Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu – Valletta 2013

Page 16

Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

F’għeluq il-100 Sena millKungress Ewkaristiku Internazzjonali – Malta 1913 Kan. John Ciarlò

F’Ġunju tas-sena l-oħra, f ’Dublin, l-Irlanda, sar il-50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, u diġà tħabbar li l-Kungress li jmiss se jsir f ’Ċebu, fil-Filippini. Kien fl-1881 li sar l-ewwel Kungress Ewkaristiku Internazzjonali fil-belt Franċiża ta’ Lille, fuq ispirazzjoni tal-Isqof Franċiż Gaston de Segur bl-iskop li tissaħħaħ u tixtered aktar iddevozzjoni privata u pubblika filPreżenza Reali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija. Matul is-snin, saru 50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali f ’tant bliet kbar madwar id-dinja bħal Pariġi, Brussell, Ruma, Londra, Cologne, Madrid, Vienna, Montreal, Melbourne, Chicago, Buenos Aires, Barcelona, Philadelphia, Nairobi, Seoul, Seville u bosta bliet kbar oħra. Minkejja ċ-ċokon tal-gżira tagħna, anki f ’pajjiżna kien sar Kungress Ewkaristiku Internazzjonali bejn it-23 u s-27 ta’ April 1913. Ma nistgħux għalhekk din is-sena ma nfakkrux il-100 sena minn din il-ġrajja storika tant importanti fl-istorja reliġjuża ta pajjiżna. Kien l-Arċisqof ta’ Westminster, il-Kardinal Ingliż Francis Bourne li, wara żjara qasira li kien għamel f ’Malta u ra l-knejjes tagħna u d-devozzjoni kbira tal-Maltin lejn l-Ewkaristija, li qabel ma telaq minn Malta ħajjar lill-Arċisqof Pietru Pace biex jitlob lill-Kumitat Permamenti ħalli l-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kellu jsir fl-1913 isir f ’Malta. Wara li l-Arċisqof ressaq it-talba tiegħu, fis-17 ta Frar 1912 ilPresident tal-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Internazzjonali, Mons. Thomas Heylen, Isqof ta’ Namur fil-Belġju, għarraf lill-Arċisqof Pace li t-talba tiegħu kienet ġiet milqugħa.

14

It-tberik tal-baħar li sar mill-ponta tal-Barrakka ta' Fuq.

Il-Baldakkin bis-Sagrament għaddej mix-Xagħra tal-Furjana.

Min-naħa tiegħu, l-istess Arċisqof Pace f ’Ittra Pastorali fl-Għid tal1912 li fiha ħabbar li Malta ġiet magħżula biex tilqa l-Kungress kiteb: “Din hija żgur xorti tajba għalina l-Maltin, grazzja tassew sublimi”. L-Arċisqof Pace li diġà kellu 80 sena, mill-ewwel laqqa’ Kumitat Ġenerali ta’ madwar 300 ruħ, magħmul mill-aħjar nies ta’ Malta,

kemm saċerdoti kif ukoll lajċi. Wara nħatar il-Kumitat Eżekuttiv u diversi sotto-kumitati biex jieħdu ħsieb il-programm tal-attivitajiet tal-Kungress, il-laqgħat, iċċerimonji, il-purċissjonijiet, l-armar u d-dekorazzjonijiet tat-toroq u l-akkomodazzjoni għall-kungressisti, waqt li Mons. Isqof Awżiljarju Angelo Portelli O.P. inħatar President tal-Kumitat Eżekuttiv.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.