Soċjetà nazzjonali – Grupp ta’ individwi li jgħixu fl-istess pajjiż. ✓ Soċjetà globali - soċjetà li qed tinbena fi żminijiet moderni li fiha n-nies kollha tad-dinja għandhom ħafna affarijiet komuni bejniethom.

pġ. 6


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Attività Jeżistu żewġ tipi ta’ relazzjonijiet soċjali li jien nista’ nibni. Ikteb paragrafu (100 kelma) dwar ir-relazzjonijiet emozzjonali u r-relazzjoni funzjonali li int għandek u kif dawn inbidlu maż-żmien. ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ Gruppi soċjali Fl-eta bikrija t-tfal jibdew jaraw min huma u min hu simili tagħhom. Iżjed ma jikbru u jimmaturaw iżjed jibdew jagħrfu x’gosti għandhom u jibdew jikkomunikaw ma’ persuni bl-istess gosti. B’dan il-mod jibdew jiffurmaw il-gruppi primarji u sekondarji. magħmul minn grupp żgħir li nafu sew kif ukoll nistgħu nafdawħ Grupp Primarju

u jkun qrib tagħna bħal familja fejn ir-

Eżempji ta’ gruppi primarji: familja, ħbieb u qraba.

relazzjoni tkun soda u dejjiemha.

pġ. 7


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Eżempju student magħmul minn

ġo skola jafu l-

grupp ta’ nies li

isem ta’ student

Grupp

jkollhom għan

oħra, iżda ma

Sekondarju

komuni, iżda ma

jafux l-affarijiet

jkunux qrib

personali kollha

tagħna.

bħalma jkunu jafu l-ħbieb tal-qalb.

Eżempji ta’ gruppi differenti: Reliġjużi: Grupp reliġjuż hu maġħmul minn persuni li jħaddnu l-istess valuri reliġjużi.

Ekonomiċi: Dawn il-gruppi għandhom irrwol li jaħdmu fit-taqsima ekonomika tassoċjetà.

Politiċi: Gruppi politiċi għandhom ir-rwol li jinkarigaw irwieħhom mit-tmexxija tal-pajjiż.

Kulturali: Dawn huma gruppi li fihom il-membri jingħaqdu minħabba lvaluri kulturalli u drawwiet simili.

pġ. 8


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Filantropiċi: Grupp filantropiku fis-soċjetà jalloka lfondi u l-isforzi tiegħu biex imexxi ‘l quddiem xi iniżjattiva jew idea, anke taħt forma ta’ karita’. Peer groups: Grupp ta’ individwi li jkunu ngħaqdu flimkien

minħabba

similaritajiet

li

għandhom

bejniethom.

Gruppi ta’ Pressjoni: nies li jinġabru flimkien blgħan li joħolqu pressjoni u jinfluwenzaw ittmexxija tal-pajjiż.

Gruppi ta’ Interess: persuni li jingħaqdu flimkien minħabba li għandhom l-istess interess.

Il-formazzjoni ta’ grupp taf ma tantx tieħu żmien peress li l-membri tal-grupp ikollhom kuntatt ma’ xulxin ta’ spiss jew inkella għax ikunu jinsabu fl-istess sitwazzjoni tal-ħajja bħal fl-iskola jew fl-isports. Jaf ukoll jieħu żmien twil biex il-grupp ikun meqjus effettiv fejn il-membri jħossuhom marbutin sew ma’ xulxin. Meta l-membri tal-grupp iħossuhom komdi ma’ xulxin, jibdew jużaw il-frażi ‘aħna, filwaqt li dawk mhux fil-grupp ikunu ‘huma’.

pġ. 9


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Il-grupp isir xi ħaġa ‘ħajja’ fih innifsu u b’hekk meta titkellem fuqu ma tibqax tirreferi għall-membri individwali, iżda tibda tirreferi għalihom bħala grupp kollettiv, tant hu hekk li kultant il-membri ta’ dak il-grupp jinbidlu, imma l-grupp jibqa dak li hu. Ir-rabtiet li jinħolqu bejn il-memri tal-grupp jistgħu jkunu:

Rabtiet Formali

Rabtiet Informali

l-grupp ikun mibni fuq regoli stabbiliti li torġanizza lgħaqda. Eżempju regoli ta' klabb. l-grupp ikun mibni fuq regoli li ma ġewx stabbiliti permezz ta' kitba. Eżempju regoli ta' familja.

Tifsiriet importanti: ✓ Gruppi soċjali – magħmul minn żewġ persuni jew aktar, fejn ikun hemm kuntatt bejn il-membri biex jinteraġixxu flimkien u jaqsmu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom. ✓ Gruppi primarji – dan huwa grupp bażiku fis-soċjetà li huwa magħmul minn grupp żgħir ta’ nies li huma kemm qrib tagħna kif ukoll ta fiduċja. ✓ Gruppi sekondarji – dan huwa grupp magħruf bħala grupp li jinteraġixxi mhux fuq livell personali iżda fuq wieħed soċjali. Attività Int tifforma parti minn gruppi soċjali differenti. Ikteb eżempju ta’ grupp primarju

u

eżempju

ta’

grupp

sekondarju li tifforma parti minnhom int bħala individwu. Ikteb ukoll l-għan tal-grupp u l-irwol/i li int għandek fi ħdan dan il-grupp.

pġ. 10


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Grupp primarju: ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ Grupp sekondarju: ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ Kunflitt soċjali Iktar ma grupp ikun kbir, iktar ix-xogħol jinqasam fuq ammont ta’ nies. Xi gruppi kbar jimpjegaw in-nies li jieħdu ħsieb diversi oqsma. Min naħa l-oħra gruppi żgħar xorta waħda irrid ikollhom xi tip ta’ board biex dan jitmexxa. Għalhekk insibu xogħlijiet bażiċi u importanti bħal: kaxxier, segretarju, PRO li jwassal ilmessaġġ lil media fost oħrajn. Peresss li l-grupp huwa magħmul minn individwi differenti, jista’ jkun li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-individwi ma jaqblux bejniethom. B’hekk jinħoloq dak li ngħidulu kunflitt soċjali. Il-kunflitt jista’ jkun ir-riżultat ta’ kompetizzjoni bejn l-individwi għall-poter, biex jimponu l-ideat u l-valur tagħhom jew biex jiksbu kontroll fuq xi riżorsi jew il-grupp innifsu. Niftakru li mitt bniedem mitt fehma, u li għalkemm il-membri ta’ grupp jaħdmu għal istess għan xorta waħda jkollhom l-opinjoni personali tagħhom.

pġ. 11


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Dawn il-kunflitti hu mportanti li jissolvew malajr, biex b’hekk il-grupp ikun jista’ jimxi b’armonija. Biex jisolva konflitt hemm bżonn li l-membri jkunu: ➢ Lesti biex jifhmu u jisimgħu ➢ Jiddiskutu b’mod ċar u mhux b’mod aggressiv ➢ Jagħtu ċans biex jinstemaw l-opinjonijiet ➢ Ma jwebbsux rashom u jkunu lesti li jiskużaw ruħhom fejn jiżbaljaw. Ir-riżultat ta’ dan hu ftehim. Meta gruppi jkunu f’tensjoni kostanti ma’ xulxin, mhix faċli li jaslu għal fteħim ladarba l-ideal ta’ wieħed imur diretament kontra l-interess tal-ieħor. Xi kultant diskussjonijiet u laqgħat bejn il-partijiet bi saħħa ta’ moderatur (pereżempju l-gvern) huma mportanti għaliex jgħinu biex tintlaħaq soluzzjoni li tirrispetta d-drittijiet u ddinjità taż-żewġ partijiet. Tifsira mportanti: ✓ Kunflitti soċjali – kull tip ta’ firda, inkwiet u ġlied bejn bnedmin, bħal kawżi quddiem il-qrati, protesti, irvellijiet, jew agħar min hekk, xi revoluzzjoni jew gwerra. Attività Semmi żewġ fatturi differenti li jwaslu għal kunflitt u nuqqas ta’ qbil bejn il-membri ta’ grupp. ___________________________________________________ ___________________________________________________ ___________________________________________________

pġ. 12


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Ikteb ukoll x’konsegwenzi jista’ jkollu kunflitt fuq il-grupp. ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ Indipendenza u interdipendenza Il-gruppi fis-soċjetà huma simili tal-organi fil-ġisem. Minkejja li l-ġisem hu wieħed, lorgani li jagħmluħ

huma

ħafna.

Kull

organu fil-ġisem għandu r-rwol u l-funzjoni tiegħu biex il-ġisem jiffunzjona u jgħix; blistess mod fis-soċjetà kull grupp għandu rrwol tiegħu li jgħin fil-funzjoni tas-soċjetà. B’hekk kull individwu fis-soċjetà jiddependi mir-rwoli tal-membri l-oħra tal-grupp u viċeversa. Meta l-inidividwu jssir bniedem indipendenti jkun sar pass importanti ħafna f’ħajtu għaliex ikun kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu. Però bniedem juri li hu indipendenti meta minn deċiżjoni ħażina li jkun ha, jkun tgħallem minna. Barra minn hekk individwu indipendenti jkun kapaci jesprimi l-opinjoni personali tiegħu. L-opinjoni u l-mod kif taħsibha huma dak li jagħmlek bniedem uniku. Għalkemm madwarna hawn diversi nies indipendenti, ninnutaw li aħna, bħala ħlejqiet soċjali MA NISTGĦUX NGĦIXU MINGĦAJR ĦADDIEĦOR.

pġ. 13


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Bħala ħlejqiet soċjali aħna niddependu minn xulxin minħabba l-bżonnijiet li jkollna bżonn matul ħajjitna. Aħna bħala individwi ma nistgħux nagħmlu kollox aħna imma rridu minn nies oħra. Pereżempju, jekk jien irrid imur l-iskola u ma nafx insuq, irrid insib lil xi ħadd li jwassalni. Mela jien ħloqt relazzjoni mal-persuna li waslitni l-iskola. Eżempju ieħor huwa li jekk jien ma niflaħx, irrid imur għand ittabib għax hu għandu l-għarfien kif jien nista’ nfieq. B’hekk naraw li nħolqot relazzjoni oħra. Tifsiriet importanti: ✓ Indipendenza - meta ma tiddependix fuq ħaddieħor. ✓ Interdipendenza - kull persuna għandha bżonn lil ħaddieħor. Attività Għaliex ngħidu li l-bnedmin huma interdipendenti?

Spjeġa

billi

tagħti

ŻEWĠ eżempji.

pġ. 14


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Is-soċjetà ċivili Kull soċjetà madwar id-dinja tiddependi minn żewġ setturi mportant:

L-gvern jew l-istat

L-ekonomija

Responsabli għallintroduzzjoni u l-

Toffri prodotti u servizzi li jiġu

implimentazzjoni tal-liġijiet u

mparta ma’ flus

ordnijiet soċjali.

It-tnejn huma mportanti biex is-soċjetà taħdem. Is- soċjetà Maltija bħal ħafna soċjetajiet madwar id-dinja tiddependi fuq tliet setturi: is-settur pubbliku, is-settur privat u s-settur tas- soċjetà ċivili. Setturi

Is-settur privat: Is-settur pubbliku:

LI huwa responsabli

LI huwa inkarigat għall-

għall-ekonomija biex

politika u t-tip ta’

jieħu ħsieb l-attività jiet

tmexxija governattiva.

li joħolqu prodotti u servizzi.

Is-settur tas-soċjeta` ċivili: LI huwa responsabli għall-ekonomija biex jieħu ħsieb l-attività jiet li joħolqu prodotti u servizzi.

Is-settur tas-soċjetà ċivili jinkorpora dak kollu li huwa ikkaratterizzat bħala parti mis-settur soċjali pero` li ma għandhux x’jaqsam mal-istat jew l-ekonomija.

pġ. 15


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Is-soċjetà ċivili tinvolvi L-gruppi kollha li huma indipendenti mill-influwenza talistat bħal ma huma l-knejjes u r-reliġjonijiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NĠOs) bħal Din L-Art Ħelwa u Fondazzjoni Wirt Artna u trejd unjins bħal Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) u Ġeneral Workers Union (ĠWU). Il-komunikazzjoni tal-massa mhux dejjem titqies bħala fattur tat-tielet settur. Dawn il-gruppi u l-organizzazzjonijiet jaħdmu għall-interess tal-individwu. F’Ottubru ta’ 2015, f’Malta kien hemm aċċident fejn l-avvinament Paqpaqli għall-Istrina, li kien qiegħed iseħħ

biex

jinġabru

l-fondi

għall-karita`

sfortunatament spiċċa f’disgrazzja. Bl-għajnuna talMalta Red Cross, organizzazzjoni ndipendenti millgvern, ipprovdew għajnuna lill-persuni preżenti. Dan huwa eżempju ċar li juri kif organizzazzjonijiet f’soċjetà

ċivili għandhom

irwol importanti Tifsira mportanti: ✓ soċjetà ċivili - meqjusa bħala “tielet settur”, distinta mill-gvern u nnegozju u għandha inqas burokrazija. Attività Ikteb paragrafu (100 kelma) dwar l-importanza tas- soċjetà ċivili f’Malta.

___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________

pġ. 16


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

Komponiment Għazel waħda minn dawn it-temi u ikteb madwar 200/250 kelma. 1. Persuna tista’ tgħix maqtugħ minn dawk ta’ madwarha? X’se titlef u x’se tirbaaħ? 2. Kull individwu jifforma parti minn gruppi soċjali differenti. Iddiskuti 3. Il-kunflitt fil-gruppi soċjali huwa inevitabbli. Għala? ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________

pġ. 17


1. L-individwu bħala ħlejqa soċjal | Stephanie Cann

___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________

pġ. 18


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.