ONI
RIGHT TO KNOW AĠĠORNAMENT ELETTRONIKU TA’ KULL XAHREJN
JANNAR - FRAR 2018 IT-3 EDIZZJONI
Merħba u s-Sena t-Tajba! Wara l-festi tal-Milied issa wasal iż-żmien li jibda staġun ġdid fix-xandir, f’dak li għandha x’taqsam skeda ġdida, bi programmi ġodda għal udjenzi ġodda wkoll. Bi pjaċir inħabbar li skont stħarriġ li sar, kemm in-newsportal Newsbook.com.mt kif ukoll l-istazzjon tar-radju RTK 103FM kabbru l-udjenzi tagħhom. Dan jimliena enerġija sabiex inkomplu nwasslu kontenut li huwa relevanti, kurrenti u wara kollox, ispirat mit-tagħlim tal-Knisja. Nawguralkom sena mill-isbaħ.
Sylvana Debono
Tkompli tikber l-udjenza ta’ RTK 103FM u Newsbook.com.mt Skont stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, l-udjenza ta’ RTK 103FM f’Ottubru tal-2017, irreġistrat żieda ta’ 16% fuq Ottubru tas-sena ta’ qabel. Minbarra dan, RTK 103FM qed jattira aktar minn 11,000 view kuljum mix-xandir viżwali fuq Facebook. Fl-2017, RTK sar l-ewwel stazzjon tar-radju f’Malta li mit-Tnejn sal-Ġimgħa jxandar sitt sigħat ta’ programmi kuljum fuq Facebook. Iżda dawn mhumiex l-uniċi ċifri li juru li l-midja tal-Knisja qed
tissaħħaħ u qed iżżid l-appoġġ tal-udjenzi Maltin. Ċifri li joħorġu mill-Google Analytics juru li tul l-2017, in-newsportal Newsbook. com.mt żied bi kważi 14% f’dawk li jżuru s-sit meta mqabbla mal2016. Iċ-ċifra tiżdied aktar meta wieħed janalizza l-ammont ta’ stejjer li wieħed iżur meta jidħol fis-sit. Dan żdied b’55%. Dan ifisser li dawk li jużaw Newsbook.com.mt qed jaqraw aktar stejjer milli qatt kienu jaqraw. Dawn iċ-ċifri pożittivi ħafna, huma ħafna akbar miż-żidiet li rreġistrat il-websajt bejn l-2015 u l-2016.
RTK 103FM, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, HMR 1640 | T: 256 99 100
Barra min hekk, ir-ranking ta’ Newsbook.com.mt fuq Alexa.com – is-sit li jkejjel l-udjenzi - issaħħaħ ħafna. Illum Newsbook huwa t-tieni l-aktar sit tal-aħbarijiet popolari bil-lingwa Maltija. Dan ifisser li jikklassifika qabel l-iNews tal-General Workers’ Union, Netnews talPartit Nazzjonalista u One tal-Partit Laburista, bħala midja bil-Malti. Dawn iċ-ċifri jsaħħu l-impenn tagħna biex nibqgħu ngħollu l-livell tas-servizz li nipprovdu.