Kotba • Anna Caruana Colombo
14 | Flimkien
L
L-Arti tal-Imħabba
-Arti tal-Imħabba huwa l-isem ta’ ktieb b’siltiet qosra minn kitbiet u diskorsi ta’ Chiara Lubich, il-fundatriċi talMoviment tal-Fokolari. “Inħobbu lil kulħadd”, “Nibdew inħobbu aħna l-ewwel”, “Inħobbu ’l għajrna bħalna nfusna” huma t-titoli ta’ xi kapitli tal-ktieb. Għaliex “Arti”? Għaliex bħal kull arti, jinħtieġ taħriġ kontinwu biex din l-imħabba tissarraf f’ħajja. Meta żar iċ-Ċentru talMoviment tal-Fokolari, San Ġwanni Pawlu II qal: “L-imħabba hija x-xrara ispiratriċi ta’ dak kollu li intom, ta’ dak kollu li tagħmlu fid-dinja. Hemm radikaliżmu fl-imħabba li hu tagħkom, radikaliżmu li
jiskopri l-profondità tal-imħabba fid-diversi sitwazzjonijiet, u li jfittex li jrebbaħ dejjem din l-imħabba f’kull ċirkostanza, f’kull diffikultà.” Ngħid għalija, dan il-ktieb ifakkarni, bi ħsieb żgħir kull filgħodu, biex ma niqafx fl-egoiżmu tiegħi iżda nkun lesta nħares lejn iċ-ċirkostanzi tal-ħajja u l-persuni li niltaqa’ magħhom b’din il-ħarsa ta’ mħabba, kif iħares lejna l-Mulej. Dan il-ktieb jgħinni nikber fil-Mulej, u meta nieqaf inħobb, nerġa’ lura, nerġa’ nibda nħobb, nerġa’ nsib il-Mulej. Biex takkwista l-ktieb ċempel 21385801 jew 21486112 jew ibgħat email: focmmt@go.net.mt. Rigal tal-Milied utli għal kulħadd u kull età. Għall-Milied hemm offerta speċjali.
à t i ż o r e n e
G
’ a t a Fest
L-aÓjar taLent LokaLi
1 ta’ jannar
Xandira teLeviÛiva Fuq L-istazzjonijiet LokaLi €10 Organizzata minn Radju RTK
Cempel issa
516 02 012 €15 517 02 013 €25 518 02 014 €7 sMs 506 18 922