Pubblikazzjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, fil-Belt Valletta, 2017

Page 1

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Il-Belt Valletta - 10 ta, Frar 2017



10 ta' Frar 2017

Pubblikazzjoni tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta – 10 ta' Frar 2017 3 San Pawl hu missierna u ommna u ħuna Kan. Arċipriet Penitenzier, Vinċenz Borg B.S. Th. 4 Patruni tal-Ħarġa Speċjali tal-Festa 2017 5 San Pawl - Il-Palma tal-Martirju u l-Kuruna tal-Glorja Il-President tal-Għaqda, is-Sur Mario Cassar 8 Nesponu l-wirt kulturali tagħna; l-Festa ta’ San Pawl Is-Sindku tal-Belt Valletta, Prof. Alexiei Dingli 10 L-Akkademja Kulturali Pawlina Pawlu Mizzi, Chairman Akkademja Kulturali Pawlina

12 Il-marka tal-Fergħa Nisa Pawlini fl-Għaqda tal-Pawlini

Doris Montfort, President Fergħa Nisa

14 18 22

Meta nġiebet Malta parti mill-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl - Michael Galea - D.P.A. Pro Merito Melitensi (S.M.O.M) F’għeluq l-1950 sena mill-martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl - Kanonku Ġwann Ciarlò - B.A., Lic. D. Il-Kolonni fil-Korsija tal-Kolleġġjata: Proġett Monumentali

Robert Cassar M.A. (Hist. of Art); B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)

28 Manifestazzjonijiet ta’ Riparazzjoni Pawlina fl-1895 Martin Gravina Dip. Educ.(Adm. & Mangt.)

32 Fejn Irridu Naslu

Alan Xerri - Direttur tal-Armar

Ritratt tal-Kopertina Ir-ritratt li qed jidher fil-kopertina ġiet ipprovdut lill-Bord Editorjali millfotografu residenti Daniel Cilia. Ir-ritratt juri r-Relikwa tal-Kolonna tal-qtugħ ir-ras ta' San Pawl rregalata lill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' San Pawl fl-1817 mill-Papa Piju VII għallmerti speċjali li wettqu waqt il-flaġell tal-pesta fl-1813. Din kienet mogħoddija lill-Kan. Giovanni Romei li rċevieha f'isem il-Kapitlu.

6 Programm tal-Festa – 10 ta' Frar 2017 3 40 Il-Kanonku Dun Ġużepp Francalanza

Winston L. Zammit B.A. (Hons) P.G.C.E. MA 41 Hekk Kien Miktub - Pawlu Mifsud

2 Il-Mappa ta’ Sebastian Münster tal-1540 - Joseph Schirò 4 44 L-Istorja tat-trasferimenti tas-Sede Ġenerali tas-Società Filarmonica Nazionale “La Valette’’ fil-Belt Valletta Kanonku Ġwann Ciarlò B.A., Lic. D.

47 50 54 56 58

Il-Kitba Apokrifa u Missierna San Pawl - Silvio Cutajar B.Ed (Hons) Il-Kult impressjonanti ta’ San Pawl - Victor Scerri Savio Boys - Alfred J Gatt B.A. (Rel. Studies), M.A. (Melit) - Fundatur tas-Savio Boys San Pawl għadu jgħallimna - Mons. Lawrenz Cachia Lic. D. San Krispin u San Krispinjanu - Chev. Donald Paul Parsons

Emblema uffiċċjali ddisinjata millartist Pawlin Alan Xerri fl-okkażjoni tal-1950 sena mill-martirju ta' San Pawl. Din ġiet inawgurata nhar il-Ħadd, 6 ta' Novembru 2016 waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali.

ĦARĠA SPEĊJALI TAL-FESTA

0 Ħatra ta’ Arċipriet Rev. Kan. Vinċenz Borg 6 62 Mid-Domus Pauli. . .

Din hija pubblikazzjoni li l-Għaqda talPawlini fil-Belt Valletta, toħroġ darba fissena fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

64 Tislima lill-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca

Mitbugħ minn:

Dip. Health. Sc. (Melit.), B.Sc. (Hons) (Melit.) M.L.S./A.B.S., K.O.H.

Robert Cassar M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.) Kuratur Domus Pauli

Kanonku Ġwann Ciarlò B.A., Lic. D.

65 Tislima lill-Arcisqof Monsinjur Pawlu Giglio Kanonku Ġwann Ciarlò B.A., Lic. D.

66 L-Ewwel Bolla Pawlina Maltija

Joseph C. Camilleri B.A., DEAM, M.Ed. (Pl & Mgt)

71 Emvin Cremona

Sarah Borg M.A. Cultural Heritage Management

PROGRESS PRESS LIMITED Intornjatur Street, Industrial Estate, Mrieħel, B'Kara - BKR 3000 Malta Email. info@progresspress.com.mt Tel. +356 22764440 Fax. +356 25594236 1


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Kummissjoni Banda • Mario Cassar (Chairman) • Lino Bartolo • Jesmond Fenech

President Fundatur • Paul

Asciak LRSM. P&T, FLCM., Hon TCL., MQR (1923 - 2015)

• Paul Spiteri • Dr. Ray Bondin

• Hector Bruno • Etienne Montfort

Membri Onorarju • Rev. • Rev.

Kan. Alfred Camilleri B.A., Lic. D. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D.

Cassar

• Mario

Bonello

(President) (Viċi President u Teżorier) • Pawlu Mizzi Bonello

• Edward

(Segretarju Ġenerali) (Uffiċċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi u Assistent Segretarju) • Roderick

Abela

• Salvatore

Rocco

(Direttur tal-Attivitajiet) (Prokuratur tan-Nar) • Keith

Farrugia

• Paul

Sciberras

(Koordinatur Proġetti Ġodda) (Direttur tal-Imħażen) • Alan

Xerri (Direttur tal-Armar)

• Charles

• John

Akkademja Kulturali Pawlina • Pawlu Mizzi (Chairman) • Carl Farrugia • Chris Bonello • Antoine Farrugia

Grima (Prokuratur tal-vara u kollettur tal-menswalità

• Vince Farrugia Lauri

• Rev. Kan. John Ciarlò

• Robert Cassar

(Chairman) (Segretarju)

(Editur) (Editur Artikli) • Pawlu Mizzi • Daniel Cilia (Disinjatur) (Fotografu Uffiċjali)

• Silvio Cutajar • Karl Magro (Rappurtaġġ) (Kollettur Riklami) • Douglas Mifsud • Pawlu Cumbo (Kollettur Riklami) (Kollettur Riklami) • David Cassar • Marcel Zammit Marmarà • Etienne Montfort • Massimo Cassar • Donald Paul Parsons

tal-membri/arbular tal-festa)

Mizzi u Joe Huber (Reviżuri tal-Għaqda tal-Pawlini)

Rev.mu Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta

Fergħa Żgħażagħ Pawlini Attard

• Jeremy

Agius

(President Fergħa Żgħażagħ) (Viċi-President) • Christiana

Farrugia

• Kareem

Spiteri

(Segretarja) (Teżorier) • Christian

• Daniel Mangion Spiteri (Assistent Segretarju (Relazzjonijiet Pubbliċi u Assistent Teżorier) u Koordinatur tal-Attivitajiet) • Hayden Sciberras • Philip Camilleri

• Aiden

Lapira

Kumitat Fergħa Nisa Pawlini • Doris Montfort (President Fergħa Nisa) • Mariella Zammit • Jacqueline Cassar

Kummissjoni Nar • Salvatore Rocco (Prokuratur) • Paul Sciberras (Kaxxier) • Alan Xerri • Jeremy Agius

Douglas Mifsud (Segretarju) Roderick Abela (Attivitajiet) Kareem Spiteri Keith Farrugia • • • •

Kummissjoni Armar • Alan Xerri (Chairman) • Aidan Lapira • Jeremy Agius

• Mario Cassar • Paul Sciberras • Glen Attard

Kummissjoni Elettorali • Joe Bartolo (Chairman) • James Mulholland

2

• Martin Gravina • Louise Fenech • James Vella Clark

• Martin Gravina

• Glen

Mizzi (Koordinatur) • Carl Farrugia

Bord Editorjali

Kumitat 2016-18 • Mario

Kummissjoni għall-Komunikazzjoni • Pawlu

Presidenti Onorarji

• Jonathan Grima • Etienne Montfort • Dione Montfort

• Marcel

Zammit Marmarà

• Rev. • Rev.

Arċipriet Penitenzier Kan. Vinċenz Borg, B.S. Th. Kan. Kantur Ġwann Borg • Rev. Kan. Teżorier John Ciarlò, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Frans Perici • Rev. Kan. Lawrenz Zammit

Kanoniċi Onorarji • Rev. • Rev. • Rev. • Rev. • Rev. • Rev.

Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D. Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. Kan. Mario Tong Kan. Mons. Alexander Cordina S.Th. Lic. Cap. SS. Mons. Philip Calleja, A.M., P.E.P., M.O.M. Cap. SS., O.S.J. Kan. Antoine Borg • Rev. Kan. Karm Busuttil, Magister Iuris (Int. Law)., S.Th.Dip.,

B.A., (Hons)., M.A. (Human Rights & Democ.)., M.A. (Diplomatic Stud). • Rev. Kan. Stefan Galea B.Ed. (Hons) S.Th. L., • Rev. Kan. David Farrugia S. Th. L., • Rev. Kan. Dillon Bugeja S. Th. L.,

Uffiċċju Amministrattiv

Għaqda tal-Pawlini Dar il-Pawlini, 195, Triq Sant’ Ursola, Valletta, Malta VLT1237 e-mail: info@sanpawl.com sit elettroniku: www.sanpawl.com Ħajr lill-artikolisti u dawk kollha li rreklamaw f ’din il-ħarġa.


10 ta' Frar 2017

San Pawl hu missierna u ommna u ħuna Missier

Aħwa

il-ħsieb ta’ San Pawl, ilMISSIER huwa l-imgħallem, l-edukatur li jħeġġeġ u jinkoraġixxi l-iben/ilbint biex jikber fil-qdusija u jsir bniedem matur. San Pawl jgħid lill-Korintin li hu mhux bħal dawk il-ħafna għalliema tat-tfal ta’ żmienu li kienu jkunu lsiera u li kienu jużaw ir-riga biex jikkoreġu lit-tfal. Anqas xi oratur politiku li jipperswadik bi kliem sabiħ biex temmen affarijiet li ma jkunux veri. San Pawl tkellem dejjem fuq il-misteru ta’ Kristu Imsallab.

San Pawl kien kiteb litTessalonkin u qalilhom li jkekk jimxu fuq l-Evanġelju, ir-relazzjonijiet bejniethom isiru bħal tal-aħwa. Meta kien Malta San Pawl mhux biss wera ruħu ta’ missier u ta’ omm, imma wkoll bħala ħu l-Maltin.

F

San Pawl huwa missierna għax wellidna fil-fidi bil-Vanġelu “per evangelium ego vos genui” (1 Cor. 4). Il-Maltin, qabel ġie San Pawl kienu fid-dlam tassuperstizzjonijiet. Kienu jemmnu f’allat li jikkastigaw lill-bnedmin, fil-fatt meta lil San Pawl gidmitu l-lifgħa huma ħasbu li hu kien il-ħtija tat-tempesta u tan-nawfraġju. Imma San Pawl fissrilhom li Alla l-veru huwa dak li jsalva. Salva lilu u lil sħabu mill-għarqa u lilu nnifsu mill-velenu tal-lifgħa. F’din il-priedka fuq ix-xatt madwar il-ħuġġieġa, San Pawl beda jibni l-bażi, il-pedament tal-komunità nisranija maltija. Fit-tliet xhur li dam hawn minn jaf kemm żar nies, naħseb lil kullħadd “il-Fidi mis-smigħ” kien prinċipju tiegħu u għalhekk lil San Pawl ngħidulu “Predicator Veritatis et Doctor Gentium” Predikatur tal-Verità u Mgħallem tal-Ġnus. Kif kiteb litTessalonkin 1 Tess. 2, 11-12. Hekk għamel mal-Maltin. “Aħna ġibna ruħna ma’ kull wieħed minnkom qiesna missier ma’ wliedu.

Dun Vinċenz Borg

B.S. Th.

- Arċipriet Penitenzier

Farraġnikom, għamilnielkom il-qalb, ħeġġiġnikom ħalli timxu kif hu xieraq quddiem Alla.

Omm Ir-rakkont dettaljat tat-tempesta qalila li damet 14-il ġurnata juri kemm kienet diffiċli teħles mll-għarqa. Anzi, is-suldati riedu joqtlu lill-priġunieri. Kien proprju biex isalva lil San Pawl, li ċ-ċenturjun ma ħallihomx joqtlu lill-priġunieri. Lanqas kienet ħaġa faċli tikkonverti lirRumani u lill-Maltin. Nistħajjel lil San Pawl jgħidilhom kif qal lil Galatin “qiegħed inħoss l-uġiegħ tal-ħlas sakemm Kristu jissawwar fikom” Gal. 4, 19. Il-Maltin wieġbu bil-ħerqa għattagħlim tal-evanġelju u allura San Pawl ixebbaħ lilu nnifsu ma’ omm li tredda’. (1 Tess 2:712) It-tarbija terda’ l-ħalib biex tgħix u żżomm sħuna u assikura mill-perikli. “Aħna ġibna ruħna magħkom bi ħlewwa bħalma omm tradda’ u tħaddan lil uliedha. Aħna għożżejniekom hekk li ridna naqsmu magħkom mhux biss l-Evanġelju imma ħajjitna stess, daqskemm ħabbejniekom.

Il-Festa għalhekk għandha tkun okkażjoni biex nistaqsu lilna nfusna jekk bl-imġieba tagħna hux qed inkunu denji ta’ ulied San Pawl, jekk hux qed inkunu leali lejh. Id-deċiżjonijiet li nieħdu, l-valuri li ngħixu jurux l-identità tagħna, jurux min aħna. San Pawl jinsisti li Kristu għandu jkun iċ-ċentru ta’ ħajjitna. San Pawl huwa l-mudell għax hu stess qal biex nimitawh. Issa biex inkunu nafu fejn aħna, jiġifieri, jekk aħniex denji ta’ ulied San Pawl irridu nistaqsu lilna nfusna jekk hux qed nisimgħu quddies, jekk hux qed nitolbu, jekk hux qed inpoġġu l-partit qabel ittagħlim tal-Knisja, jekk hux qed naħfru lil min jonqosna. Sabiħ inżejnu l-knisja u t-toroq, u hawn irrid nirringrazzja lill-Kummissjoni Armar tal-Pawlini u lil dawk li jarmaw il-knisja, però rridu wkoll inżejnu ruħna bit-tiżjin, bl-abiti morali, bil-virtujiet tal-imħabba, b’dak li San Pawl isejjaħ il-frott tal-Ispirtu: tjubija, paċenzja, prudenza, kontroll tagħna nfusna, onestà u ġustizzja. (Gal. 5: ) J’Alla jkollna Festa sabiħa li tħalli ħafna ġid. d

3


Il-Bord Editorjali jirringrazzja lil dawn il-

Patruni tal-Ħarġa Speċjali tal-Festa 2017 Individwi

Rev. Kan. John Ciarlò Abela Roderick Attard Glen Bonello Edward Perit Cassar David Cumbo Pawlu Mifsud Douglas Montfort Etienne

Corporate Bibas - Hompesch Road, Fgura de Robertis Roof Top Terrace Restaurant - Triq San Pawl, il-Belt Valletta Eddies Cafe Regina Est. 1947 - Pjazza Reġina, il-Belt Valletta Formston Lifting Services - il-Belt Valletta (prop. Jason Formston) Galea's Art Studio - Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta (prop. Charles and Edwin Galea) Gio Batta Delia 1901 - Triq ir-Repubblika - il-Belt Valletta Il-Ħorża Restaurant - Triq San Kristofru, il-Belt Valletta (prop. Charles Bone) La Pira Café - Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta (prop. Paul Lapira) Marica Hair Salon - Triq Sant' Ursola, il-Belt Valletta (prop. Marica Gauci) Nazzareno Haber Framemaker - Triq San Pawl, il-Belt Valletta - (prop. Nazzareno Haber) Photocity Valletta - Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta (prop. Mario Mintoff ) R. Zampa Fashionwear - Pjazza San Ġwann, il-Belt Valletta (prop. Ray Zampa) Ray's Hardware Ltd - Marsa Road, Marsa (prop. Raymond Borg) Tara's Jewellers - Triq Żakkarija, il-Belt Valletta (prop. Paul Attard) Tutto Sport - Triq Santa Luċija, il-Belt Valletta (prop. Eligio Vella)


10 ta' Frar 2017

San Pawl - Il-Palma talMartirju u l-Kuruna tal-Glorja

E

rġajna qegħdin noqorbu lejn festa oħra ad unur il-Patrun ta’ Malta, Missierna San Pawl. Għalina l-membri tal-Kumitat u tal-Fergħat tal-Għaqda tal-Pawlini s-sena tgħaddi bħal leħħa ta’ berqa. Dan minħabba li matulha nkunu impenjati bix-xogħol li jrid isir fl-ippjanar tal-festa, fir-restawr talarmar, fl-iżvilupp ta’ armar ġdid, kif ukoll fil-ġbir ta’ fondi. Għalina li mmexxu l-Għaqda tal-Pawlini dan l-impenn iġibilna sfidi kbar, forsi kultant anke diffikultajiet, iżda meta naraw il-frott tal-ħidma tagħna, is-sodisfazzjon ikun kbir wisq. Jiena kburi ħafna li mmexxi din l-Għaqda li sa mit-twaqqif tagħha fl-1970 dejjem kibret u kisbet suċċessi kbar fil-komunità Pawlina tal-Belt Valletta. Jiena kburi wkoll bit-tim ta’ volontieri, żgħar u kbar, li jaħdmu qatigħ matul is-sena kollha. Kburi wkoll bil-fatt li ħafna Pawlini li m’humiex membri fil-Kumitat jew fil-Fergħat jagħtuna l-għajnuna tagħhom kif jistgħu, min b’mod u min b’ieħor. Għaldaqstant inħossni fid-dmir li nirringrazzja lil KULĦADD. Nixtieq infakkar lil kull wieħed u waħda minnkom li l-festa tirrikjedi ħafna spejjeż. IlKumitat Ċentrali jorganizza bosta attivitajiet matul is-sena li l-għan tagħhom, apparti l-aspett soċjali, ikun li jinġabru fondi għall-festa. Għaldaqstant inħeġġiġkom, biex bħalma dejjem għamiltu, tkunu ġenerużi fl-għoti tad-donazzjonijiet tagħkom, kemm fil-ġbir talarbural li jsir bieb bieb, kif ukoll fi ġbir ieħor li jsir minn membri tal-Fergħat fi ħdan l-Għaqda. Kif persważ li tafu, l-2017 hija sena importanti fil-kalendarju Pawlin.

Kumitat. Hawn irrid nirringrazzja lill-Kapitlu u lill-membri tal-fiduċja tagħhom fil-Kumitat preżenti.

Is-Sur Mario Cassar

President tal-Għaqda tal-Pawlini

Dan għax fiha l-Knisja Kattolika se tfakkar l-1950 Anniversarju millMartirju ta’ Missierna San Pawl. Peress li dan l-anniversarju hu ta’ importanza kbira għall-Knisja u għall-Għaqda tal-Pawlini, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda ħadna d-deċiżjoni li nhar id-29 ta’ Ġunju, 2017, noħorġu proċessjonalment il-vara artistika ta’ Missierna San Pawl fit-toroq tal-Arċipierku u l-madwar. Kif jaf kulħadd, din il-parti tal-Belt Valletta hi l-qalba tal-Parroċċa tagħna. Din il-purċissjoni se tkun simili għal dik li konna organizzajna fl-2010 meta ċċelebrajna l-1950 Anniversarju minn nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Id-dettalji talprogramm ta’ dawn il-festi speċjali se jitħabbru wara l-festa ta’ Frar. Għal dan il-għan, il-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda ressaq mozzjoni quddiem il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fis-6 ta’ Novembru, 2016, sabiex il-mandat tal-istess Kumitat ikun estiż sal-2018. Din il-mozzjoni kienet sekondata mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata biex il-Kumitat preżenti jkun jista’ jibda jaħdem fuq l-organizzazzjoni tal-festi speċjali immedjatament wara l-festa ta’ Frar. Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ttieħed vot sigriet u l-maġġoranza assoluta tal-membri preżenti qablu mal-mozzjoni tal-

Fl-aħħarnett nixtieq nagħlaq il-messaġġ tiegħi billi nistedinkom sabiex tipparteċipaw fil-festa, kemm fil-funzjonijiet liturġiċi ġewwa l-Knisja, partikolarment it-Tridijiet, it-Transulazzjoni Solenni u l-Pontifikal Solenni, kif ukoll fiċ-ċelebrazzjonijiet esterni fit-toroq tal-Belt Valletta. Bħassoltu, nappella lil kulħadd biex iċ-ċelebrazzjonijiet nagħmluhom b’mod dinjituż u nkunu ta’ eżempju għal festi oħra, kif dejjem konna. Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom il-festa t-tajba. Viva Missierna San Pawl, Patrun tal-Belt Valletta u tal-Gżejjer Maltin. d

Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini 2016-18. Wara, mix-xellug għall-lemin: Roderick Abela, Salvatore Rocco, Paul Sciberras, Glen Attard, Alan Xerri, Keith Farrugia. Quddiem mix-xellug għall-lemin: Mario Bonello, Mario Cassar, Dun Vinċenz Borg, Edward Bonello u Doris Montfort. Pawlu Mizzi kien indispost għar-ritratt. Ritratt b'ħajr lil Carl Farrugia

5


A B

J A T I T IN A L N T I S T W E L F PA BE IL L- L- A L I L H I L L U OLL K


Sliema T. 2131 5122 | Valletta T. 2123 6717 | B’Kara T. 2149 4555 | Fgura T. 2180 5944 | Gozo T. 2156 0021 mothercaremalta

MERCHANTS STREET VALLETTA T. 21 233 221

www.mothercare.com.mt

REPUBLIC STREET VALLETTA T. 21 241 633

mothercare@camillerigroup.com

THE STRAND SLIEMA T. 21 310 811

NAXXAR ROAD B’KARA T. 21 491 655

ZABBAR ROAD FGURA T. 21 802 004


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Nesponu l-wirt kulturali tagħna; l-Festa ta’ San Pawl

Prof. Alexiei Dingli Sindku tal-Belt Valletta

I

s-sena li għaddiet kienet sena speċjali fejn iċċelebrajna l-450 sena minn meta l-Gran Mastru Jean De Valette iddeċieda li jibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta’ Xiberras. Din is-sena, se twassalna sal2018, is-sena ta’ meta l-Belt Valletta se ġġorr it-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minna. Mhux biss għax se jkun iż-żmien meta għajnejn l-Ewropa se jkunu fuqna, iżda se tkun opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lill-għażiża belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja s-sena kollha. Però dik is-sena se tkun ukoll is-sena fejn aħna nesponu l-wirt tagħna. U fost dan il-wirt insibu l-Festa ta’ San Pawl. Festa li minn sena għal oħra qed tissaħħaħ grazzi għall-inizjattivi li qegħdin jieħdu l-Għaqda tal-Pawlini. Fost dawn nista’ nsemmi tnejn għal qalbi ħafna, waħda Awguri Valletta u t-tieni Nagħmlu Festa. It-tnejn attivitajiet mat-tfal immirati sabiex iqajmu fit-tfal is-sens ċiviku u jwaslulhom l-imħabba lejn il-Festa. Attivitajiet innovattivi li qegħdin jagħmlu ħafna ġid. Minn qalbi ngħidilhom prosit u nħeġġiġhom jorganizzaw aktar. Dan għaliex jekk ninvestu fit-tfal, inkunu qed ninvestu filfutur tagħna u tal-festi tagħna. 8

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Prof. Alexiei Dingli, is-Surmast tal-iskola Primarja Kulleġġ San Ġorġ Preca, is-Sur Bernardo Riolo u l-President tal-Għaqda tal-Pawlini, is-Sur Mario Cassar, jiċċelebraw l-450 sena mit-twaqqif tal-Belt Valletta flimkien mal-istudenti. Ritratt b'ħajr lil Carl Farrugia

Aħna bħala Kunsill Lokali qegħdin naħdmu bla għeda sabiex inħejju l-Belt għal dik issena tant importanti. Se naraw ħafna xogħol għaddej matul din is-sena però fl-aħħar millaħħar, ma rridux ninsew li l-Belt mhux magħmula biss mill-ġebel tal-binjiet li għandna iżda fuq kollox, hija magħmula millkomunità Beltija li hija l-qalb u ir-ruħ tal-Kapitali tagħna.

Għalhek k, f ’ isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, ni xtieq nirringrazzja lill-Kan. Vinċenz Borg l-Arċipriet talParroċċa ta’ kemm ħdimna f limkien matul dawn l-aħħar x hur. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha u nirringrazzja b ’mod speċjali l-għaqda tal-Pawlini ta x-xogħol siewi li dejjem għamlu għall-ġid tal-Belt. d



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

L-Akkademja Kulturali Pawlina

F’waħda mill-ewwel laqgħat tal-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini għas-sena 2016/17, ġie deċiż li sabiex il-ħidma tal-Akkademja Kulturali Pawlina (AKP) timxi fuq il-passi tal-kummissjonijiet eżistenti, jiġi maħtur membru mill-kumitat sabiex ikun chairman ġdid tal-Akkademja Kulturali Pawlina. B’mod unanimu ġie ssuġġerit is-Sur Pawlu Mizzi li aċċetta dan l-inkarigu. Fi ftit ġimgħat ġie iffurmat tim ta’ Pawlini li għandhom għal qalbhom il-kultura u li urew interess li jkunu ta’ servizz fil-komunità tagħna. Is-Sinjura Louise Fenech u is-Sinjuri Chris Bonello, Martin Gravina, James Vella Clark, Carl Farrugia u Antoine Farrugia ffurmaw din l-iskwadra. Pawlu Mizzi

MA. Fine Arts in Digital Media Chairman Akkademja Kulturali Pawlina

A

L-ewwel attività

wguri Valletta kien proġett maħsub minn Antoine Farrugia tul is-sena 2015 u ġie mtella’ mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini sabiex it-tfal, ġenituri u nanniet Beltin, jiċċelebraw flimkien l-450 sena mit-twaqqif tal-Belt Valletta. L-istudenti tal-iskola primarja taħt id-direzzjoni tal-għalliema, pinġew b’mod liberu dak li għalihom tfisser belthom… mill-bini storiku, il-logħob fit-toroq, monumenti, ċelebrazzjonijiet, persunaġġi, sports, simboli, festi u knejjes, fost oħrajn. Il-bċejjeċ kollha maħduma millistudenti nġabru sabiex fl-10 ta’ Ġunju, l-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-istudenti u l-familjari tagħhom, għamlu dimostrazzjoni simbolika matul it-toroq tal-Belt Valletta. Ilbnadar tat-tfal ġew meħjuta f’bandiera kbira kollettiva magħmula minn 156 biċċa li ttellgħet ma’ arblu kbir fiż-żona tal-Arċipierku, ħdejn Dar ilMediterran. Din il-bandiera baqgħet esposta għal numru ta’ ġranet. Awguri Valletta kien proġett organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-iskola Primarja, Kulleġġ San Ġorġ Preca, Valletta u ġie ffinanzjat mill-Fondi talKomunitajiet Kreattivi – inizzjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti. Grazzi wkoll lill-Fondazzjoni Save a Life, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Fondazzjoni Valletta 2018 u lillkorp tal-pulizija għall-għajnuna li offrew. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, 10

L-inawgurazzjoni tal-bandiera, riżultat tal-ħidma tat-tfal tal-iskola Primarja Kulleġġ San Ġorġ Preca tal-Belt Valletta. Din l-attività saret filValletta St.Paul's Boċċi Club nhar l-10 ta' Ġunju 2016

l-Għaqda tal-Pawlini tirringrazzja lisSur Bernardo Riolo, kap tal-iskola kif ukoll lit-tim fil-Kunsill Malti għallArti għas-sapport u entużjażmu li offrew tul it-twettiq ta’ dan il-proġett.

Mawra bix-Xarabank

Attività oħra nżammet fit3 ta’ Settembru. Din id-darba, organizzajna xarabank mill-antiki tas-Sur Paul Cardona tal-Mellieħa u mat-tokk tad-disgħa ta’ filgħodu, irħejnilha lejn ir-Rabat fejn wettaqna żjara mill-aktar interessanti filkatakombi ta’ San Pawl. Bl-intervent immedjat tas-Sur Christian Galea, pawlin Rabti li llum huwa President tal-Każin San Pawl Banda Konti Ruġġieru, irnexxielna nżuru l-Grotta ta’ San Pawl ukoll. Immedjatament wara konna

milqugħin minn Rudolf Grima fil-Każin San Pawl Banda Konti Ruġġieru għal ikla u deżerta bnina. Lura fuq ix-xarabank lejn il-kapitali irrealizzajna x’potenzjal hemm meta jkun hemm l-għaqda u l-interazzjoni bejn membri pawlini iżda wkoll nies oħrajn li mhux neċessarjament huma midħla fil-qalba tal-festa tagħna. Il-kultura tinsab u tkompli tikber mill-ħajjiet li ngħixu ta' kuljum.

Inizzjattivi oħra

Matul is-sena l-Akkademja kkollaborat ma’ entitajiet governattivi meta dawn talbu spazji fejn jinżammu laqgħat jew attivitajiet kulturali. Fost dawn ta’ min insemmu laqgħa multikulturali li nżammet nhar il-15 ta’ Settembru fejn numru ta’ refuġjati minn kulturi differenti nġabru sabiex jiddiskutu


l-esperjenzi tagħhom fil-kuntest ta’ proġett artistiku mill-artist Sirjan/ Ġermaniż Khaled Barakeh. Aktar tard fl-istess ġimgħa l-artist, li qed jirriċerka x-xenarji tar-refuġjati fuq il-passi ta’ San Pawl, iltaqa’ ma’ membri tal-Għaqda tal-Pawlini fil-maħżen fi Triq Lvant. Dan ilproġett huwa parti mill-kalendarju kulturali tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u għaldaqstant kien unur għall-Akkademja li tkun parteċipi.

X'inhu ġej

Din is-sena l-Akkademja Kulturali Pawlina ddeċidiet li tinvesti enerġija fit-twettiq ta’ oġetti għall-ħolqien ta’ fondi fejn ġie mniedi disinn għallqoxra tat-telefons ċellulari. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-Akkademja qed tinvesti sabiex nhar it-28 ta’ Jannar, ittella’ serata kulturali bħala parti mill-programm tal-Festa. Għal dan il-għan inħolqu kollaborazzjonijiet mal-Għaqda tal-Malti, il-Mużew talarti MUŻA, is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u l-Valletta Ensemble. Aktar tard is-sena li għaddiet ġiet imnedija seħja għal kitbiet oriġinali fuq it-tema tal-Martirju. Din ġiet ikkordinata minn Kit Azzopardi fi ħdan l-Għaqda tal-Malti. L-istess Għaqda offriet sessjoni ta' taħriġ lil kull min ipparteċipa sabiex fl-aħħar mill-aħħar, il-kitbiet magħżula jiġu ppreżentati bl-aħjar mod fis-serata kulturali ta' nhar it-28 ta' Jannar 2017. Inħeġġukom tkunu hemm!

Uffiċċjal ta' Heritage Malta jagħti spjega dwar il-kumpless talKatakombi ta' San Pawl ġewwa r-Rabat

Tmiem tal-mawra fir-Rabat b'ikla fil-Każin San Pawl Banda Konti Ruġġieru

Bħala kontributuri uffiċċjali għal din is-serata insibu lil Maltapost PLC u Lapira Kitchen Restaurant. Grazzi mill-qalb lil dawn il-kumpaniji. d

Laqgħa multikulturali, fl-uffiċċju tal-Akkademja Kulturali Pawlina, immexxija mill-artist Khaled Barakeh, f'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018. Ritratti b'ħajr lil Carl Farrugia

11


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Il-marka tal-Fergħa Nisa Pawlini fl-Għaqda tal-Pawlini Doris Montfort

President Fergħa Nisa

G

ħaddiet sena oħra ta’ ħidma u bl-għajnuna tal-Mulej kienet sena ta’ ħidma bieżla u bla waqfien għall-Fergħa Nisa Pawlini. Inħossni sodisfatta bħala l-President ta’ din il-Fergħa li għalkemm “il-ħaddiema huma ftit, il-ħsad huwa kbir!” Bħala Fergħa Nisa, aħna nagħtu s-sehem tagħna billi norganizzaw attivitajiet kull xahar bil-fondi li jinġabru, iservu ta’ dħul għall-festa li jmiss. Għalkemm il-għajnuna u l-koperazzjoni qatt ma naqset, nixtiequ li aktar nies mill-Parroċċa jinvolvu rwieħhom mhux biss billi jattendu bi ħġarhom għad-diversi attivitajiet li jsiru, iżda wkoll billi jissieħbu membri fid-diversi fergħat u għaqdiet li nħaddnu f’din il-Parroċċa.

Triq Melita bit-tema “Pawlu Missier il-Maltin”. Dan immotivana biex naħdmu iktar u niġbru iktar flus biex bħala Fergħa Nisa nkunu mhux biss qegħdin hemm bħala parti millfesta, iżda wkoll nagħtu l-kontribut tagħna fi proġetti tanġibbli li jistgħu jitgawdew minn kulħadd. Ta’ min jgħid, li dan ser jibqa’ jkun it-tir talFergħa sena wara l-oħra, li noffru daqqa t’id finanzjarjament biex flaħħar mill-aħħar inkomplu ngħollu l-istatus ta’ din il-festa nazzjonali.

Din is-sena hija waħda komemorattiva għaliex taħbat l-1950 sena mill-Qtugħ ir-Ras tal-Appostlu Missierna San Pawl. Huwa ħsieb ta’ min jirrifletti li raġel bħal Pawlu li ħadem u ppriedka dwar Dak Alla li lilu stess kien ikasbar qabel il-konverżjoni, spiċċa għadda minn dan il-martirju imma fl-istess ħin sab il-premju mistħoqq li ħadem għalih. Kemm aħna privileġġati aħna l-Maltin li kellu jiġi fuq din il-gżira, u kemm hi ikbar ilprovvidenza t’Alla li kellu jġibilna l-fidi dan l-Appostlu hekk kbir.

Li tippresjedi l-Fergħa Nisa għal dawn l-aħħar 25 sena mhi l-ebda passiġġata fil-kampanja. Kien hemm snin iebsin bħalma kien hemm snin sodisfaċenti fejn il-Fergħa reġgħet ġiet fuq saqajha. Bħala President rajt il-Fergħa titlef u żżid il-membri tagħha għal bosta drabi. Il-konkorrenza fl-attivitajiet għalkemm waħda stabbli kellha t-tibdiliet tagħha wkoll. Rajna membri li ġew nieqsa, membri li forsi ma baqgħux attivi daqshekk u membri ġodda li interessaw ruħhom u għadhom jagħtu l-għajnuna tagħhom sal-lum. Apparti l-irwol tiegħi ta’ President, żewġ membri nisa oħra li huma ta’ għajnuna u spalla kbira għalija huma Mariella Zammit u Jacqueline Cassar li jgħinuni norganizza l-attivitajiet, iħeġġu lin-nies minn bnadi differenti tal-belt jattendu u ħafna affarijiet oħra li mingħajrhom, waħdi żgur ma nkunx nista’ nlaħħaq ma’ tant impenji.

Il-Fergħa Nisa Pawlini torganizza madwar 15-il attività soċjali fissena. Din is-sena mill-ġbir ta’ fondi tal-attivitajiet tagħna, kellna l-pjaċir li niffinanzjaw disa’ mitt ewro għall-ħjata ta’ sett pavaljuni ġodda, proġett imwieled mill-Fergħa Żgħażagħ. Għal min kien preżenti fil-festa ta’ din is-sena qed nirreferi għall-pavaljuni l-ġodda li żżanżnu fi

Sfortunatament, f’dawn l-aħħar snin il-Parroċċa naqset ħafna min-numru tal-parruċċani tagħha għal raġunijiet ta’ mwiet, residenti li marru joqogħdu barra l-Belt, u oħrajn, bl-użanza ġdida li ħafna mill-postijiet vojta madwar il-Belt qed jiġu mizgħuda minn barranin li dan huwa fattur qawwi għaliex il-Parroċċa ma gwadanjatx lura

12

Is-Sinjura Doris Montfort irċeviet ilPremju San Pawl għas-Sena 2015-16

l-parruċċani emigranti. Nixtieq nagħmel appell lil dawk li iżżgħażagħ Beltin u ’l dawk li qegħdin fil-parroċċa, sabiex jibdew jagħtu sehemhom biex b’hekk il-Kumitati u l-Fergħat jibqgħu dejjem isibu l-għajnuna, u ġenerazzjoni wara l-oħra, x-xogħol jibqa’ għaddej, għaliex nafu kemm festa tirrikjedi spejjeż, impenn u sagrifiċċji. Għalkemm ili 25 sena nikkontribwixxi għal din il-festa, ma nistax nimmaġina il-ħajja tiegħi mingħajr l-involviment sħiħ tiegħi għal din il-festa u ninsab determinata li nibqa’ nagħti sehmi sakemm il-Mulej jagħtini saħħti, għaliex huwa unur kbir għalija li nagħmel parti minn din il-festa hekk kbira talAppostlu Missierna San Pawl. d


NATIONAL ROAD, BLATA L-BAJDA T. 2124 1307 M. 9942 5620 WWW.ITC-MALTA.COM

A++ • NO FROST • LED LIGHTS • PRO FRESH • 200CM • FREE-STANDING PART EXCHANGE OFFER

SALE OFFERS

PACKAGE DEAL FOR RENTALS WITH AFTER SALES SERVICE & GUARANTEED OF SPARE PARTS

€1358

€880

JANUARY SALES ON ALL LIGHTING FIXTURES

€99

€69

ISSOLVILEK IL-PROBLEMA TAL-ÓAMIEM €64 €32 €89

€45

4 Ma j˙allix il-˙amiem ipo©©i. 4 Sempliçi biex jitwa˙˙al: jew bil-kolla, jew bil-viti, jew bl-imsiemer. 4 Ma˙dum minn vireg ta’ l-‘istainless steel’ u ‘UV stabilised polycarbonate plastic’. 4 Effettiv u r˙is. 4 L-istess sistema intuΩat f’Robert Sammut Hall, il-Furjana, fil-Knisja ta’ Sta. Catarina d’Italia u f’Bere© u Bini Storiku ie˙or.

“Theuma House”, 302, Triq San Pawl, Valletta VLT 1213 Tel: 21 236605 / 21 234075 Fax: 21 244201 info@etheuma.com www.etheuma.com


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Meta nġiebet Malta parti millKolonna tal-Martirju ta’ San Pawl Michael Galea

D.P.A. Pro Merito Melitensi (S.M.O.M)

F

l-1813, Malta kienet milquta mill-flaġell talpesta. Matul dik il-imxija l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta, u fost oħrajn, il-Kan. Don Giovanni Romei, iddistingwa ruħu għall-ħidma kuraġġuża tiegħu matul dak il-perjodu tal-pesta. Forsi biżżejjed jingħad li tliet kanoniċi ta’ din il-Knisja kienu sfaw vittmi ta’ dik il-marda waqt il-qadi ta’ assistenza u għajnuna fost dawk milquta mill-pesta. “Li canonici di ella Collegiata di San Paolo (Valletta) eransi acquistati il merito per intercederla, attesa la loro caritatevole assistenza prestata agli attaccati dalla peste in Malta, ed esservi perciò periti tre dei loro colleghi” 1 Wieħed minn dawn it-tlieta li sfaw vitttmi tad-dover kien Don Giuseppe Camilleri, kanonku prepostu tal-kolleġġjata. 2 Għadha teżisti, fost it-teżori ta’ din ilknisja, mgħarfa b’manku twil u par imqass jew pinzetta, li kienu jintużaw għat-tqarbin waqt il-pesta. Illum dawn iż-żewġ oġġetti huma konservati fl-Awla Kapitulari. Kien sewwasew minħabba dawn il-meriti speċjali tal-kapitlu talBelt, li, fl-1817, il-Papa Piju VII ried jirregala lil din il-kolleġġjata parti mill-kolonna li fuqha San Pawl sofra l-martirju billi qatgħulu rasu. L-Abbazija tat-Tre Fontane ta’ Ruma, li tinsab għand l-Ordni taċ-Ċisterċensi Reformati, hija marbuta mal-lok tal-martirju ta’ San Pawl u mal-għejun tal-ilma li bdew ħerġin mit-tliet postijiet fl-art li magħhom ħabtet ras San Pawl kif 14

It-Tqarbin waqt żmien il-Pesta tal-1813 (kollezzjoni Mużew Nazzjonal tal-Arti, il-Belt Valletta)

ġiet maqtugħa barra. Hemmhekk iċ-Ċisterċensi għandhom tliet knejjes: il-knisja Abbazjali, dedikata lill-Qaddisin San Vinċenz u San Anastasju, il-knisja ta’ Scala Coeli, dedikata lill-Madonna, u l-oħra, li hija l-aktar famuża, dedikata lillmartirju ta’ San Pawl Appostlu li tiġbor fiha l-lok preċiż tal-martirju, it-tliet għejun mirakolużi u l-kolonna li fuqha r-ras ta’ San Pawl ġiet maqtugħa. Il-kolonna hija ndukrata u mdawra b’rixtellu tal-ħadid. 3 Il-Papa Piju VII inkariga lill-Isqof Sacrista tiegħu, Mons. Fra Giuseppe Bartolomeo Menochio tal-Ordni tal-Eremiti tal-Agostinjani, Isqof ta’ Porfirio, Prefett tal-Palazzi Appostoliċi, biex jikkunsinna parti mill-kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl lill-kapitlu. Mons. Menocchio mar personalment fil-knisja tatTre Fontane, fetaħ il-kanċell fejn hemm konservata l-kolonna, u solennement ikkunsinna l-biċċa maqtugħa lill-Kan. Romei, li rċevieha f’isem il-kapitlu. Don Romei ikkommissjona artisti kapaċi biex tawha l-forma

L-emblema tal-Papa Piju VII

li għandha llum din il-kolonna qabel ma nġiebet f’Malta. Skond l-Awtentika 4 ta’ din irrelikwa, din il-kolonna hija ta’ rħam abjad magħruf bħala greghetto, għolja xiber u ħamsa u għandha dijametru ta’ xiber u tlieta (rom). – “dell’altezza di un palmo, ed oncie cinque, e del diametro di un palmo, ed oncie tre.” Imqiegħda fuqha


Il-pittura li tinsab fis-suffett tal-Awla Kapitulari u li turi lill-Papa qed jawtentika l-kolonna. Ritratt b'ħajr lil Daniel Cilia.

hemm ras tal-fidda b’relikwa ta’ San Pawl ġewwa fiha, u r-ras qed tistrieħ fuq tvalja artistika tal-metall indurat, b’kurdun aħmar, żewġ teki tal-fidda, waħda kull naħa, li għandhom fihom is-siġill magħmul minn idejn il-Papa Piju VII fl-20 ta’ Mejju, 1817. Dik ir-ras tal-fidda hija xogħol artistiku tal-iskultur Ruman Filipo Paccetti u saret bi flus Mons. Giacomo Testaferrata.

Nazzjonali, u ark ieħor f’tarf it-telgħa ta’ Triq San Pawl. Sar Tridu bi tħejjija ta’ jum it-translazzjoni. Matul dawk it-tlett ijiem kien hemm mixegħla kbira filgħaxija. Peress li l-purċissjoni kellha toħroġ mill-knisja talĠiżwiti, din il-knisja ġiet imżejna għal din il-ġrajja ta’ devozzjoni u ferħ. Il-bieb ewlieni tal-knisja żżejjen b’damask aħmar u tqiegħdu skrizzjonijiet kbar fuq il-faċċata.

Ir-relikwa titwassal f’Malta

Jum it-translazzjoni solenni kien nhar il-Ħadd, 19 ta’ Lulju, 1818. Dakinhar filgħodu r-relikwa nġiebet privatament fil-knisja tal-Ġiżwiti, fejn tqiegħdet fuq pedistall f ’ nofs il-presbiterju, li kien imżejjen bid-damask. Irrelikwa kienet imdawra b’għadd ta’ xemgħat mixgħulin. Kien hemm ukoll stendard (labaro) jirrappreżenta pittura tal-martirju ta’ San Pawl. Mat-tokk ta’ nofsinhar instema’ d-daqq ferrieħi talqniepen tal-knejjes tal-erbat ibliet (il-Belt Valletta, il-Birgu, l-Isla u Bormla) kif ukoll tal-knejjes parrokkjali tal-irħula kollha.

Fit-22 ta’ Ġunju, 1818, il-kolonna twasslet Malta fuq speronara. Kien hemm ġemgħa kbira ta’ nies ix-xatt tistenna l-miġja tar-relikwija. Fost il-ferħ kbir tal-poplu, ir-relikwija ttieħdet fid-dar tal-Kan. Dun Paolo Cauchi. Ftit jiem wara ttieħdet għand l-Isqof Ferdinando Mattei (1807-29). Sadattant l-istess relikwa ttieħdet ukoll fid-dar ta’ familji privati, kif ukoll f’monasteri fil-Belt Valletta. Għal dawk il-jiem ta’ festa meta kellha ssir it-translazzjoni tarrelikwija, twaqqaf ark trijonfali fi Triq Irjali, qrib il-Bibljoteka

Mat-tokk tas-siegħa nfetħu beraħ il-bibien tal-knisja tal-Ġiżwiti. Malajr ġemgħa kbira mliet il-knisja – il-poplu ġie biex jagħti qima għall-ewwel darba lil din ir-relikwa. Dakinhar stess wara nofsinhar bdiet il-funzjoni solenni tattranslazzjoni. Padre Fedele da Malta, kapuċċin, għamel diskors “ben intrecciato discorso” dwar il-martirju ta’ San Pawl. Bdiet ħierġa l-purċissjoni. Kien korteo li fih ħadu sehem, fost oħrajn, il-Kongregazzjoni tad-Duttrina u l-konfraternitajiet tal-Belt. Żewġ nobbli Maltin żammew l-istendard, waqt li erba’ żigarelli tad-deheb kienu jżommuhom erba’ paġġi nobbli, lebsin mant aħmar u kuruna tar-rand f’rashom, kif kienet drawwa għall-kavallieri antiki Rumani. Imxew, imbagħad, il-patrijiet kapuċċini, il-mazzier tal-kapitlu ta’ San Pawl, is-Salib tal-kleru, kappillani minn diversi parroċċi, il-kapitlu tal-kolleġġjata ta’ San Pawl. Erbatax-il qassis 15


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

lebsin pjaneta żammew il-kolonna; dawn imxew taħt baldakkin, u jżommu l-baldakkin kien hemm tmien qassisin lebsin il-pivjal. Ħadu sehem Ġurati tal-Università talBelt Valletta u għadd ta’ nobbli. Distakkament ta’ suldati u uffiċjali kien jagħlaq dak il-korteo.

Il-poplu nfexx f’għajjat ta’ ferħ

Meta l-kolonna waslet taħt l-ark ta’ Triq Irjali, tkantat Antifona lil San Pawl. Meta l-korteo wasal taħt l-ark tal-għolja ta’ Triq San Pawl, tkantat antifona oħra blakkompanjament tal-mużika. Hawnhekk, il-galleriji matul it-triq sal-knisja ta’ San Pawl kienu mżejnin bid-damask. L-istess knisja ta’ San Pawl kienet imżejna għal din il-festa waħdanija. Il-faċċata tal-knisja kienet imżejna b’damask aħmar. Fuq il-bieb ewlieni tqiegħdet skrizzjoni bilLatin; u ddendel kwadru kbir li kien juri lill-Papa qiegħed jissiġilla u jqiegħed l-awtentika mal-kolonna. Fuq ġewwa ukoll fuq il-bieb prinċipali, twaħħlet skrizzjoni oħra bil-Latin – tifħir lil San Pawl.

Il-knisja kienet imlibbsa b’damask aħmar, b’burdura safra u ħadra. Fjuri, gandlieri, xemgħat, linef tal-kristall imdawlin b’xemgħat, vażuni tal-fidda b’figuri allegoriċi bħal kotba, sjuf, lifgħat u fjammi (kollha allegoriċi għall-Appostlu San Pawl) issoktaw isebbħu dan it-tempju monumentali. Fuq kull naħa tal-presbiterju twaqqaf tron tal-bellus aħmar: il-wieħed għallIsqof djoċesan, u l-ieħor simboliku għar-Re. Qrib il-presbiterju kien hemm sedja riservata għallgvernatur, Sir Thomas Maitland (1813-24). Ġewwa l-kor, is-sedja tal-Isqof kienet imżejna b’damask aħmar. Għal din is-solennità, ilvara titulari ta’ San Pawl inħarġet min-niċċa u tqiegħdet fil-knisja. Meta r-relikwa twasslet quddiem il-knisja, il-poplu nfexx f’għajjat ta’ ferħ: Viva San Pawl! Dak il-ħin instema’ l-isparar tal-artillerija mit-torrijiet tal-Belt. Maddaqq ta’ sinfonija, ir-relikwija daħlet fil-knisja fejn tqiegħdet fuq pedestall mgħotti b’bellus aħmar, ġewwa l-presbiterju. Il-funzjoni sagra kienet tinkludi kant ta’ Antifona f’ġieħ San Pawl, u

Kartolina tar-relikwa tal-kolonna maħruġa għall-Festi Ċentinarji tal-1960

l-Innu Ambrosjan, u l-benedizzjoni sagramentali. F’dik l-okkażjoni, tqassam ktejjeb b’poeżija bil-Latin u bit-Taljan dwar il-kolonna. Dakinhar filgħaxija kien hemm mixegħla ġenerali fi Triq San Pawl, Triq il-Merkanti u Triq Irjali; b’mod partikulari mixegħla ta’ fjakkli fuq il-faċċata tal-knisja ta’ San Pawl, u dik tal-Ġiżwiti, palazzi u djar.

Il-purċissjoni bir-relikwa tal-Kolonna fuq il-Fosos tal-Furjana fl-okkażjoni taż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca, Nazju Falzon u Adeodata Pisani. Kollezzjoni Domus Pauli.

16


Dettall mill-bassoriliev tal-martirju ta' San Pawl, li jinsab fl-altar tal-Kor ġewwa l-Kolleġġjata. Ritratt b'ħajr lil Daniel Cilia.

L-għada tat-translazzjoni solenni ngħata bidu għal tridu fl-istess kolleġġjata. Il-predikaturi kienu dawn: Saċerdot Don Carlo de Giovanni, kurat taż-Żurrieq, Saċerdot Don Giuseppe Mizzi, u l-Kan. Teżorier tal-Isla, Don Gioacchino Bertis. 5 Mal-ħajt fil-bieb li mill-knisja jagħti għas-sagristija hemm lapida tal-irħam bl-arma talPapa li tfakkar l-għotja ta’ din ir-relikwa tal-kolonna lil din il-knisja ddedikata lil San Pawl.

Is-Sodalità tal-Kolonna

Tifkira oħra ta’ din il-ġrajja f’din il-knisja hija l-pittura li hemm fis-suffett tal-Awla Kapitulari, u li turi lill-Papa qed jikkunsinna l-kolonna lill-Kan. Romei. L-Arċipriet Salvatore dei Conti Manduca kien għamel rikors fil-kurja tal-Isqof biex titwaqqaf kongregazzjoni b’tifkira talmartirju ta’ San Pawl, u biex ikun hemm artal fejn tinżamm din ir-relikwija insinji. Mons. Arċisqof

Mauro Caruana laqa’ dik it-talba, u b’digriet tal-21 ta’ Ġunju, 1924 waqqaf il-Kongregazzjoni talMartirju ta’ San Pawl komunement imsejħa s-Sodalità tal-Kolonna. Din is-Sodalità fl-1925 ġiet magħquda mal-Primaria Delle Tre Fontane ta’ Ruma. Fis-sena ta’ wara, Papa Piju XI inkoraġġixxa u bierek din id-devozzjoni b’ittra tat-8 ta’ Ġunju 1926 billi kkonċeda indulġenzi speċjali lill-miktubin f’din is-Sodalità. 6 Din ir-relikwa insinji tal-Kolonna qabel kienet tinsab imħarsa b’għożża kbira f’niċċa speċjali, imħaffra filħajt, fuq l-artal tal-kor, sewwasew taħt il-kwadru titulari u esposta għall-qima tal-fidili. Illum tinsab fil-kappella ta’ Santa Tereża t’Avila. Fuq il-pedistall li fuqu hija mqiegħda l-Kolonna tinqara din il-kitba: Divi Pauli Apostoli Columnae Decollationis Pars Insignis – Pii VII P.O.M Munificentia – Capitulo Naufragi Doctoris Gentium – Donata Anno 1817.

(Din hija biċċa insinji millkolonna tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Pawl Appostlu, mogħtija mill-Papa Piju VII lillkapitlu tad-Duttur tal-Ġnus, Nawfragu, fis-sena 1817.) Papa Piju VII kkonċeda Indulġenza Plenarja applikabbli ukoll bħala suffraġju lill-erwieħ tal-Purgatorju lil min ta’ kull xahar iqerr u jitqarben u jgħid seba’ Pater, Ave u Gloria quddiem din ir-relikwa sagra. d

Riferenzi

1. Archivum Cathedrale Melitense M.S 87, f.142 2. G.D. De Piro, Ragguaglio storico della Pestilenza che afflisse le isole di Malta e Gozo negli anni 1813 e 1814, 1833, p. 81. 3. CPB, Il-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl, f’Leħen is-Sewwa, 9.2.1963. 4. Test sħiħ tal-Awtentika, ara La Diocesi, Anno III, Nri. 11/12 5. Archivum Cathedrale Melitense, MS 87, f.143 et seq. 6. M. Galea Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta, 1974, p. 57.

17


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

F’għeluq l-1950 sena mill-martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl Kanonku Ġwann Ciarlò B.A., Lic. D.

B

ħala wlied l-Appostlu Missierna San Pawl, waqt li din is-sena qegħdin għal darb’ oħra niċċelebraw in-Nawfraġju tiegħu fuq gżiritna, ma nistgħux ukoll ma nfakkrux l-1950 sena mill-martirju tiegħu f’Ruma fis-sena 67. Dan se nagħmluh aktar ’il quddiem fil-festa tad-29 ta’ Ġunju, jum l-Imnarja. Filgħodu Monsinjur Arcisqof Charles J. Scicluna se jmexxi Quddiesa Pontifikali Solenni fil-Knisja Kolleġġjata, u filgħaxija se ssir purċissjoni bil-vara, bid-Driegħ u l-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl fit-toroq tal-parroċċa. Meta l-purċissjoni tasal ħdejn il-Qanpiena quddiem il-Port il-Kbir, se ssir ċelebrazzjoni solenni ta’ tifkira.

Disa’ snin sħaħ martirju

Nistgħu ngħidu, mingħajr ma niżbaljaw, li l-aħħar disa’ snin ta’ ħajtu, għal Pawlu kienu fil-fatt martirju l-ħin kollu. Kien fis-sena 58, hekk kif wasal lura Ġerusalemm mit-tielet vjaġġ missjunarju tiegħu f’Antijokja tas-Sirja, f’Efesu, filMaċedonja, f’Korintu, f’Filippi u f‘Ċesarea, li l-Lhud waħħlu f’rashom li joqtluh. Kif mar fit-tempju, qamet rewwixta sħiħa kontrih u bdew isawtuh bla ħniena. Dakinhar Pawlu ħelisha mill-mewt bissaħħa tas-suldati Rumani li ħaduh f’idejhom, u wara li arrestawh, bagħtuh fil-ħabs ta’ Ċesarija. F’dan il-ħabs dam sentejn sħaħ fi żmien il-gvernaturi Rumani Feliċ u Festus li t-tnejn kienu konvinti li kien bla ħtija. Iżda xorta waħda baqgħu ma ħelsuhx mill-ħabs minkejja d-difiża qawwija tiegħu għax kienu jibżgħu mil-Lhud. Kien f’għeluq it-tieni sena tiegħu fil-ħabs li waqt li deher quddiem Festus, meta xamm li l-kawza tieghu kienet ġejja fit-tul, 18

inqeda bil-jedd li kellu ta’ ċittadin Ruman, appella l-kawża tiegħu quddiem Ċesari. Wara li Festus ikkonsulta mal-kunsill tiegħu, qallu: “Int appellajt għal quddiem Ċesari, u quddiem Ċesari tmur’’ (Atti, 25, 12).

Fi triqtu lejn Ruma

Ma għaddiex żmien wisq li Pawlu, flimkien ma’ għadd ta’ priġunieri oħra, beda l-vjaġġ tiegħu lejn Ruma taħt il-ħarsien taċ-ċenturjun Ġulju. Kien vjaġġ twil. Hekk kif ħallew ix-xtajta tal-provinċja tal-Liċja, il-bastiment inqabad f’maltempata kbira u wara erbatax-il lejl, ilbastiment tkaxkar lejn ix-xtajtiet ta’ Malta sakemm tfarrak mal-blat. Iżda minkejja l-periklu kbir li sab ruħu fih Pawlu u dawk li kienu miegħu, ħadd minnhom ma tilef ħajtu. Bir-raġun aħna l-Maltin ma nehdewx niċċelebraw u nfakkru din id-diżgrazzja kbira. Għax għalina din kienet diżgrazzja bi grazzja għaliex wassliltilna b’mod providenzjali lil Pawlu li baqa’ fostna għal tliet xhur sħaħ. Iżda fl-istess waqt ma nistgħux ninsew il-martirju kbir li għadda minnu Pawlu u sħabu l-oħra, waqt dan in-nawfraġju. Ma nistgħux ninsew li Pawlu kien wieħed mill-priġunieri li s-suldati riedu joqtlu għax beżgħu li xi ħadd minnhom seta’ jaħrab bil-għawm. Għat-tieni darba kien bis-saħħa ta’ ċenturjun li Pawlu salva ħajtu li ma ħalliex il-ħsieb tas-suldati jseħħ.

Sentejn priġunier f’Ruma

Kien fil-bidu tas-sena 61, li wara tliet xhur mill-wasla ta’ Pawlu f’Malta, flimkien mal-priġunieri l-oħra, kompla fi triqtu lejn Ruma fejn kellu jgħaddi sentejn oħra bħala priġunier. sakemm kellha tiġi ttrattata l-kawża tiegħu u jiġi kkundannat. Anki f’Ruma, l-affarijiet ħadu fit-tul u bħala prigunier ta’ ċittadinanza Rumana, għalkemm

kien dejjem mgħasses, ħallewh għal sentejn sħaħ joqgħod fid-dar li kien kera. Hemm kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jiġu għandu, jxandrilhom is-Saltna t’Alla u jgħallimhom fuq il-Mulej Ġesù Kristu bil-kuraġġ u bla tfixkil. Kien f’dan iż-żmien li kiteb erba’ millisbaħ ittri tiegħu. Dan huwa l-aħħar tagħrif li jagħtina San Luqa dwar Pawlu fi tmiem tal-Atti tal-Appostli. Wara sentejn, saret il-kawża u Pawlu kien liberat. Pawlu, minkejja dak kollu li kien għadu kif għadda minnu, mill-ewwel ħalla Ruma biex ikompli l-missjoni evanġelizzatriċi tiegħu u ta bidu għar-raba’ vjaġġ missjunarju tiegħu u mar fil-Punent Imbiegħed jiġifieri fi Spanja. Wara li telaq minn Spanja, fil-bidu tassena 65, għal sentejn sħaħ reġa’ mar fil-Lvant iżur lill-knejjes li hu stess kien waqqaf f’Efesu, ilMaċedonja, Kreta, Miletu u Korintu.

Lura f’Ruma għall-aħħar darba

Kien fil-bidu tas-sena 67, li Pawlu reġa’ mar Ruma fejn l-Insara kienu jinsabu għaddejjin mit-tieni fażi tal-persekuzzjoni qalila kontrihom mill-Imperatur Neruni. Minkejja l-periklu kbir li kien jinsab fih, Pawlu xorta waħda baqa’ jippersisti fil-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni. Issa kien fehem tajjeb li t-tmiem tiegħu kien fil-qrib kif juri biċ-ċar fit-tieni ittra tiegħu lil Timotju meta jgħidlu: “Żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-Jum, iħallasni l-Mulej, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.’’ (2 Tim, 4, 6). Fil-fatt ma għaddiex żmien wisq li ma ġiex arrestat mill-awtoritajiet


Enrique Simonet 1887, Katidral ta' Malaga, Andalusia, Spanja

Rumani u mixħut fil-ħabs Tullianum, imsejjaħ Mamertinum, fost tant priġunieri ta’ qattagħni. Minħabba li bħala ċittadin Ruman kien taħt il-ħarsien tal-liġi imperjali, biex ikun iddikjarat ħati, kien meħtieg li jsirulu żewġ akkużi qabel ma jiġi kkundannat. Wara li saritlu l-ewwel akkuża kellhom jgħaddu x-xhur sakemm jerġa’ jittella’ l-qorti u ssirlu t-tieni akkuża. Fl-aħħar tellgħuh u saritlu l-aħħar akkuża. Kif kien mistenni, minkejja d-difiża qawwija u kuraġġuża tiegħu, mingħajr ebda prova, instab ħati u l-Imħallef qatagħhielu għall-mewt ta’ qtugħ ir-ras.

Il-martirju barra is-swar ta’ Ruma

Skont id-drawwa tar-Rumani, jum qabel mewtu, Pawlu gie meħud barra mill-belt marbut bil-ktajjen fil-post imsejjaħ Ad Aquas Salvas, xi tliet mili ’l bogħod mis-swar ta’ Ruma. Wara li ġie mneżża’ minn ħwejġu u msawwat, ġie marbut ma’ kolonna. Hekk kif baxxa rasu fuq il-kolonna, fost it-tgħajjir u t- theddid ta’ dawk li nġabru madwaru, wieħed mis-suldati resaq fuqu u niżżel ix-xabla tiegħu bis-saħħa kollha fuq għonqu. Kif ras Pawlu nfirdet minn ġismu u waqgħet mal-art f’għadira demm, skond tradizzjoni

popolari antika, rasu kif messet mal-art qabżet tliet darbiet ftit ’il bogħod minnu, u kull fejn misset, ħargu tliet għejun fejn ’il quddiem inbniet l-Abbazia delle Tre Fontane. Kien f’nofs is-sena 90, li l-Isqof ta’ Ruma Klement I, f’ittra li kiteb lill-Knisja ta’ Korintu, wara li semma l-martirju ta’ San Pietru, hekk kiteb fuq il-martirju ta’San Pawl: “Arrestat seba’ darbiet, eżiljat, imħaġġar, huwa kien il-messaġġier ta’ Kristu fil-Lvant u l-Punent, u għall-fidi tiegħu akkwista l-glorja sħiħa. Wara li ppriedka l-ġustizzja lid-dinja kollha, u wara li wasal sat-tarf tal-punent, sofra l-martirju quddiem l-awtoritajiet. Hekk hu ħalla din id-dinja u kiseb il-lok qaddis u b’dan sar l-akbar mudell ta’ paċenzja’’ (I Klement 5,2). Il-ġisem mejjet ta’ Pawlu wara ġie midfun f ’qabar f ’għalqa, propjetà ta’ waħda sinjura bl-isem ta’ Lucina fil-Via Ostiense. Kien fir-raba’ seklu li l-Insara ta’ Ruma qalgħu l-katavru minn dan ilqabar u difnuh fil-post imsejjaħ Ad Catacumbas fuq Via Appia. Iżda ’l quddiem, l-Imperatur Kostantinu bena bażilika żgħira fil-Via Ostiense fuq l-ewwel qabar ta’ San Pawl. Fis-snin ta’ wara, din l-ewwel bażilika ta’ Kostantinu komplew ikabbruha l-Imperaturi Teodosju, Valentinjanu II u Arkadju.

Fl-1823, din il-bażilika Rumana, imsejħa San Paolo Fuori Le Mura (San Pawl Barra l-Ħitan), inħakmet minn nirien kbar li qerduha. Kien il-Papa Ljun XII li wara ħa ħsieb li terga’ tinbena mill-ġdid filforma monumentali tagħha kif narawha llum, bil-faċċata kollha mużajci u b’portiku mdawwar minn 150 kolonna. Kien il-Papa Piju IX li kkonsagraha fl-1854. Bejn l-2002 u l-2066 kien sar stħarriġ arkeoloġiku fuq il-fdalijiet antiki tal-Bażilika ta’ Kostantinu li jmorru lura għas-sena 390 meta din il-Bazilika kienet tkabbret millImperaturi Teodosju, Valentinjanu u Arkadju u li kienu ġew salvati wara l-ħruq tal-1823. Matul dawn l-iskavi kien instab sarkofagu (kontenitur) kbir semplici tal-irħam bir-relikwji li tiegħu kien intilef kull ħjiel. Skont l-arkeologu talMużewijiet tal-Vatikan, Giorgio Filippi li mexxa l-iskavi, sa minn żmien ta’ Tedodosju, dan kien meqjus bħala “il-qabar ta’ San Pawl’’. d

Bibljografija

1. It-Testment il-Ġdid. Bibbja Saydon. 2. Gwido Schembri O.F,M. – Kors fuq il-Bibbja. 3. Giuseppe Pulcinelli. Jgħix Fija Kristu. 4. Legasse, S.Paolo Apostolo, Biografia critica. 5. Piccola Guida di Roma.

19




Il-kolonni fil-Korsija fil-Kolleġġjata ta' San Pawl

Il-Kolonni fil-Korsija talKolleġġjata: Proġett Monumentali Robert Cassar

M.A. (Hist. of Art); B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)

I

l-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu hija miksija milgwarniċa taċ-ċinta sal-art b’irħam ta’ kull lewn u kwalità. Għajr xi partijiet maħduma fl-‘irħam ta’ Għawdex’ (onice)1, l-irħam kollu huwa imporatat mill-Ewropa u l-inħawi tal-Mediterran kollu. L-aktar prezzjużi huma l-lapidi funebri filkorsija prinċipali u li taħthom insibu midfuna benefatturi u personaġġi importanti oħra li għamlu ġieħ lil din il-Kolleġġjata. Dawn huma maħduma bit-teknika tal-interzjar fejn biċċiet ċkejkna ta’ rħam ikkulurit jitwaħħlu fuq irħama ħoxna bajda skond disinn sabiex jiffurmaw immaġini u li tikkommemora l-mejta taħthom. Però dan l-artiklu ser jittratta l-irħam li jiksi l-ħitan ta’ din il-kolleġġjata li ftit forsi jagħtu kasu, imma li sar fi żminijiet 22

differenti b’impenn u sagrifiċċju tal-Benefatturi li ġew qabilna u li tant ħabbew dan it-tempju Pawlin. L-ewwel kummissjoni fl-irħam mal-ħitan tal-knisja saret meta nkesa l-kor lejn nofs is-seklu tmintax bi flus il-Kan. Giorgio Fenech li miet fl-10 ta’ Mejju 17562. Din, kif ukoll ilprospettiva tal-kappella tal-Kurċifiss, bl-artal tagħha, huma fost l-eqdem proġetti ta’ kisi fl-irħam li nsibu fil-Kolleġġjata. Speċjalment f’dik tal-kor, insibu kwalitajiet ta’ rħam fini li m’għadekx issib bħalhom illum. Bizzejjed insemmu iż-żewġ gwarniċi tal-bibien maġenb l-artal li huma kollha magħmula mill-Onice safrani ta’ Għawdex, filwaqt li l-pedestalli tal-pilastri huma miksija bid-Diaspro di Sicilia li jkanġi minn aħmar skur li jaqleb għall-isfar u l-aħdar. Opra oħra mill-isbaħ hija dik tal-kappella tas-Sagrament li saret fis-seklu tmintax bil-prospettiva,

l-artal, il-kanċell u l-art interzjata lkoll minsuġa f’haġa waħda b’mod li jikkumplimentaw lil xulxin. Xogħol simili għal dan u tal-istess kwalità għolja ta’ xogħol hija l-prospettiva tal-artal ta’ San Krispin u San Krispinjanu bil-kolonni u l-pedestalli tagħhom miksija bl-irħam fin Sqalli Diaspro di Sicilia. Però l-aktar proġetti ta’ kisi ta’ rħam li saru filKolleġġjata kien wara t-tieni nofs tas-seklu dsatax u l-bidu tal-għoxrin. Fosthom insemmu l-prospettivi tal-kappelli ta’ San Martin3, San Omobono, San Mikiel u l-kappelluni ta’ San Ġużepp u San Gejtanu4. Dawn kienu parti minn proġett akbar u kumpless li kien qed isir fil-knisja Kolleġġjata. Dan kien jinvolvi l-bdil tal-faċċata, irridekorazzjoni tas-saqaf u l-koppla kif ukoll bidla totali fl-apparenza tal-korsija prinċipali tal-knisja bl-irħam. Għalkemm il-bdil talfaċċata, ma kenitx biċċa xogħol


xejn faċli, il-korsija involviet biċċa inġinerija liema bħalha li qatt ma seta’ kien possibbli jekk ma kienx għall-għaqal u d-determinazzjoni ta’ missirijietna u l-bennejja li daħlu għal din il-biċċa xogħol hekk riskjuża. Il-proġett li tlesta madwar is-sena 18945, kien jinvolvi l-bdil tal-kolonni maġġuri li sa dak iż-żmien kienu tal-ġebel u jinbidlu ma’ kolonni tondi tal-irħam fuq il-pedestalli tagħhom, miksija. Id-differenza kellha tkun li filwaqt li l-knisja kollha hija miksija bl-irħam, dawn il-kolonni li kellhom ikunu wieqfa weħidhom mingħajr ma jmissu mal-pilastri ta’ warajhom, kellhom ikunu magħmula minn blokka solida ta’ rħam. Biċċa xogħol bħal din kienet unika fil-gżejjer Maltin għajr ghat-8 kolonni sħaħ maħduma fil-ġebla Maltija li nsibu fil-knisja tal-Erwieħ fil-Belt u li setgħu kienu ukoll ta’ ispirazzjoni għallKapitlu ta’ San Pawl biex isir dan il-proġett. Ix-xogħol involva l-irfid tal-arkati tal-korsija u ċ-ċinta waqt li nqalgħu l-kolonni tal-ġebel waħda waħda biex minflokhom jidħlu dawk tal-irħam. Dawn kellhom jitqiegħdu b’mod li l-kolonni talirħam li huma maqtugħa millpilastru dawra mejt, mhux biss ikunu dekorattivi bl-ilwien naturali tagħhom, imma jieħdu l-piż talgwarniċa u tas-saqaf tal-knisja. Qabel il-proġett, kien ġie ppreżentat mudell bil-kampjun tal-irħam ikkulurit li kellu jintuża. Dan il-mudell li nstab xi snin ilu f’wieħed mill-imħażen tal-armar, illum jinsab għall-wiri fid-Domus Pauli. Dan jidher li kien approvat għax sar eżatt skond il-mudell, għalkemm il-kolonni m’humiex inklużi fih, imma huma sempliċiment rappreżentati b’kolonna tal-metal. Sfida akbar f’dan il-proġett kienet li l-qisien tal-ġebel għall-irħam jibqgħu l-istess. Dan għall-fatt li d-damask fin tal-festa li kien sar xi snin qabel kien sewa ħafna flus u għalhekk kellu jitlibbes għall-festa fuq l-irħam bħal ma kien isir fuq il-korsija tal-ġebel. Dan jikkonfermah il-fatt li l-istil tal-korsija ma nbidilx,

Il-mudelli tal-pedestalli tal-kolonni. Kollezzjoni Domus Pauli.

Dettall tal-ismijiet tal-benefatturi fuq il-bażi taħt il-kolonna

jiġifieri, dawk il-kapitelli neoklassiċi ta’ stil Ioniku ma ntmessux. Biżżejjed wieħed jara disinn li kien għamel Dr. Nicola Zammit f’rapreżentazzjoni tiegħu tal-knisja Kolleġġjata minn ġewwa fil-kommemorazzjoni tal-festi ċentinarji tal-18586. Dan il-proġett sar kollu kemm hu bl-għajnuna ta’ diversi benefatturi li tagħhom insibu l-ismijiet imnaqqxa taħt dawn il-kolonni. Dawn li ġejjin insibuhom imnaqqxa fuq il-pilastri magħrufa aħjar bħala l-‘membru’ ta’ bejn il-kolonni t-tondi li ta’ madwar il-presbiterju, bl-ewwel tnejn imniżżla b’mod prominenti wieħed fuq kull naħa tal-altar maġġur: • Paulo Nani • Antonio Nani • Giuseppe Sultana • Sodalità ta’ Ġesù Maria (filKnisja ta’ Santu Rokku)

Dawn li ġejjin, imniżżla taħt il-kolonni prinċipali: • Michele Balbi Neguzjant • Alex Chapelle • Rosilla Borg armla ta’ Agostino • Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karità (li ħalsu tnejn li jagħtu għal fuq il-kappellun ta’ San Ġużepp li oriġinarjament kien dedikat lill-Madonna tal-Karità) • Giuseppe Sultana • Paolo Scicluna Neguzjant • Josepha Xuereb bint Andrea • Kan. Paolo Buttigieg (li aktar tard sar Monsinjur u li kien storiku ta’ din il-Kolleġġjata) • Confraternità ta’ San Krispin u San Krispinjanu • Arċikonfraternità ta’ San Mikiel (li ħalsu t-tnejn li jagħtu għal fuq il-kappella ta’ San Mikiel) • Calcidonio Camilleri flimkien ma’ ibnu 23


Ir-Royal Malta Artillery qegħdin iċaqalqu kanun fejn is-sur ta' Lascaris, 1910

• Francesco Borg flimkien ma’ Antonio Asciah • Bartolomeo Pisani Neguzjant Minbarra x-xogħol fil-knisja, biċċa xogħol oħra kellha tkun il-qtugħ, manifattura u l-ġarr ta’ dawn is-16-il kolonna sal-knisja. Jidher li kien deċiż minħabba problema ta’ natura loġistika li dawn jinħadmu fi tliet biċċiet għal kull kolonna. Ma nafux jekk dawn ġewx lesti jew jekk ġewx żmarrati u rfinuti fil-post. Lanqas nafu liema fabrika ħadmet f’dan il-proġett. Li nafu żgur huwa li dawn waslu x-xatt u nħattu hemm. Imbagħad, dawn it-48 biċċa, kull waħda tiżen madwar tunellata jew anke ftit iktar ittellgħu sal-knisja għat-telgħa mir-Royal Malta Artillery li kienu attrezzati minħabba l-fatt li kienu jagħmlu xogħol simili meta jġorru l-kanuni tqal minn post għall-ieħor. Intużaw żgur karrettuni u għodda oħra li kienu b’saħħithom li jifilħu dan il-piż. L-RMA kienu ta’ spiss joffru għajnuna lill-knejjes Maltin meta kien isir caqlieq ta’ oġġetti tqal bħal dawn7, aktar u aktar meta dawn kellhom il-Kanonku Dun Pawl Muscat tal-Kolleġġjata tagħna bħala l-Kurunell tagħhom8. Meta nqalgħu l-kolonni l-antiki, l-unika ħaġa li kienet salvata minnhom kienu t-tnax-il salib talKonsagrazzjoni li huma interzjati 24

fl-irħam. Minħabba li meta tqiegħdu l-kolonni tal-irħam, ma ridux li jintmessu biex isiru s-slaleb talKonsagrazzjoni, l-antiki tal-irħam inxtraw mill-patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt (ta’ Putirjal) u tqiegħdu fil-pilastri fil-knisja tagħhom fejn għadhom jitgawdew sa llum. Tajjeb wieħed jinnota li peress li dawn kienu maħduma fit-tond għall-kolonni tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl, dawn ma tantx qagħdu tajbin fuq il-pilastri tal-knisja ta’ San Franġisk li huma ċatti. Minfolk dawn, fuq il-kolonni l-ġodda talirħam saru slaleb tal-bronż indurati fuq disinn ta’ Pio Cellini9 li twaħħlu mal-irħam permezz ta’ sempliċi toqba fil-fil ta’ bejn irħama u oħra sabiex ma jintmessux kemm jista’ jkun. Jekk inħarsu lejn il-kolonni, ninnutaw li l-ġnub ma humiex dritti, imma jibdew ftit dojoq, jeħxienu għan-nofs u jerġgħu jidjiequ ftit lejn il-kapitell. Dan mhux żball, imma saru skond it-teorija klassika tal-bini fejn b’illużjoni ottika, il-kolonni kollha ħdejn xulxin jidhru dritti xemgħa. Il-kwalità ta’ rħam li ntgħażlet hija ta’ kwalità tajba wkoll. L-irħam tal-kolonni huwa tat-tip magħruf bħala Portasanta (Marmor chium) ta’ lewn vjola mitfi ħafna, b’elementi ħamrana ċari b’vini bojod għaddejja minn ġo nofshom. Dan l-irħam kien

jinqata’ f’Chios fil-Greċja, u kien jintuża ħafna mir-Rumani fl-antikità. Però l-isem tiegħu jfakkarna fil-fatt li bħalu kien intuża f’San Pietru filVatikan fil-gwarniċ li jinkwadra l-bieb importanti tal-Ġublew magħruf aħjar bħala tal-Portasanta10. Il-basa talkolonna hija zokklu maħdum fl-irħam bajdani Taljan tal-Carrara fuq faxxa dejqa u lixxa tal-Verde Antico li fuq il-faċċata ta’ kull waħda tnaqqxu bi kliem safrani l-ismijiet tal-benefatturi li ħallsu għalihom. Il-pedestal talkolonni, huwa magħmul mill-irħam Rosso di Francia maqtugħ fi Franza fir-reġjun ta’ Languedoc. Hawnhekk, l-irħama nħadmet vera rqiqa (xi ċentimeru ħxuna) sabiex il-vina talirħam terġa’ tinfetaħ u titpoġġa fejnha b’mod li jinħoloq disinn simetriku mill-istess irħam. Minħabba l-irquqija, l-irħam tpoġġa fuq xorok kbir tal-ġebel sabiex tkun aktar soda. Il-gwarniċi maħduma mill-irħam Giallo Antico li kien jinqata’ minn Chemtou fit-Tunisia11. Maġenb ilkolonni Portasanta, insibu pilastri tal-Verde Antico mil-Greċja12, irħam aħdar skur li jservi ta’ kuntrast u sfond għal dawn il-kolonni. Bħala zokklu għal dan il-kumpless kollu, tpoġġa l-irħam magħruf bħala Portoro, irħam iswed b’ħajtiet dehbiena u bojod fih li jinqata’ minn Portovenere fl-Italja13. Dan il-proġett kbir li għalkemm sar fil-kumpless kollu ta’ xogħlijiet li kienu qed isiru fil-Knisja Kolleġġjata


Salib tal-Konsagrazjoni fuq disinn ta' Pio Cellini

bejn l-aħħar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin, jispikka fuq l-oħrajn għal diversi raġunijiet. Fost dawn insibu kemm dan kien żmien ta’ prosperità għall-Kolleġġjata, kif ukoll missirijietna dejjem għarfu bilgħaqal kif jagħmlu dawn il-proġetti anke bil-għajnuna ta’ ħafna nies: finanzjarjament mill-benefatturi, manwalment bil-korp militari tal-RMA. Kull waħda minn dawn il-kolonni hija monument sieket tal-bżulija li wrew missirijietna li qatt ma qatgħu qalbhom ikomplu jsebbħu u jarrikkixxu dan it-tempju Pawlin b’opri ta’ kwalità ta’ livell internazzjonali. d Nota: Ritratti kollezzjoni tal-awtur

Referenzi

Wieħed mis-slaleb tal-konsagrazzjoni l-antiki li jinsab fuq il-kolonni tal-Knisja ta' San Franġisk fil-Belt Valletta

1. Insibu l-onice ta’ lewn kannella trasparenti fil-prospettiva tal-kor u f’dik tal-kappellun ta’ San Ġuzepp. Din il-ġebla kienet tinqata’ mill-inħawi taż-Żebbuġ Għawdex, u beda jinqata’ fi żmien il-Granmastru Pinto li ħadha f’idejh bħala barriera tal-istat. 2. Michael Galea, Il-Knisja Parrokjali ta’ San Pawl Nawfragu Valletta, Malta, 1974, p. 14; il-Kan.Giorgio Fenech miet ta’ 62 sena u huwa midfun fil-korsija tal-knisja taħt waħda mil-lapidi. 3. Il-ħitan ta’ din il-kappella nksew bil-flus tal-Kan. Vinċenz Azzopardi fl-1983, u dan kien l-ahhar proġett f’sensiela ta’ opri ta’ kisi bl-irħam li rat il-kolleġġjata ta’ San Pawl. 4. Din saret mid-Ditta Buhagiar tal-Hamrun fl-1913. 5. Joseph Galea, Il-Parroċċa Ta’ San Pawl Naufragu Tal-Belt Valletta, Malta, 1944, p. 27; wara riċerka intensiva li saret dwar dan is-suġġett, sa issa għadu ma ħareġ l-ebda dokument. Joseph Galea li jiftakar hu stess dwar dan il-proġett jikteb hekk, “Xi ħamsin sena ilu xi wħud tħajru jagħmlu minn buthom il-kolonni tar-rħam.” 1894 hija ħamsin sena wara li nkiteb dan il-ktieb. 6. Nicola Zammit, Memorie del Centenario del Naufragio di San Paolo Apostolo, Malta, 1858.

Disinn ta' Pio Cellini li juri s-'Sottarki' bis-salib tal-Konsagrazzjoni li wara twaħħlu fuq il-kolonni tal-korsija. Kollezzjoni Domus Pauli

7. L-RMA għenu lill-Kolleġġjata tagħna diversi drabi tul l-istorja tagħhom. Biżżejjed insemmu meta saru żewġ qniepen kbar fl-1856 u meta saret il-qanpiena l-kbira fl-1889 li lkoll ittellgħu fil-kampnari bil-għajnuna ta’ dan ir-Riġiment Malti. 8. Informazzjoni mgħoddija mis-Sur Micahel Galea minn noti li kien ħalla is-Sur Pawlu Vella dwar l-istorja tal-knisja tagħna. 9. Disinn ta’ Pio Cellini li jinsab fil-kollezzjoni Domus Pauli juri li oriġinarjament, dawn is-slaleb kellhom jitwaħħlu fuq il-pilastri magħrufa bħala ‘sottarki’ li jinsabu maġenb dawn il-kolonni. Dan aktar jemfasizza l-fatt li oriġinarjament, blebda mod ma kellhom itaqbu dawn il-kolonni ħlief għal ftit viti tar-ramm fit-truf biex jitwaħħal id-damask rikk tal-festa. 10. Gabriele Borghini (ed.), Marmi Antichi, Edizione De Luca, Roma, 2001, p.285. 11. https://it.wikipedia.org/wiki/Marmo_giallo_antico. 12. Gabriele Borghini (ed.), op.cit., p. 292; rħam miġjub minn Tassaglia fil-Greċja. 13. Patrick Rogers, The Beauty of Stone, The Westminster Cathedral Marbles, London, 2008, p. 51.

25


Il-bank tiegħek fil-qalb tal-komunità L-HSBC huwa l-bank li jinsab fil-qalba tal-komunità tiegħek. B’għarfien internazzjonali u esperjenza lokali, aħna nistgħu ngħinuk tieħu ħsieb aħjar il-finanzi tiegħek. Il-fergħat tagħna huma miftuħin kuljum f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b’xi wħud mill-fergħat joffru wkoll servizz ta’ filgħaxija. Għalhekk ejja żurna u flimkien niddiskutu l-bżonnijiet bankarji tiegħek. L-impjegati tagħna, kollha mħarrġa fil-customer service u mmexxija minn branch manager b’esperjenza kbira fil-qasam bankarju jinsabu ħerqana biex ikunu ta’ servizz għalik.

Ċempel Żur Mur

2380 2380 hsbc.com.mt fl-eqreb fergħa

Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444.



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Manifestazzjonijiet ta’ Riparazzjoni Pawlina fl-1895 Martin Gravina

Dip. Educ.(Adm. & Mangt.)

I

s-sena 1895 kienet is-sena meta l-vara ta’ San Pawl ħarġet bil-purċissjoni darbtejn fit-toroq tal-Belt Valletta. L-ewwel waħda nhar l-10 ta’ Frar, il-festa tan-Nawfraġju u t-tieni darba nhar il-21 ta’ Lulju f’manifestazzjoni kontra l-ereżijiet tal-Professur Giovanni Bovio.

F’Ġunju tas-sena 1895, ġewwa t-teatru Mercadente f’Napli, kienet saret rappreżentazzjoni tad-dramm San Paolo b’kitba tal-Professur Giovanni Bovio (twieled ġewwa Trani nhar is-6 ta’ Frar 1837 u miet ġewwa Napli nhar il-15 t’April 1903). Bovio, fil-preżentazzjoni ta’ dan id-dramm, espona lil San Pawl bħala soċjalista rivoluzzjonarju, kif ukoll wasal saħansitra li jiċħad id-divinità ta’ Kristu u l-bidu divin tal-Kristjaneżmu. Din ir-rappreżentazzjoni li offendiet il-Kattoliċi kollha u b’mod speċjali l-Maltin li jsejħu lilhom infushom bħala wlied San Pawl, ġabet ukoll il-kundanna tasSagra Congregazione dell’Indice (Il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi) kif ukoll qajmet protesti kbar kemm ġewwa l-Italja u f’Malta. Din l-aħbar wasslet biex il-poplu Malti juri l-għadab tiegħu b’manifestazzjonijiet bħala riparazzjoni għal dan l-att, kemm ġewwa l-Imdina kif ukoll ġewwa l-Belt Valletta.

Il-Papa Ljun XIII kien ikkonċeda li l-Arċisqof Isqof Monsinjur Pietru Pace jagħti f’isem il-Qdusija Tiegħu l-barka appostolika nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju ġewwa l-Katidral wara li jispiċċa l-pellegrinaġġ, kif ukoll nhar il-21 ta’ Lulju l-jum attwali tal-għeluq tat-Tridu solenni ċċelebrat ġewwa l-knisja ta’ San Pawl il-Belt Valletta. Matul l-Ottavarju, kienu ħafna l-pellegrini minn diversi rħula li żaru l-kwadru ta’ San Pawl ġewwa l-Katidral li kien imżejjen taħt padiljun tad-damask aħmar. Il-qofol kien il-Ħadd 7 ta’ Lulju, meta massa ta’ poplu marret għall-pellegrinaġġ immexxi mill-Isqof li beda mir-Rabat, fejn żaru l-Grotta ta’ San Pawl u l-knisja u fl-aħħar spiċċa fil-Katidral fejn l-inkwatru ta’ San Pawl kien imdawwar b’mixegħla kbira u kwantità ta’ kuruni miġjuba minn diversi pellegrini, żigarelli u skrizzjonijiet.

Manifestazzjoni fl-Imdina

F’ċirkulari li ġġib id-data tas-26 ta’ Ġunju 1895, maħruġa mill-Arċisqof ta’ Rodi u Isqof ta’ Malta Monsinjur Pietru Pace u li kienet inqrat fil-knejjes kollha tad-Djoċesi nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 1895, wera il-preokkupazzjoni tiegħu għal din l-aħbar. F’din iċ-ċirkulari kien issemma li l-kapitlu (tal-Katidral) f ’laqgħa li kien għamel nhar it-22 ta’ Ġunju, ippropona li matul l-Ottava tal-kommemorazzjoni tal-martirju ta’ San Pawl kunu esposti fil-Katidral ir-relikwi ta’ San Pietru u San Pawl kif ukoll l-immaġini antika ta’ San Pawl (li tinsab merfugħa fil-kappella tal-Kurċifiss). F’din iċ-ċirkulari sar ukoll appell biex kemm issekulari, il-kleru kif ukoll il-konfraternitajiet talImdina u s-subborg tagħha jieħdu sehem f ’purċissjoni li kellha ssir fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju mir-Rabat sal-Katidral. Issemma wkoll li l-purċissjoni kienet ser tagħmel waqfa fi tliet stazzjonijiet:- l-ewwel fil-grotta ta’ San Pawl, fil-knisja ta’ San Pawl, u fl-aħħar fil-Katidral. L-Isqof ħeġġeġ ukoll sabiex il-kappillani jippromwovu pellegrinaġġi f ’dawn ittliet postijiet matul l-ottavarju u jħeġġu wkoll iddevoti għat-tqarbin bħala mezz ta’ riparazzjoni. 28

Giovanni Bovio 1837 - 1903


Il-pellegrinaġġ kien magħmul minn konfraternitajiet tal-Imdina, ordnijiet reliġjużi, parroċċi, il-kapitli taddjoċesi u l-isqof li rreċita r-rużarju matul it-triq.

…fil-Belt Valletta

Fl-24 ta’ Ġunju, wara li filgħodu spiċċat il-quddiesa pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Battista, kien hemm atmosfera festiva u wirja t’apprezzament mill-ġemgħa meta l-Arċisqof Isqof Monsinjur Pace, laqa’ t-talba tal-Arċipriet u t’oħrajn li l-vara ta’ San Pawl tkun esposta għallpubbliku ġewwa l-Insinji Kolleġjata ta’ San Pawl bħala bidu tal-festi li kienu ser isiru bħala riparazzjoni. Malli l-Arċisqof ħareġ fil-bieb tal-Kon-Katidral, huwa kien milqugħ b’applaws kbir u għajjat ta’ “Viva l-Isqof”, għajjat li dewa fit-toroq tal-Belt. Żgħażagħ b’saħħithom neħħew iż-żwiemel minn mal-karozza tal-Isqof u ġibduha blidejn lejn il-Palazz tal-Isqof fost diversi standardi u folla kbira ta’ nies. Mal-wasla fil-Palazz, is-segretarju tal-Isqof Monsinjur Grech, għamel kelmtejn imqanqlin fuq San Pawl fost diversi interruzzjonijiet ta’ ċapċip u ħeġġeġ biex jagħmlu karità. Il-ġurnal L’Ordine tat-2 ta’ Lulju 1895, kien irrapporta li fl-Insinji Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu l-vara ta’ San Pawl kienet diġà esposta taħt innava ta’ quddiem il-kappella tas-Sagrament fejn is-soltu kienet titqiegħed f’okkażjonijiet bħal dawn. Jissema wkoll li kien hemm numru kbir ta’ xemgħat mixgħula quddiem il-vara, kif ukoll numru kbir ta’ devoti li kienu diġà żaru l-knisja. Kull filgħaxija mal-Ave Marija kien ikun hemm prietka bħala preparazzjoni għall-festa ta’ riparazzjoni li kienet ser tilħaq il-qofol tagħha b’purċissjoni solenni. Nhar il-15 ta’ Lulju l-kumitat li ħa ħsieb din ilmanifestazzjoni, kien ħareġ ċirkulari fejn talab biex kemm is-Sibt kif ukoll il-Ħadd jinxtegħlu l-gallariji u t-twieqi, jiżżejnu t-twieqi u l-gallariji bid-damask, filwaqt li l-proprjetarji tal-istabbilimenti u tal-ħwienet intalbu biex jixegħlu s-Sibt filgħaxija. Din it-talba kienet milqugħa fejn ħwienet u terrazzini, gallariji kif ukoll aktar u aktar il-bibien tad-djar tagħhom kienu mixgħula u mżejna. Kien hemm ukoll jidhru ħafna skrizzjonijiet bit-Taljan kontra l-aġir ta’ Bovio u tifħir lil San Pawl. Wieħed seta’ jinnota li Malta kollha u b’mod partikulari l-Belt kienet tidher ħuġġieġa waħda. Fil-ġurnal Risorgimento tat-22 ta’ Lulju, 1895 p.2, insibu Sabato e Domenica, la nostra capitale era una sola fiammata; non un balcone, non una finestra senza un lume, era uno spettacolo commovente. Il-qofol ta’ din ir-riparazzjoni kien it-Tridu li nżamm fil-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl bejn il-Ġimgħa 19 sal-Ħadd 21 ta’ Lulju 1895. Il-knisja kienet imżejna bħalma tkun fil-festa nhar l-10 ta’ Frar jekk mhux aktar. F’dawn it-tlitt ijiem minkejja t-temp sħun li jaf jagħtina s-sajf Malti, l-attendenza tan-nies kienet kbira, saru diversi pellegrinaġġi minn diversi għaqdiet (korpijiet morali) mill-ibliet u rħula mbiegħda. Wieħed minn dawn il-pellegrinaġġi kien dak tal-bniet tal-Istitut Cini fejn intqal li huma kienu grati lejn il-Kaptan

Tifkira li kienet tqassmet ġewwa l-Knisja ta' San Pawl waqt it-Tridu ta' din l-okkażjoni. Ħajr lil Kan. Ġwann Ciarlò.

Biancardi A.D.C. li kien offra li jħallsilhom il-ferrovija biex imorru u jirritornaw lejn il-Belt. Kienu bosta li ppreżentaw bukketti ta’ fjuri, xemgħat u kuruni (talfjuri) quddiem il-vara. Fost il-kuruni kien hemm dawk ta’ ċertu Giovanni Bisazza li ġibdu l-attenzjoni ta’ kulħadd. Dawn, barra li kienu deskritti bħala sbieħ, kienu magħmula minn għażla sabiħa ta’ fjuri li jidher li kienu mill-villa tiegħu stess. Dawn il-kuruni kienu tant kbar u tqal li biex twasslu kellhom jittieħdu fuq żewġ slielem merfugħa minn erba’ persuni. Il-funzjonijiet fil-knisja bdew nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju, fil-ħamsa u nofs ta’ filgħodu b’quddiesa bil-kollokju u tqarbina mill-Kanonku Dun Antonio Vella filwaqt li fid-disgħa ttellgħet quddiesa konventwali kantata magħmula mill-vuċijiet u l-orgni. Wara nofsinhar kien hemm għasar kantat u għas-sitta u nofs kien hemm prietka mill-Prijur Agostinjan Patri Pawlu Zammit, li niseġ diskors studjat għal din l-okkażjoni ad unur u glorja tal-Appostlu San Pawl. Fl-aħħar kien hemm l-innu, antifona u l-Barka sagramentali. L-għada sar kollox bħall-jum ta’ qabel fejn il-quddiesa bil-kollokju saret mill-vigarju kurat il-Kanonku Dun Guliermu Portelli, filwaqt li l-prietka ta’ waranofsinhar saret minn patri Angelo Portelli tal-Ordni tal-Predikaturi. Il-Ħadd kien il-qofol ta’ dan it-Tridu. Il-quddiesa tas-sitta u nofs tqaddset minn Monsinjur Isqof Pace, segwita fid-disgħa b’quddiesa konventwali bħall-jumejn 29


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

L-ikona ta' San Pawl li tinsab ġewwa l-Katidral tal-Imdina

ta’ qabel. Fl-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar kien hemm għasar kantat fejn imbagħad siegħa wara ħarġet il-purċissjoni bil-vara ta’ San Pawl. Kienet purċissjoni kbira u imponenti, deskritta bħala l-akbar waħda li qatt kienet inżammet f’Malta. Inkiteb ukoll li aktar minn tliet kwarti tal-popolazzjoni niżlet lejn il-Belt biex tieħu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ festi. Is-sekwenza fil-purċissjoni bdiet bl-arċikonfraternitajiet ta’ Malta, imbagħad imxew il-Kapuċċini, ilKarmelitani, l-Oservanti Minuri, l-Agostinjani u d-Dumnikani. Imbagħad kien hemm il-kleru u l-kapitlu ta’ San Pawl tal-Belt, il-kapitlu ta’ Birkirkara, Bormla u tal-Birgu. Fil-purċissjoni ħa sehem ukoll l-Arċisqof u Isqof Mons. Pietru Pace. Il-qofol tal-purċissjoni ntlaħaq meta l-vara waslet fin-naħa ta’ fuq ta’ Triq San Pawl fejn l-entużjażmu talpoplu żdied u li kompla sad-dħul talvara ġewwa l-knisja li kien wieħed trijonfali. Kienet espressjoni ta’ poplu lejn dak li dejjem ħabb. Wieħed seta’ jinnota li kien hemm dawl tal-mixegħla ta’ torċi, mixegħla talgassijiet, kuruni u bukketti tal-fjuri, tixjir ta’ mkatar u espressjonijiet bħal “Evviva Missierna San Pawl” u “Viva l-Missier tagħna”. Wara li l-vara daħlet fil-knisja, tkantat l-antifona u 30

L-ikona ta' San Pawl ġewwa Birkirkara fl-1960 waqt il-purċissjoni mill-Katidral talImdina sal-Kon-Katidral ta' San Ġwann fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju Pawlin

ngħatat il-barka, kif ukoll ingħatat ilbenedizzjoni papali konċessa għallokkażjoni. L-orkestra f’dawn it-tlitt ijiem daqqet mużika tas-surmastrijiet Nani bħall-jiem tal-festa. Kemm is-Sibt 20 kif ukoll il-Ħadd 21 ta’ Lulju ħadu sehem diversi baned bl-istandardi tagħhom segwiti b’ħafna nies fit-toroq prinċipali tal-Belt. Fost dawn kien hemm il-Banda The Duke of Edinburgh’s Own li tellgħet programm fi pjazza San Ġorġ waqt li kienet għaddejja l-purċissjoni, il-Banda La Vallette bi programm mużikali fuq palk li kien armat viċin il-knisja, u li beda għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija, I Cavalieri di Malta li għamlet programm fuq palk ieħor li kien armat fil-kantuniera ta’ Triq San Ġwann ma’ Triq San Pawl, kif ukoll il-banda ta’ San Ġorġ ta’ Bormla li kienet imfaħħra minn dawk preżenti għall-preżentazzjoni li tellgħet. Għal din l-okkażjoni ma naqasx ukoll li jinkitbu u jitqassmu innijiet bil-Malti kif ukoll bil-Latin u t-Taljan. F’din ilmanifestazzzjoni l-poplu Malti kien reġa’ kiteb l-istorja tiegħu fejn għal darb’oħra wera evidenza

mill-aktar ċara tal-imħabba u r-rabta soda lejn San Pawl. d

Noti:

Il-ġurnal The Malta Times, 26 ta’ Lulju, 1895 p. 2, jirraporta li l-Kapitlu tal-Kattidral, il-Kapitlu ta’ l-Isla, il-Kapitlu ta’ San Pawl tar-Rabat, kif ukoll il-kappillani u l-arċiprieti ta’ Malta, ma kinux ħadu sehem fil-purċissjoni.

Bibljografija

1. http://www.treccani.it/enciclopedia/ giovanni-bovio_(DizionarioBiografico)/ (15/09/2015) 2. Portafoglio, 4 ta’ Lulju, 1895, p.2, 3. 3. Ibid., 22 ta’ Lulju, 1895, p.2. 4. Ibid., 8ta’ Lulju, 1895, p.1,2. 5. L’Ordine, 25 ta’ Ġunju, 1895, p.2. 6. Ibid., 2 ta’ Lulju, 1895, p.2, 3. 7. Ibid., 9 ta’ Lulju, 1895, p.1, 2. 8. Ibid., 16 ta’ Lulju, 1895, p.3. 9. La Gazetta di Malta, 19 ta’ Lulju, 1895, p.3. 10. Ibid., 20 ta’ Lulju, 1895, p.3. 11. Risorgimento, 13 ta’ Lulju, 1895, p.2. 12. Ibid., 22 ta’ Lulju, 1895, p.2. 13. Ibid., 19 ta’ Lulju, 1895, p.2. 14. Malta Taghna, 17 ta’ Lulju, 1895, p. 1. 15. Ibid., 24 ta’ Lulju, 1895, p.2. 16. The Malta Times, 26 ta’ Lulju, 1895, p.2.


PAVLVS

THE SHIPWRECK 60 A.D. NARRATING THE DISCOVERY OF AN ANCIENT LEAD ANCHOR, EMBOSSED WITH THE NAMES OF THE EGYPTIAN GODS ISIS AND SARAPI(S) ON THE SEABED OFF SALINA BAY ON A SUNDAY MORNING IN APRIL 2005, THIS BOOK ALSO TELLS THE STORY OF THE SEARCH FOR THE REAL SITE OF ST PAUL’S SHIPWRECK IN MALTA. IN THE PROCESS, THE AUTHOR MARK GATT SURPRISES US WITH A NOVELISTIC BUT ACCURATE ACCOUNT OF THE STORM, SHIPWRECK AND LANDING OF ST PAUL IN MALTA. HIS OWN INVESTIGATIONS ON THE SITE OF THE APOSTLE PAUL’S SHIPWRECK IS ALSO HIS OWN QUEST FOR THE SPIRITUAL MESSAGE OF SALVATION IN ST PAUL’S LIFE AND TEACHING EMBODIED IN THE REAL ‘ANCHOR’ OF CHRIST JESUS. AVAILABLE FROM LEADING STATIONERS, BOOKSELLERS AND FROM:

4, CASTILLE PLACE, VALLETTA Trade enquiries: Allied Newspapers Limited – Books Retail/Wholesale Division, ‘Strickland House’, 341, St Paul Street, Valletta. Tel: 2559 4165 Email: pgrech@timesofmalta.com


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Fejn Irridu Naslu

Alan Xerri Direttur tal-Armar

I

l-festa tagħna hi sinonima mad-devozzjoni lejn Missierna San Pawl, mal-briju li kapaċi nagħmlu aħna l-Beltin, kif ukoll mal-armar rikk u eleganti li bih inżejnu t-toroq tal-belt kapitali tagħna fil-jiem tal-festa. L-armar huwa element importanti ħafna fi kwalunkwe festa. Għall-Pawlini Beltin l-armar minn dejjem kien jingħata importanza kbira. Fil-fatt illum, bis-saħħa tal-investimenti u tas-sagrifiċċji li għamlu missirijietna, nistgħu ngawdu ħafna armar antik. Il-festa tagħna hi fost l-aktar festi li għandhom armar antik. Illum aħna niddedikaw ħafna millħin tagħna matul is-sena biex kontinwament nirrestawraw dan l-armar li writna minn ta’ qabilna. Naturalment, miegħu nżidu l-ġdid. Dan l-impenn jirrikjedi li jkollok tim ta’ volontiera li jagħtu ħinhom matul is-sena biex jinħadem armar ġdid u jkun restawrat dak antik. Mingħajr il-volontieri diffiċli biex isir ix-xogħol li fil-fatt isir. Madankollu, dan ix-xogħol ma jirrikjedix biss volontieri li jħobbu l-festa, iżda wkoll nies tas-sengħa li huma kapaċi jaħdmu b’reqqa kbira. Nirringrazzjaw ’l Alla li bħalissa għandna diversi volontieri li jispeċjalizzaw fi snajja’ differenti. Għalina dan mhux biżżejjed. Bħala membri fil-Kumitat Ċentrali talGħaqda, kif ukoll bħala ‘Kummissjoni Armar’, nemmnu li hu dmirna li ninvestu fl-edukazzjoni u t-taħriġ tażżgħażagħ biex fil-futur il-festa dejjem ikollha nies tas-sengħa li kapaċi jagħmlu x-xogħol relatat mal-armar. Għaldaqstant il-priorità prinċipali tal-Kummissjoni Armar għal din is-sena kienet li nħarrġu lil diversi żgħażagħ, li fl-aħħar sena bdew jgħinuna fix-xogħol tal-festa filmaħżen, f’diversi snajja’. Dawn iż-żgħażagħ ingħataw kemm taħriġ teoretiku, kif ukoll dak prattiku, 32

Is-Sur Alan Xerri jitħadded mal-artisti Patrick Keaveney u Khaled Barakeh dwar il-ħidma b'risq il-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl

Is-sessjoni ta' taħriġ fl-induratura mas-Sur Neville Farrugia - parti mill-proġett 'Nagħmlu Festa', organizzat mill-Kummissjoni Armar bil-għajnuna tal-Fondazzjoni Save a Life

Sett pavaljuni mżanżna fi Triq Melita

Ħidma fl-armar b'risq il-Festa


San Aristarku ta' Vincenzo Cremona wara r-restawr

Pedestalli – Xogħol fl-injam li llum isebbaħ Pjazza Reġina

f’numru ta’ snajja’ fosthom flinduratura, fl-irħamar, fit-tfassil u l-isfumar tal-pavaljuni u l-bandalori, u fix-xogħol tal-liedna. Naturalment dawn iż-żgħażagħ komplew bilprattika tagħhom matul is-sena fil-maħżen, dejjem taħt il-gwida u s-superviżjoni ta’ min għandu l-esperjenza fis-sengħa. Dan ittaħriġ kien possibbli permezz tal-għajnuna li l-Għaqda talPawlini rċeviet minn Save A Life Foundation, li hi inizjattiva tal-Onor. Claudio Grech. Bħala parti minn din l-għajnuna organizzajna wkoll ħarġa kulturali b’tema Pawlina għall-membri tal-Għaqda. Aktar kmieni f’dan il-messaġġ aċċennajt għall-armar antik li ħallewlna missirijietna. Matul din is-sena, fil-festi speċjali li ser isiru f’Ġunju li fihom se nfakkru l-1950 Anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl, se nkunu qegħdin inżanżnu restawr ta’ armar li għandu ’l fuq minn 100 sena. Dan l-armar ilu ma jintrama fit-toroq tagħna għal għexieren ta’ snin. Dan l-armar, li llum qegħdin nagħtuh dehra ġdida, se jintrama quddiem ilKnisja Kolleġġjata ta’ San Pawl. Nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk kollha li jgħinuna biex inkunu nistgħu nkomplu ninvestu fl-armar. Partikolarment nirringrazzja lillvolontieri kollha li jgħinuna filmaħżen matul is-sena, lil dawk li jgħinuna narmaw u nżarmaw fil-ġranet tal-festa, dawk il-Kumpaniji li ġentilment jisilfuna l-inġenji

Il-ħidma fil-maħżen mill-membri tal-Kummissjoni Armar

tagħhom, lil dawk li jattendu għallattivitajiet li norganizzaw bħala Kummissjoni, kif ukoll lil dawk li jgħinuna finanzjarjament. Irrid nirringrazzja ukoll lill-President tal-Għaqda u lil shabi kollha filKumitat Ċentrali għas-sostenn li nsibu minn għandhom.

Fl-aħħar nett nieħu din l-opportunità biex nawgura lilkom u lill-familji tagħkom il-festa t-tajba. Nistedinkom ukoll biex fil-jiem talfesta tiġu tgawdu magħna l-aspetti kollha tal-festa ad unur il-Patrun tal-Maltin u l-Għawdxin Kollha, l-Appostlu Missierna San Pawl. d 33


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Lista ta’ proġetti mwettqa din is-sena: 1. Tlestija tat-trofej ta’ quddiem il-Knisja, wara li s-sena ta’ qabel tlesta x-xogħol tal-karpinterija u tal-iskultura fl-injam. Din issena tlestew b’ħidma volontarja fl-irħamar minn Mario Cassar. 2. Restawr tal-istatwa ta’ San Luqa, parti mis-sett ta’ Vincenzo Cremona li jintramaw fi Pjazza Repubblika. Dan ix-xogħol twettaq minn Clive Busuttil. 3. Tkomplija tal-isfumar tal-pavaljuni li jintramaw fi Triq ir-Repubblika minn Charlon Bonello. 4. Tkomplija, b’ħidma volontarja ta' Alan Xerri, fl-isfumar tal-pavaljuni l-ġodda li qegħdin jintramaw fi Triq Melita bit-tema "Missier il-Maltin". Dan il-proġett ġie varat filfesta tal-2016 u kien iffinanzjat u kkoordinat mill-Fergħa Żgħażagħ Pawlini kif ukoll mill-Fergħa Nisa Pawlini. 5. Ħjata minn Bernard Attard tal-kumplament talpavaljuni li jintramaw fi Triq Melita. It-Trofej quddiem il-Kolleġġjata

6. Sett ġdid ta’ tmien bnadar tas-suf li jirrappreżentaw ilLingwi tal-Ordni ta’ San Ġwann meħjutin b’ħidma volontarja minn Marcelle Xerri. Dawn il-bnadar ser jintramaw fuq is-sur bejn Victoria Gate u l-Barrakka ta’ Fuq. 7. Żebgħa u manutenzjoni ta’ tletin arblu li jintramaw f’Misraħ San Ġwann u Misraħ l-Assedju l-Kbir. Dan ix-xogħol sar volontarjament minn Aiden Lapira, Hayden Sciberras, Braydon Gauci taħt ittmexxija tal-President tal-Fergħa Żgħażagħ Pawlini, Glen Attard. 8. Induratura b’lewn id-deheb ta’ tletin labarda li jintramaw fuq l-arbli ta’ Misraħ San Ġwann u Misraħ l-Assedju l-Kbir, Tmienja u għoxrin pum li jintramaw mal-pavaljuni ta’ Triq irRepubblika, kif ukoll it-tlestija tal-kumplament tal-iskultura tat-trofej. Dawn saru minn Aiden Lapira, Hayden Sciberras, Jeremy Agius, Glen Attard, Graziella Abela, Neville Farrugia, Philip Camilleri, Kareem Spiteri u Martina Sciberras. 9. Sett ta’ għaxar labardi ġodda maħdumin fit-torn bl-injam minn Albert Debono għall-arbli li żanżanna fl-2016 fi Triq il-Merkanti. 10. Tnax-il arblu ġdid li se jintramaw fi Triq il-Lvant, 11. Liedna ġdida għal Triq Santa Luċija. Dan ix-xogħol ġie kkoordinat minn Christiana Farrugia blgħajnuna tal-membri kollha attivi fil-maħżen. 12. Restawr tal-istatwa ta’ San Pawl li tinġarr proċessjonalment fil-festa tat-tfal minn Ayrton Sammut. 13. Żewg faldrappi ġodda għall-imraddijiet (liftijiet) li jintużaw biex jittellgħu l-istatwi fuq il-pedestalli waqt il-marċijiet. 14. Restawr ta’ armar antik ħafna li se jiżżanżan f’Ġunju li ġej waqt il-Festi Speċjali tal-1,950 sena anniversarju mill-martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl.

34


Silver Issue Commemorating 450th Anniversary of the City of Valletta 1566 - 2016

Lombard Bank Malta p.l.c. is issuing a limited edition silver ingot to commemorate the 450th Anniversary of the City of Valletta. The ingot is struck in 999.0 Fine Silver being practically the purest possible level of silver content. Each ingot is individually numbered and the issue is limited to a maximum of 2,000 pieces. As per images below 100 grams 999.0 Fine Silver 35mm x 60mm x 4.53mm Brilliant Uncirculated (Proof-like) 2,000 individually numbered Boxed + Certificate of Authenticity €110.00

MO RI

NIO MUN D L IA

PA T

Technical details: Design: Weight: Composition: Dimensions: Condition: Issue limit: Packing: Price (VAT included):

United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization

MO

AG

E

IT

I

N

Reverse

R

(actual size)

E WORLD H

Obverse

NDIAL •

E

PATRIM

O

City of Valletta inscribed on the World Heritage List in 1980

Ingots are available at any of our branches. For online ordering: www.maltacoins.com

Lombard Bank Malta p.l.c.

Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117• Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT

Lombard Bank Malta p.l.c. is listed on the Malta Stock Exchange and is licensed and regulated by the Malta Financial Services Authority as a credit institution and as an investment service.

I enclose cheque (payable to Lombard Bank Malta p.l.c.) for the amount of €_________ covering my order as follows: Name & Surname:

ID. No:

Mobile/Tel No:

Address:

Postcode:

E-mail:

Delivered to my address - please add €7.00 per order.

I will collect from the following Lombard branch: Balzan

Sliema

St. Julians

Qormi (San Bastjan)

Valletta

Victoria Gozo.


Programm tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

Programm tal-Festa – 10 ta' Frar 2017 IL-ĠIMGĦA, 27 TA’ JANNAR

6.00 pm Quddiesa f’ġieħ Sant' Anġela Meriċi għall-membri tal-Istitut Sekulari Sant' Anġela Meriċi. Iqaddes id-Direttur Spiritwali, l-Kan. Kantur Ġwann Borg.

IS-SIBT, 28 TA’ JANNAR

AKKADEMJA KULTURALI PAWLINA

7.15 pm L-Akkademja Kulturali Pawlina ittella' serata kulturali u mużikali fil-Knisja Kolleġġjata.

IS-SIBT, 21 TA’ JANNAR

KONĊELEBRAZZJONI U ĦRUĠ TAL-VARA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA

5.30 pm Rużarju 6.00 pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millArċipriet, Kan. Pen. Vinċenz Borg. Fi tmiem il-Quddiesa, tiġi esegwita l-Antifona Sancte Paule ta’ Mro. Dott. Paolo Nani. Wara l-Konċelebrazzjoni Solenni, isir il-ħruġ talvara ta’ San Pawl min-niċċa akkumpanjata minn innijiet popolari Pawlini u tingħad il-kurunella mill-Kan. Teżorier Ġwann Ciarlò. Isiru diskorsi mill-President ta’ l-Għaqda tal-Pawlini u mill-Arċipriet.

IL-ĦADD, 22 TA’ JANNAR

6.00 pm Quddiesa għas-suċċess tal-Festa. Mistiedna l-helpers u dawk kollha li jgħinu u jarmaw u jżarmaw fil-Knisja.

IT-TNEJN, 23 TA’ JANNAR

6.00 pm Quddiesa bil-priedka mill-Kan. Dillon Bugeja. Mistiedna speċjali l-letturi tal-Kelma t’ Alla.

IT-TLIETA, 24 TA’ JANNAR

Jum il-KaritÀ

6.00 pm Quddiesa bil-priedka mill-Kan. Stefan Galea. Mistiedna l-membri tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karità u l-membri tas-Soċjetà San Vinċenz de Paul.

L-ERBGĦA, 25 TA’ JANNAR

FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL

6.00 pm Quddiesa Solenni bl-omelija ċċelebrata mill-E.T. Mons. Walter M. Ebejer O. P. Isqof Emeritu ta’ Uniao da Vitora Paranà, Brazil.

IL-ĦAMIS, 26 TA’ JANNAR

6.00 pm Quddiesa animata mit-TEEN CLUB u wara adorazzjoni animata millMinistri Straordinarji tat-Tqarbin.

IT-TNEJN, 30 TA’ JANNAR

Jum Marjan

6.00 pm Quddiesa. Mistiedna l-Grupp Kulturali Marjan u l-Legion of Mary.

IT-TLIETA, 31 TA’ JANNAR

Jum l-UnitÀ tal-Parroċċi

6.00 pm Quddiesa. Mistiedna l-Kappillani tal-Parroċċi ta' San Duminku, Santu Wistin u San Publiju flimkien mal-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jippresiedi Rev. Richard Borg Arċipriet tal-Parroċċa San Publiju, il-Furjana.

L-ERBGĦA, 1 TA’ FRAR

6.00pm Quddiesa animata mill-Grupp Karismatiku “Ħniena Divina”. Wara l-Quddiesa titkompla l-laqgħa ta’ talb quddiem Ġesù Sagramentat.

IL-ĦAMIS, 2 TA’ FRAR

Festa tal-Gandlora

6.00 pm Konċelebrazzjoni tal-Gandlora mmexxija mill-W. Rev.mu Kapitlu tal-Kolleġġjata.

IL-ĠIMGĦA, 3 TA’ FRAR

6.00 pm Quddiesa mmexxijja mill-Patrijiet Franġiskani ta’ Santa Marija ta’ Ġesù akkumpanjati mill-Kor Antonjan. 7.30 pm Kunċert Ġenerali tradizzjonali fis-Sede tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Jiżżanżnu sett ta’ marċi ġodda u jindaqqu wkoll innijiet popolari fosthom il-Marcia San Paolo ta’ Maestro Cardenio Botti.

IS-SIBT, 4 TA’ FRAR

FESTA TAT-TFAL

10.00 am Quddiesa għat-tfal fil-Knisja ta’ Sant’ Ursola. Jinqraw poeżiji dwar l-10 ta’ Frar. Wara ssir manifestazzjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Pawl bis-sehem tal-Għaqda Mużikali


Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun. IlManifestazzjoni tgħaddi minn Triq Sant’ Ursola, Triq l-Arċisqof, Triq il-Lvant, Triq San Kristofru, Triq il-Mediterran, Triq San Nikola, Triq San Pawl, Triq it-Teatru l-Antik, Triq il-Merkanti u Triq Santa Luċija. Flaħħar tal-manifestazzjoni, l-istatwa tittella' f’postha fuq il-palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl fost l-entużjażmu tal-partitarji żgħażagh Pawlini. 6.00 pm Quddiesa. Mistiedna speċjali l-koppji miżżewġin. Jinqraw il-wegħdiet tal-miżżewġin. Jiċċelebra il-Kan. ExArċipriet, il-Kan. Alfred Camilleri. 8.00 pm Riċeviment tal-Festa fid-Domus Pauli u preżentazzjoni tal-Premju San Pawl għassena 2016-17 mill-Fergħa Żgħażagħ Pawlini.

IL-ĦADD, 5 TA’ FRAR

PREŻENTAZZJONI TAT-TRABI U TFAL ŻGĦAR Jum l-Għaqda tal-Pawlini

10.00 am Quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet, Kan. Pen. Vinċenz Borg li fiha ssir preżentazzjoni tat-trabi u tat-tfal. 6.00 pm Quddiesa organizzata millmembri tal-Għaqda tal-Pawlini. Jiċċelebra r-Rev. Charles Vella. 8.00 pm Riċeviment mogħti mill-President u l-Kumitat tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.

L-ERBGĦA, 8 TA’ FRAR

IT-TIELET JUM TAT-TRIDU

5.15 pm Għasar Solenni mmexxi millKan. Teżorier Ġwann Ciarlò. 6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Kantur Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa ssir it-tielet priedka tat-Tridu minn Rev. P. Christopher Caruana O. P. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Arċipriet, Kan. Pen. Vinċenz Borg. Wara jsir il-bews tar-relikwa tad-Driegħ Mirakoluż. 7.00 pm Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Pawl Nawfragu bil-parteċipazzjoni tal-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran. Flaħħar tal-marċ, l-istatwa tittella' fuq il-pedestall quddiem il-Barrakka t’Isfel.

IL-ĦAMIS 9 TA’ FRAR

LEJLET IL-FESTA

10.00 am Quddiesa għall-anzjani u għall-morda li fiha jiġi amministrat is-Sagrament talGriżma tal-Morda. Iqaddes l-Ex-Arċipriet Kan. Mons. Alex Cordina. Il-qraba ta’ dawk li huma rikoverati f’xi dar tal-anzjani huma mitluba jġibuhom huma stess.

IT-TNEJN, 6 TA’ FRAR

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

5.15 pm Għasar Solenni mmexxi millKan. Lawrence Zammit 6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Lawrence Zammit. Wara l-Quddiesa issir l-ewwel priedka tat-Tridu minn Rev. P. Christopher Caruana O. P. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-ExArċipriet Kan. Mario Tong. Wara jsir ilbews tar-relikwa tad-Driegħ Mirakoluż. 7.00 pm Brass Band tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’, imtella' mill-Għaqda tal-Pawlini ġewwa s-Sede tal-istess Soċjetà Mużikali fi Triq ir-Repubblika.

IT-TLIETA, 7 TA’ FRAR

IT-TIENI JUM TAT-TRIDU

5.15 pm Għasar Solenni mmexxi millKan. Frans Perici Calascione. 6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Teżorier Ġwann Ciarlò. Wara l-Quddiesa ssir it-tieni priedka tat-Tridu minn Rev. P. Christopher Caruana O. P. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-ExArċipriet Kan. Alfred Camilleri. Wara jsir il-bews tar-relikwa tad-Driegħ Mirakoluż. 7.00 pm Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Pawl fil-Konverżjoni bil-parteċipazzjoni talGħaqda Mużikali Sant’ Elena ta’ Birkirkara. Il-marċ jgħaddi minn Triq il-Mediterran, Triq San Nikola, Triq San Pawl, Triq Santa Luċija u Pjazza L-Assedju l-Kbir. Fl-aħħar tal-marċ l-istatwa tittella' fuq il-pedestall maestuż fost il-briju tal-partitarji.

Programm ta' marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soc. Fil. Naz. 'La Valette' fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, fl-10 ta' Frar 2017

Excellency . . . . . . . . . . . . . . . . . Joseph Azzopardi Golden Jubilee. . . . . . . . . . . . . . Joseph Azzopardi 21st September 1964. . . . . . . . . . . Luigi Bongailas 10th February 1963 . . . . . . . . . . . . Luigi Bongailas Gallant . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Vincenzo Ciappara Sympathy. . . . . . . . . . . . . . . . . Vincenzo Ciappara National Day . . . . . . . . . . . . . . . . . . . John Mamo Margot . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . John Mamo Grandeur . . . . . . . . . . . . . . . . . Emmanuel Bugeja Holiday in Spain . . . . . . . . . . . . . . . John Theuma Twilight Serenade. . . . . . . . . . . . . . . Angelo Pace Lola Flores . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Terik Tucci Pepita Greus . . . . . . . . . . . . . Pascual Perez Chovi San Paolo 31 . . . . . . . . . . . . . . . . . Cardenio Botti Marcia San Paolo nro. 5 . . . . . . . . Cardenio Botti Inno Marcia San Paolo . . . . . . . . . Cardenio Botti Surmast Direttur: Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

5.15 pm Translazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Għasar solenni bis-sehem tal-kor u l-orkestra. 7.00 pm Quddiesa Kantata ta’ lejlet il-Festa mmexxijja minn Mons. Arċisqof Emeritu Paul Cremona O. P. 7.00 pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tasSoc. Fil. Naz. ‘La Valette’ flimkien mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun li jibda minn Triq ir-Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru u Triq il-Mediterran. Fl-aħħar tal-marċ il-Kummissjoni Nar tal-Għaqda tal-Pawlini ittella' spettaklu pirotekniku talart u tal-ajru maħdum mill-Kamra tan-Nar ta' San Mikiel ta' Ħal Lija, mill-Port il-Kbir.

IL-ĠIMGĦA 10 TA’ FRAR

JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL

7.00 am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri O. P. Kappillan tal-Parroċċa ta’ Portu Salvu u San Duminku. 8.00 am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Deo Debono O. S. A. Kappillan talParroċċa ta’ Santu Wistin. Għal quddies tas-7.00 am u tat8.00 am mistiedna s-Superjuri u r-Retturi tal-Knejjes tal-Belt. 9.00 am Jasal l-E.T. Mons Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u l-Eċċ. Tagħha MarieLouise Coleiro Preca, President ta’ Malta. 9.15 am Quddiesa Pontifikali. Jinseġ ilPaniġierku l-Kan. Antoine Borg. 11.45 am Quddiesa letta minn Patri Victor Paul Farrugia O. Carm. 12.00 pm Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Barrakka ta' Fuq fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala Patrun tal-Gżejjer Maltin. 1.00 pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ li jgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq ir-Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl. 3.45 pm Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi millKan. Magister Carmelo Busuttil. 4.45 pm Għasar Kantat. 5.30 pm Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-relikwa tad-Driegħ Mirakoluż. Imexxi l-Kan. Lawrence Zammit. Jakkumpanjaw il-Purċissjoni sad-dħul tal-vara fil-Knisja, is-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat u s-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi. 6.30 pm L-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun tesegwixxi programm mużikali fuq il-palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl. Matul il-purċissjoni, isir akkumpanjament pirotekniku mtella' mill-Kummissjoni

38

Nar fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini. 7.00 pm Stqarrija tal-fidi f' Misraħ San Ġwann immexxija mill-Arċipriet, Kan. Pen. Vinċenz Borg. 9.30 pm Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona u Barka Sagramentali.

IS-SIBT 18 TA’ FRAR

6.00 pm Quddiesa ta’ Ringrazzjament lil Alla u lillAppostlu Missierna San Pawl għas-suċċess tal-Festa. Dħul tal-vara lura fin-niċċa. Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali “Saulus”. Fil-Quddiesa tal-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl minn niċċa u mill-Ewwel Jum tatTridu ‘l quddiem, il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni tal-Maestro Dr Joseph Gatt Ph.D. Fil-21 ta’ Jannar l-orkestra hija fuq stedina tal-Għaqda tal-Pawlini.

IL-ĦAMIS 29 TA’ ĠUNJU

NIĊĊELEBRAW L-1950 ANNIVERSARJU MILL-MARTIRJU TA’ SAN PAWL

9.15 am Pontifikal. Filgħaxija ssir quddiesa segwita b'Purċissjoni bir-Relikwa tad-Driegħ, il-Kolonna tal-martirju u l-vara ta’ San Pawl, li tinżel fil-qalba tal-Parroċċa (l-Arċipierku). Programm dettaljat ikun ippubblikat aktar tard. Nota: Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2018, ser tkun iċċelebrata nhar is-Sibt 27 ta’ Jannar 2018.

NOSTALĠİJA

Festa 1970. Ritratt kollezzjoni Robert Cassar.


free life cover on all personal loans We all have dreams and wishes in our lives to refurbish our home, buy a new car, or enjoy being at sea on a new boat we have always wanted. Make your dreams a reality with a BOV Personal Loan.

your success is our goal

BOV PERSONAL LOANS

2131 2020 I bov.com

All personal loans are subject to normal bank lending criteria and final approval from your BOV branch. Benefit of free life cover applies to a maximum of â‚Ź25,000 per loan, until age 69 or until loan account is closed whichever is the earlier. Terms and conditions apply. Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Ĺťakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Il-Kanonku Dun Ġużepp Francalanza F’għeluq il-mitt sena minn mewtu (1917 -2017)

Winston L. Zammit

Preti, imwaqqaf fl-1664, filKolleġġjata Pawlina 17. Kien attiv f’din is-Sodalità, tant li fl-1912, kien elett bħala Prokuratur Ġenerali għas-snin 1912 – 1914 18.

B.A. (Hons) P.G.C.E. MA

F

ost is-saċerdoti li wettqu l-Ministeru Pastorali filParroċċa ta’ San Pawl tal-Belt Valletta, fl-aħħar snin tas-seklu 19 u fl-ewwel sbataxil sena tas-seklu XX, insibu lillKanonku Dun Ġużepp Francalanza.

Fil-Kolleġġjata Pawlina

Saċerdot

Dun Ġużepp Francalanza ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Mejju 1894 1. Il-Ħadd ta’ wara 3 ta’ Ġunju 1894, iċċelebra l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-Kolleġġjata Pawlina u f’din l-okkażjoni ippriedka bit-Taljan Dun Mikiel Barbara 2. Erbat’ijiem wara, fis-7 ta’ Ġunju 1894, daħal bħala membru fis-Sodalità dei Preti mwaqqfa (1664) fil-Kolleġġjata Pawlina 3. Matul il-ħajja saċerdotali tiegħu li damet biss 23 sena, Dun Ġużepp wettaq il-Ministeru Pastorali, iżda b’mod partikulari permezz talqrar, il-predikazzjoni u l-impenn tiegħu fit-tagħlim tad-dutrina. Fil-qasam tal-qrar, Dun Ġużepp kien jagħmel ġranet sħaħ iqarar ġewwa l-irħula 4. Fil-qasam tal-predikazzjoni Dun Ġużepp kien predikatur stabbilit. Fil-fatt f’dan il-qasam tax-xandir tal-Kelma t’Alla, gazzetta lokali kkumentat hekk dwaru li kien ippriedka minn kwazi l-pulpti kollha tal-knejjes prinċipali talgżira 5. Għall-istorja sejjer insemmi uħud mill-priedki tiegħu. • 1896 Novena, Madonna talKarmnu, il-Belt Valletta 6 • 1902 Priedka (wara nofsinhar) Festa San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta 7 • 1904 Tridu, Nawfraġju San Pawl, il-Belt Valletta 8 • 1914 Ottavarju, Knisja San 40

Pawl, il-Belt Valletta 9 • 1915 Paniġierku, San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ 10 • 1916 Tridu San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta 11 • 1917 Paneġierku, San Bert, Ħal Għargħur 12 Iżda minnbarra li kien jippriedka fil-knejjes prinċipali, kien ukoll jippriedka fil-knejjes tal-vicendi li jkunu mbiegħda mill-knejjes parrokkjali tagħhom mingħajr ebda remunerazzjoni. 13

It-Tagħlim tad-Duttrina

Dun Ġużepp ta wkoll is-sehem tiegħu fil-qasam tat-tagħlim tadduttrina fil-Belt Valletta. Fl-1898, insibu li kellu l-kariga ta Spenditur (inkarigat minn nefqa fl-Istitut tadDutrina mwaqqaf fil-parroċċa ta’ San Pawl 14 u fl-1911 insibu li kien ilu jokkupa din il-kariga għal 12-il sena 15. Iżda minbarra li kellu din il-kariga, insibuh jippriedka lit-tfal tad-Dutrina fl-erba’ istituti oħra tad-Dutrina li kien hemm fi-Belt Valletta, li kienu:- San Ġakbu, Santu Rokku, Il-Pillar u l-Vitorja 16.

Fis-Sodalità Dei Preti

Fis-7 ta’ Ġunju 1894 issieħeb bħala membru fis-Sodalità dei

Dun Ġużepp ta wkoll is-servizz tiegħu fil-kolleġġjata Pawlina. Fl-1899 insibu li kien wieħed miċċeremonier tal-Kolleġġjata Pawlina19 u f’Marzu 1911 ġie nominat Kanonku tal-Kolleġġjata Pawlina minflok il-mejjet Kanonku Dun Amabile Baldacchino 20. Huwa ħa l-pussess ta’ Kanonku nhar id-29 ta’ Diċembru 1914, f’ċerimonja fil-Kolleġġjata Pawlina li tmexxiet mill-Vigarju Ġenerali Mons. Luigi Attard. Għal din iċ-ċerimonja l-Knisja ta’ San Pawl kienet mimlija bin-nies. Kienu preżenti diversi kanonċi tal-Kattidral u tal-Kolleġġjati l-oħra u rappreżentanza ta’ kważi l-komunitajiet reliġjużi l-oħra. Wara l-funzjoni tal-knisja saret ċerimonja oħra fid-dar talKanonku Francalanza. Il-Kanonku Teżorier Dun Edgardo Galea Naudi Direttur tad-Dutrina talParroċċa, flimkien ma’ Dun Pawl Buttigieg, il-Kanonku Orazio Arpa u l-katekisti kollha tal-Istitut tadDutrina tal-parroċċa ppreżentaw salib petturali tad-deheb, lillKanonku Francalanza. Għal diversi snin ħaddiem fl-opra tad-Dutrina, u wara wieħed mit-tfal tad-Dutrina qralu indirizz, li għalih irrisponda l-Kanonku l-ġdid. Imbagħad ittfal kantaw Innu, kliem ta’ Dun Pawl Vella M.A.D.D. u mużika ta’ Maestro Salvatore Scicluna 21.

Iċ-ċentinarju tal-Editt ta’ Milan

Fl-1913, ħabat l-1600 anniversarju tal-Editt ta’ Milan (313) li permezz tiegħu l-Imperatur Kostantinu ta l-libertà lill-knisja wara żmien twil ta’ persekuzzjoni. F’din l-okkażjoni bejn il-11 u l-14 ta’ Settembru 1913


10 ta' Frar 2017

saru festi fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fil-Belt Valletta. Għal dan il-għan twaqqaf Kumitat Ġenerali, u Dun Ġużepp Francalanza kien is-Segretarju tiegħu. Il-festi saru u Dun Ġużepp ġie deskritt bħala “L’ anima ta’ dawn il-festi” 22.

bkietu l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni għax tilfet il-veru ħabib ta’ qalb tajba. Bkietu l-kolleġġjata tal-Belt għax tagħha sa minn ċkunitu kien żelatur u veru ħabrieki” 23. d

Fl-24 t’Awwissu 1917, ħabtet il-festa ta’ San Bartilimew titular tal-parroċċa ta’ Ħal Għargħur, u Dun Ġużepp ġie mistieden biex jagħmel il-paniġierku u l-purċissjoni. Għalkemm indispost minn tlitt ijiem qabel, filgħodu mar u għamel il-paniġierku, iżda m’aċċettax li jagħmel il-purċissjoni. Wasal lura l-Belt Valletta iżda qabel ma laħaq wasal lura d-dar, tagħtu puplesija u miet fit-triq ikkonfortat bis-Sagramenti Mqaddsa.

1. J. Calleja Ordinazzjonijiet Saċerdotali (1800 – 2000) Malta (2001) p.36. 2. Tagħrif fil-pussess tal-awtur. 3. Serie dei Moderatori e Segretarii Veneranda Sodalità dei Preti della Città Valletta eretta 1664 p.8. 4. Is-Salib 19-111-1911 p.3. 5. Malta 8-11-1916. 6. Malta Tagħna 21-V11-1896. 7. Devot ta’ Marija Frar 1902 p.42. 8. Malta Tagħna 20-111-1904. 9. Ibid 7-11-1914. 10. Ibid 2-V111-1915. 11. Ibid 19-11-1916. 12. La Diocesi 7-1X-1917 p.138. 13. Is-Salib 19-111-1911 p.3. 14. Malta Tagħna 8-V1-1898.

F’mewtu gazzetta lokali ikkumentat hekk dwaru “Bkewh ħutu għax kien l-għaxqa tagħhom u

Referenzi:

15. Is-Salib 19-111-1911 p.3. 16. Ibid. 17. Serie dei Moderatori e Segretarii op. cit. p.8. 18. Ibid p.15. Fl-1912, ġie ikkonfermat fil-kariga ta’ Prokuratur Ġenerali għal ħames darba. (Ara IsSalib 19-111-1911 p.3). 19. Guida Generale di Malta e Gozo 1899 p.118. 20. Is-Salib 19-111-1911 p.3. 21. Malta 31-X11-1914 p.2, Malta Tagħna 2-1-1915. 22. Malta 27-V-1913, 13-V11913, 17-1X-1913. 23. Malta Tagħna 1-1X-1917, La Diocesi 7-1X-1917 p.138.

Nota Editorjali

Dun Ġużepp Francalanza kien ukoll prokuratur tal-fratellanza ta’ San Mikiel. Kien bil-ħidma u l-għaqal tiegħu li saret waħda mill-isbaħ opri, dik tal-kappella ta’ San Mikiel. Referenza:-Is-Salib, 17 ta’ Frar 1912 p.2; Ibid 15 ta’ Frar 1913, p.3; Malta, 9 ta’Frar 1912 p.2.

Hekk Kien Miktub Għalxejn Ħabbtu l-ħalel, u l-maltemp il-ġifen kisser, xejn u ħadd ma jista’ jifhem, u l-ħsieb t’Alla jmur ifisser.

Hekk kien imnebbaħ Pawlu, Kien hemm bżonn jaħbtu ma’ gżira, Biex f’Malta skond il-pjan t’Alla, Ħallielna l-isbaħ tifkira. Tifkira mfakkar kull sena, meta jaħbat l-għaxra ta’ Frar, bir-raġun għal Malta tagħna, tibqa’ għalina festa mill-kbar. Pawlu Mifsud

Ritratt kollezzjoni Doreen Saliba

41


Munster Tabula Africae 1540

Il-Mappa ta’ Sebastian Münster tal-1540 Joseph Schirò

Il-wasla tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f ’Malta fl-1530, kien episodiku għall-gżejjer ta’ Malta, iżda kien l-Assedju l-Kbir mit-Torok tal-1565, li poġġa lil Malta fil-mappa Ewropea. Id-difiża u r-rebħa kontra l-madmad tal-mislem Tork kienet tant strateġika, li l-pajjiżi Ewropej bdew isejħu lil Malta Propugnaculum Europae, jigifieri it-tarka ta’ l-Ewropa għax kellha tkun din ir-rebħa kbira li rażżnet l-avvanz tar-rebħiet kbar li kienu kisbu l-Ottomani fl-Ewropa u l-Mediterran. Madanakollu, l-importanza tal-gżejjer Maltin fl-Ewropa tmur lura ħafna aktar qabel, prinċipalment minħabba l-kult li kien jeżisti fuq San Pawl, missier il-Maltin. Il-mappa

T

eżisti mappa li għandha għamla trapeżojdali, minflok kwadra kif naraw is-soltu, li turi t-Tramuntana tal-Afrika fejn jidhru partijiet mit-Tuneżija u l-Libja, u parti millMediterran fejn wieħed jista’ jara lil Sqallija, u biċċa zgħira mill-Italja. Turi wkoll il-gżira ta’ Malta msejħa 42

Melita, Għawdex imsejħa Glaucon u Kemmuna bl-isem ta’ Cossira. Malta tidher ukoll imdawra mill-gżejjer imsemmija Iunonis templu [m], u Herculis templu[m]. Dawn it-tempji ta’ Ġunone u Erkole kienu fuq il-gżejjer ta’ Malta iżda bi żball ta’ interpretazzjoni ta’ dak li kien kiteb Tolomew, meta kienu jpinġu l-mappa talMediterran u juru l-gżejjer Maltin, kienu juru t-tempji bħala gżejjer. Claudius Ptolomaeus (c.110-c.170 AD)


10 ta' Frar 2017

kien matematiku, astronomu, astrologu u kartografu, u kien kiteb trattat fuq il-ġeografija fejn iddeskriva l-għarfien kollu li kien jaf fuq id-dinja ta’ dak iż-żmien. Għalkemm qatt ma pinġa mapep, oħrajn warajh bdew jistampaw mapep ibbażati fuq dak li rrakonta Tolomew. Wieħed minn dawn in-nies kien Sebastian Münster. Il-professur Münster, li għamel din il-mappa, iddomina l-pubblikazzjoni kartografika matul nofs is-seklu sittax u hu ġeneralment meqjus bħala wieħed minn tlieta li fasslu l-aktar mapep importanti fisseklu sittax, flimkien ma’ Abraham Ortelius (15271598) u Gerald Mercator (1512-1594). Huwa kien lingwista u matematiku, li fil-bidu kien jgħallem l-Ebrajk f’Heidelberg. L-ewwel mappa tiegħu li ħareġ, kienet tal-Ġermanja fl-1529, wara li kien ħareġ sejħa għall-informazzjoni ġeografika dwar il-Ġermanja lil skulari madwar il-pajjiż. Ir-rispons kien aħjar milli kien mistenni u għalhekk bil-materjal ġdid, għalkemm mhux neċessarjament preċiż, ħareġ il-ktieb tiegħu talġeografija fl-1540, fejn insibu din il-mappa tant sabiħa. Il-mappa li hi stampata minn mamma mnaqqxa fl-injam u mhux minn inciżjoni fir-ram, jisimha APHRICAE TABULA II. Fir-rokna, fuq in-naħa tax-xellug, magħluqa ġo gwarniċ, insibu lista talismijiet tal-bliet kollha li nsibu fil-mappa, f’ordni alfabetiku. Il-mappa m’għandha ebda boxxla biex tagħti d-direzzjoni tagħha iżda qiegħda tipponta lejn it-tramuntana. Hija mdawra b’bordura gradata biex tkun tista’ ssib l-posizzjoni tal-bliet u postijiet oħra.

ta’ Malta (Melita) u fil-fatt San Pawl jidher jgħum fl-ilma. L-illustrazzjoni tal-għarqa hija reminixxenti ferm ta’ minjaturi medjevali u l-figuri b’idejhom flajru jidhru li qegħdin jinvokaw l-intervent Divin. San Pawl fil-pruwa tal-ġifen jidher li qiegħed iwassal il-messaġġ li m’għandhomx għalxiex jibżgħu għax kulħadd se jilħaq l-art. Il-ġifen, bil-qlugħ u l-arblu mkisser, huwa mpinġi proporzjonalment żgħir ħdejn il-figuri, u dan huwa simbolu li l-bniedem huwa iżjed importanti mill-ġid materjali li jista’ jkollu. Il-kult ta’ San Pawl kien sab appell wiesa’ fis-sentiment Kristjan fl-Ewropa, u l-kartografu Abraham Ortelius kien dejjem juri, mingħajr eċċezzjoni, n-nawfraġju ta’ San Pawl, fil-mapep li għamel ta’ Malta. d

Bibljografija

1. Scott, Valerie [ed.] (1999-2004). Tooley’s Dictionary of Mapmakers, 4 vol., verżjoni riveduta, Londra. 2. Vladimiro Valerio & Santo Spagnolo (2013), Sicilia 1477-1861: la collezione Spagnolo-Patermo in quattro secoli di cartografia, Sqallija, 119−121. 3. Ganado, Albert & Joseph Schirò (2016). The Pre-Siege Maps of Malta: second century AD – 1564, Malta. 4. Ganado, Albert (2002).‘Saint Paul’s Shipwreck in European cartography’, Melitensium Amor: Festschrift in honour of Dun Ġwann Azzopardi, Toni Cortis, Thomas Freller, Lino Bugeja [ed.], Malta, 359-376.

L-ewwel edizzjoni ta’ din il-mappa ġiet stampata f’Basilea, il-Ġermanja mill-pubblikatur u stampatur Henrich Petri fl-1540 u tinsab fil-ktieb li ismu sħiħ huwa GEOGRAPHIA VNIVERSALIS VETVS ET NOVA, COMPLECTENS CLAUDII PTOLEMAEI ALEXANDRINI E NARRATIONIS Libros VIII . Din l-edizzjoni ta’ Münster fiha 48 mappa li jinfetħu f’paġna doppja. Kull mappa għandha, fuq wara, deskrizzjoni qasira. In-nofs xellugi ta’ wara ta’ din il-mappa huwa vojt u fuq in-nofs tal-lemin hemm id-deskrizzjoni tal-orjentazzjoni u tal-pożizzjoni tal-postijiet varji, inkluż insula Melita (Malta). Din id-deskrizzjoni hija magħluqa ġewwa gwarniċi elaborati, li jingħad li saru mit-tifel tal-artist Hans Holbein (1498-1543). Din l-edizzjoni għandha l-paġni mingħajr numerazzjoni iżda hemm edizzjonijiet oħra li ġew stampati wara, bil-paġni 964/965 stampati fir-rokna ta’ fuq fix-xellug u fil-lemin rispettivament. Il-kitba fuq il-wara tal-mappa ta’ dawn l-edizzjonijiet li ġew wara, m’hix magħluqa fil-gwarniċi, bħal ma nsibu fl-ewwel edizzjoni.

In-nawfragju ta’ San Pawl

Din il-mappa hija ta’ interess partikolari għallMaltin minħabba x-xena tal-għarqa fil-parti tal-lvant tal-immaġini li hija kbira u dekorattiva ħafna. Ix-xena drammatika tiddeskrivi n-nawfraġju ta’ San Pawl Appostlu, il-qaddis patrun ta’ Malta, ħdejn il-kosta

Sebastian Münster. Ritratti b'ħajr lill-awtur.

43


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

L-Istorja tat-trasferimenti tas-Sede Ġenerali tas-Società Filarmonica Nazionale “La Valette’’ fil-Belt Valletta Il-Każin f’Misraħ Kastilja u fi Triq Alessandro

Kanonku Ġwann Ciarlò B.A., Lic. D.

L

-istorja twila u glorjuża tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette taf il-bidu tagħha lis-Sur Pawlu Darmanin, partitarju akkanit talfesta tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Imħeġġeġ mill-entużjażmu ta’ għadd ta’ żgħażagħ Pawlini, akkaniti kbar tal-festa, huwa fetaħ it-triq biex jingħata bidu għat-twaqqif ta’ Banda Mużikali fil-Belt biex tieħu sehem fiċċelebrazzjonijiet esterni tal-festa tanNawfraġju ta’ San Pawl fl-10 ta’ Frar. Kien fis-16 ta’ Ottubru, 1874, li bdiet il-ħidma biex titwaqqaf ilBanda ġdida. Wara li saru t-tħejjijiet meħtieġa, ħamsa u tletin żagħżugħ belti ntrabtu b’att pubbliku quddiem in-Nutar Giovanni Pullicino li mhux biss li jitgħallmu jdoqqu u jattendu regolarment għallkunċerti, iżda wkoll li jagħmlu tajjeb huma stess għall-ispejjeż meħtieġa fit-twaqqif tal-Banda. Bil-ħeġġa u l-qlubija taż-żgħażagħ dilettanti, f’inqas minn sena, ilBanda waslet biex tagħmel l-ewwel debutt tagħha b’suċċess kbir f’serata ta’ benefiċenza fit-Teatru Manoel. Wara li l-Banda kompliet timxi ’l quddiem, kien fi Frar tal-1876 li fost il-ferħ kbir tal-Pawlini, ħadet sehem għall-ewwel darba fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

Il-Każin fi Triq Punente u Triq Marsamxett

Aktar ma l-Banda bdiet tagħmel progress u żżid fil-popolarità, aktar beda jinħass il-bżonn li l-Banda jkollha każin tagħha mhux biss għall-kunċerti, li sa dak iż44

Il-post fejn kien jinsab il-Każin tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette f'Triq San Ġwann fl-1911

żmien kienu jsiru f’dar privata, iżda wkoll fejn l-ammiraturi talBanda setgħu jiltaqgħu u jagħmlu dak kollu li kien meħtieġ għallorganizzazzjoni aħjar tal-Banda. Wara ħafna taħbit, il-Banda jew aħjar is-Soċjetà Mużikali li sadattant bdiet tissejjaħ Società Filarmonica La Valette, irnexxielha tiftaħ l-ewwel każin tagħha fi Triq il-Punent. Biż-żmien, aktar mas-Società Filarmonica kompliet tkabbar il-ħidmiet tagħha, aktar beda jinħass il-bżonn li jinstab post aktar adattat għas-Società. Wara ħafna taħbit, instabet dar kbira fi Triq Marsamxett. F’dan il-każin ġdid, is-Società għallewwel darba kellha post adattat u komdu fejn setgħu jiltaqgħu l-bandisti għall-kunċerti kif ukoll is-soċi biex jilagħbu u jqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ flimkien.

Iżda ma għaddiex żmien wisq li beda jinħass il-bżonn li jinstab xi post aktar ċentrali tal-Belt. Fil-fatt, kien matul is-sena 1880 li l-Każin ġie ttrasferit f’dar kbira fi Pjazza Reġina, illum Misraħ Kastilja, kantuniera ma’ Triq Sant Ursola. Din id-dar ma damitx ma ġiet irranġata, imsebbħa u fornuta b’dak kollu li kien meħtieġ. Maż-żmien din id-dar kbira li għal kważi tmien snin serviet bħala l-Każin ta’ La Valette, bdiet isservi bħala Officers’ Mess tal-RAF. Kien biss ftit snin ilu, li din id-dar twaqqgħet u flokha llum tela’ l-bini tal-uffiċċji tal-Gvern. Kien f’seduta tal-Kumitat fl-14 ta’ Ġunju 1898 li tressqet mozzjoni biex tinstab dar ġdida bħala sede għas-Società. Fil-fatt ma għaddiex żmien wisq li nstabet dar kbira fi Triq l-Ifran. Għalkemm iddeputati mqabbda mill-Kumitat kienu diġà waslu biex jikkonkludu l-ftehim dwar il-kundizzjonijiet dwar il-kiri tad-dar, dan il-ftehim baqa’ ma seħħx. Bdanakollu l-Kumitat baqa’ sejjer bil-ħidma tiegħu biex jinstab post ieħor. Wara ħafna taħbit, instabet dar adatta fi Triq Alessando, numru 27. Din it-triq kienet tiġi fuq Putirjal mad-daħla tal-Belt, iżda llum dan il-post ma għadux jeżisti minħabba r-rikostruzzjoni tal-inħawi ta’ Putirjal. Kien fid-19 ta’ Ġunju, 1899 li saret l-ewwel seduta tal-Kumitat fis-sede l-ġdida tiegħu fi Triq Alessandro.

Il-Każin fi Triq San Ġwann

Aktar ma s-Società kompliet tkabbar l-attivitajiet mużikali u


10 ta' Frar 2017

l-ħidmiet varji tagħha, il-Kumitat aktar beda jħoss li l-każin fi Triq Alessandro kien sar żgħir għasSocietà. Kulħadd kien iħoss li s-Società kien jixirqilha post akbar u isbaħ. Kien fi Frar tal-1911 li l-Kumitat irnexxielu jikri dar kbira fi Triq San Ġwann, numru 11 fejn kien hemm il-Cumberland Hotel. Il-Kumitat ma damx wisq li ma ttrasferiex il-Każin għal din id-dar kbira u spazjuża wara li sarulha l-arranġamenti kollha meħtieġa. Wara li l-Każin ġie inawgurat, f’ġurnal lokali ta’ dak iż-żmien inkiteb li dan kien Każin eleganti u lussuż li seta’ liberament iħabbatha mal-isbaħ każini fl-ibliet tal-kontinent. Wara li s-Società għamlet użu għal tlettax-il sena sħaħ minn dan il-Każin li ra tant ċelebrazzjonijiet storiċi u importanti, fis-seduta talKumitat tad-29 ta’ Ottubru, 1923, il-President ta’ dak iż-żmien l-Onor. Dr Ugo P. Mifsud ġibed l-attenzjoni tal-membri fuq il-ħtieġa li jinstab post akbar u aktar ċentrali minn dak li kellu biex jittrasferixxi l-Każin fih.

Il-Każin fi Triq Irjali (illum Triq ir-Repubblika)

Il-Kumitat ma damx wisq li sar jaf b’dar kbira fi Triq Irjali (illum Triq ir-Repubblika) li kienet magħrufa bħala Manchester House, li kienet se titbattal. Din id-dar kbira, jew aħjar palazz spazjuż b’arkitettura imponenti fil-qalba tal-Belt Valletta li meta nbniet kienet id-dar ta’ waħda mill-familji nobbli Maltin, fl-1897 kienet ittieħdet minn waħda mill-aktar ditti kummerċjali magħrufa mad-dinja f’dak iżżmien, id-ditta Ingliza Junior Army and Navy Stores Ltd. Fil-fatt din kienet departmental store li fih wieħed kien isib minn kollox. Il-Kumitat kien pront waqqaf kummissjoni ta’ tliet membri li waslu fi ftehim mas-Sur William Gollcher li kellu f’idejh il-kiri ta’ din id-dar. Wara li s-Seduta Ġenerali tat l-approvazzjoni tagħha għal dan il-ftehim, sar il-kiri ta’ din

Monsinjur Ġużeppi Mercieca imexxi quddiesa konċelebrata fil-Każin fl-okkażjoni talfesta tal-Qalb ta' Ġesù

is-sede l-ġdida. Il-post ma damx wisq li ma ġie irranġat, imbajjad u mmobiljat. Mill-ewwel imbagħad bdew it-tħejjijiet għall-inawgurazzjoni tiegħu li kienet se taħbat preċiż mal-għeluq tal50 anniversarju mitwaqqif tas-Società.

L-inawgurazzjoni tassede l-ġdida saret is-Sibt 18 ta’ Ottubru 1924 filgħaxija. Għall-ftuħ tal-Każin il-ġdid li kien imżejjen għall-okkażjoni, kienu preżenti ħafna mistednin distinti, fosthom Ministri tal-Gvern, Senaturi u Deputati, l-Isqfijiet Maltin, Monsinjuri u Kanonċi, awtoritajiet tal-Militar u tan-Navy, rappreżentanti ta’ diversi korpi kostitwiti u soċi tas-Società. Iċ-ċerimonja bdiet bil-qari ta’ indirizz mill-President, l-Onor. Dr. Ugo Mifsud u wara sar it-tberik tal-Każin minn Mons. Isqof Dom. Mauru Caruana, li wara li qal it-talba, kompla jbierek is-swali kollha tal-Każin. Waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, sar ukoll ilkxif tal-lapida kommemorattiva li għadna naraw sallum u fl-aħħar sar riċeviment għall-mistednin kollha. L-għada l-Ħadd saret Quddiesa Solenni fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl mill-Arċipriet Kan. Dun Pawl

Dehra tal-Każin minn barra fi Triq irRepubblika meta kien għadu f'idejn id-ditta Ingliża Junior Army and Navy Stores Ltd.

Agius fil-preżenza tal-membri talKumitat u ta’ għadd kbir ta’ bandisti u soċi. Wara l-Quddiesa saret ilKonsagrazzjoni tal-Każin lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u fl-aħħar tkanta Te Deum ta’ ringrazzjament. d

Bibljografija

Ref. Kan John Ciarlò, ‘’La Valette’’, Soċjetà Filarmonika Nazzjonali, L-Ewwel Mitt Sena Storja

45


MIEGHEK DEJJEM U KULLIMKIEN

Valletta

173, Triq l-Ifran

T: +356 2723 2666 | insurance@gasanmamo.com | gasanmamo.com GasanMamo Insurance Ltd. hi awtorizzata mill-MFSA.


10 ta' Frar 2017

Il-Kitba Apokrifa u Missierna San Pawl Silvio Cutajar B.Ed (Hons)

K

itba li hi meqjusa bħala Apokrifa tkun aktarx ta’ awtentiċità dubjuża, anonima, b’kontenut nieqes jew falz. Fil-kuntesti reliġjużi, din ilkwalità ta’ kitba ma tkunx approvata bħala li taqbel mal-kanoni stabbiliti mill-Knisja matul iż-żminijiet u li bihom kitba tista’ tiġi magħduda bħala parti mill-Iskrittura Mqaddsa. Kitba Apokrifa ma tkunx meqjusa bħala ta’ valur reliġjuż u ma tista’ qatt isservi bħala riferenza għat-tagħlim tad-duttrina Kattolika. Minkejja dan, il-kitbiet Apokrifi jistgħu jitfgħu dawl, l-aktar fejn jidħlu tradizzjonijiet u folklor li għandhom għeruqhom fiż-żminijiet bikrija tal-Knisja. Hemm gradi differenti ta’ kitbiet Apokrifi. Xi testi sħaħ kienu mitlufa u nstabu wara sekli twal. Partijiet minn testi oħrajn jeżistu permezz ta’ kwotazzjonijiet jew referenzi f’kitbiet terzi filwaqt li oħrajn għad baqa’ biss l-isem tagħhom li twassal għandna mill-istorja u t-tradizzjoni.

L-Ittra lin-nies ta’ Laödiċija

Għal snin twal kienet teżisti l-fehma li l-Epistola ta’ San Pawl linnies ta’ Laödiċija kienet aktarx Ittra tal-Appostlu missierna li ntilfet matul is-sekli. Kien maħsub li tissemma f’referenza fl-Ittra lill-Kolossin meta l-Appostlu jħeġġeġ li jsir skambju tal-ittri li hu kiteb liż-żewġt ibliet: “Meta tkunu qrajtu din l-ittra, ħudu ħsieb li jaqrawha ukoll filKnisja ta’ Laödiċija, u intom taqraw l-ittra ta’ Laödiċija.” Kolossin 4:16 Matul is-sekli saru bosta attentati sabiex jinkitbu ittri li jimlew dan ilvojt. L-istudjużi llum huma kollha talfehma li dawn kienu foloz u bla ebda bażi. L-aktar waħda popolari kienet dik tas-segwaċi ta’ Markjon, li fit-tieni seklu kien jippriedka ġewwa Ruma u aktar tard ġie meqjus bħala eretiku. Kellu tagħlim li fih kien jistqarr lil Kristu bħala s-Salvatur mibgħut minn

Alla u lil Pawlu bħala l-Appostlu prinċipali tiegħu billi kien hu li fetaħ il-Knisja beraħ għall-Ġnus kollha. Test ieħor użat biex jimla l-vojt ta’ din l-Epistola kien jidher qisu adattament ta’ tagħlim li Pawlu kien kiteb f’ittri oħrajn, fosthom dik lil Filippin. Aktarx li dan kien attentat biex dak li kitbu d-dixxipli ta’ Markjon jiġi mistur. Min-naħa l-oħra, it-teologu Ippolitus li kien jgħix f’Ruma fit-tieni u t-tielet seklu, isostni li din l-ittra lin-nies ta’ Laödiċija qatt ma eżistiet iżda kienet biss addattament ta’ ittra miktuba qabel, aktarx dik lill-Efesin. Studjużi oħrajn tennew l-istess idea billi sostnew li l-Ittra lill-Efesin kienet speċi ta’ enċiklika li kellha tinqara fil-knejjes kollha tal-madwar. Matul is-sekli, bosta verżjonijiet tal-Bibbja kellhom fihom din l-ittra. L-eqdem fost dawn kienet il-verżjoni tal-Bibbja miktuba minn Vittorju ta’ Kapwa fis-sena 546 W.K. Ġiet imsemmija saħansitra mill-Papa Girgor il-kbir minħabba li l-aktar li kienet popolari kien fil-verżjonijiet Ingliżi tal-Bibbja. Però, il-fatt li qatt ma kienet preżenti f’verżjonijiet Griegi u li San Ġlormu sa mis-seklu erbgħa ddeskriviha “bħalha mwarrba minn kulħadd”, baqgħet dejjem dubjuża. Fuq kollox il-kontenut ma kien fih xejn oriġinali bħala tagħlim. L-ittra kellha madwar 20 vers u dehret l-aktar bejn is-sitt u t-tnax-il seklu. L-aktar spjegazzjoni komuni llum hi li l-ittra qatt ma eżistiet. Aktarx li Pawlu kien jiddetta l-ittri lil skriba, iżda lejn tmiem il-messaġġ kien jikkonkludi b’paragrafu miktub minnu nnifsu. Għaldaqstant il-kliem “l-ittra ta’ Laödiċija” jista’ jirreferi għall-post fejn inkitbet l-ittra, u mhux għal ittra maħsuba għal dik il-belt.

L-Apokalissi ta’ San Pawl

L-Apokalissi ta’ San Pawl hi kitba ta’ natura apokrifa ukoll. Oriġinarjament inkitbet bil-Grieg. F’xi manuskritti tissejjaħ bħala

Ikona ta' San Pawl

‘L-Viżjoni ta’ Pawlu’ (Visio Pauli) jew ‘L-Assunzjoni ta’ Pawlu’. Dan il-ktieb serva sabiex matul l-ewwel snin tal-Knisja, fassal l-ideat tal-Insara marbuta mal-ħajja wara din id-dinja. Jeżisti ukoll L-Apokalissi ta’ San Pawl ta’ kitba Kopta. Għalkemm kien ġie kkwotat minn bosta Santi Padri, dan il-ktieb kien intilef mal-medda tas-snin. Iżda fl-aħħar instabet kopja fil-Kodiċi ta’ Nag Hammâdi, kollezzjoni ta’ kotba Bibliċi (fosthom verżjonijiet tal-Evanġelji ta’ Tumas u Filippu), li ġiet skoperta fl-Eġittu bejn l-1945 u s-snin 70. Ħarġu minn idejn kittieba Anjostiċi, jiġifieri awturi li l-kitbiet tagħhom kienu maħsuba sabiex iseddqu l-imħabba lejn dak li hu ta’ natura spiritwali filwaqt li jkerrħu u jikkundannaw b’mod estrem dak li hu materjali. L-Apokalissi ta’ San Pawl hu bażikament addattament u kitba aktar dettaljata tal-Apokalissi ta’ San Pietru. Fih hemm deskritt il-vjaġġ ta’ Pawlu bl-għajnuna ta’ Kristu, lejn il-ġenna f’livelli differenti ta’ qdusija u fl-infern. Fid-daħla ta’ dan il-ktieb hemm deskrizzjoni tal-ħolqien kollu li jinvoka lil Alla sabiex ipatti għaddnub tal-bniedem. Fil-konklużjoni tal-ktieb, l-awtur jikteb kif Pawlu jirnexxilu jipperswadi lil Alla sabiex kull nhar ta’ Ħadd, jum il-Mulej, 47


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

mgħawġin u b’irkubbtejn sporġuti, għajnejn kbar imċajpra bl-għajja, b’ħuġbejn li jiltaqgħu flimkien u mnieħer tawwali u mgħawweġ. Minkejja dan, hu kellu bixra ta’ raġel b’saħtu, mimli grazzja u karattru li jsaħħar. Kellu ukoll difett fiżiku, aktarx fis-sinsla, li kien jagħtih uġigħ spiss u dehra inklinata.

Affresk fuq ħajt fil-grotta ta' San Pawl ġewwa Efesu fejn diġà kien hemm devozzjoni sa mill-ewwel seklu wara Kristu. L-Affresk juri lil San Pawl ma' Santa Tekla u hi l-eqdem xbiha tal-qaddisin flimkien

Alla jikkonċedi ħelsien mill-pwieni lil dawk fl-infern. Il-ktieb jagħti stampa ċara tal-għan tal-vjaġġ ta’ Pawlu u jservi ta’ xhieda ta’ x’jiġri minn persuna ġusta u oħra ħażina wara l-mewt. Il-kontenut hu ta’ bixra morali u juri li s-suppervja hi l-oriġini tal-ħażen. Fil-kitba, il-ġenna hi deskritta bħala l-veru ‘art li tnixxi ħalib u għasel’. L-infern (Tartarus) hu mimli xmajjar ta’ nirien u silġ għal dawk mingħajr mogħdrija f’qalbhom. Jitkellem ukoll fuq xi anġli li saru ħżiena. Dawn kienu Temeluchus, l-anġlu tan-nar ħajjen u sħabu t-Tartaruki, li b’id waħda kienu jifgaw lil dawk ikkundannati għall-infern, u bl-oħra kienu jġorru furkettun bi tliet ponot. L-Apokalissi ta’ San Pawl hu maqsum f’kapitli: • Ir-revelazzjoni • Il-kundanna tal-ħolqien għall-bniedem ħażin • Id-diskors tal-Anġli fuq il-bniedem • Il-mewt u l-ġudizzju talerwieħ tajba u ħżiena • L-ewwel dehra tal-ġenna • L-infern u t-talba ta’ Pawlu lil Alla biex jagħti solliev lill-erwieħ • It-tieni viżjoni tal-Ġenna Teżisti ukoll, f’manuskritt Etjopiku, verżjoni ta’ dan ilktieb fejn il-protagonista hi l-Madonna minflok San Pawl.

L-Atti ta’ San Pawl

L-Atti ta’ San Pawl hija kitba li oriġinalment kienet fil-lingwa Griega u aktarx inkitbet lejn is-sena 160 W.K. Dan hu msaħħaħ mill48

fatt li Tertulljan ta’ Kartaġni (160 W.K.-230 W.K.), wieħed mill-ewwel teoloġi tal-knisja, isostni li l-Atti ta’ Pawlu kienu kitba ta’ ftit qabel żmienu. L-Atti huma xogħol ta’ Leucio Carino, dixxiplu ta’ Ġwanni l-Evanġelista, li kiteb ukoll l-Atti ta’ Pietru, Ġwanni, Indrì u Tumas. Ta’ din il-kitba oriġinali teżisti parti minn kopja miktuba fit-tielet seklu. Tertulljan innifsu qies din il-kitba bħala eretika minħabba li fiha n-nisa kienu jiġu mħeġġa jippridkaw u jgħammdu. Ippolitu ta’ Ruma, teologu tat-tielet seklu u li skond il-leġġenda ġie kkonvertit minn San Lawrenz, kien iqis din il-kitba bħala waħda ortodossa. Iżda meta l-Atti bdew jintużaw fit-tagħlim tal-Manikeiżmu, tagħlim li kien ibbażat fuq idduwaliżmu bejn id-dinja tat-tajjeb u d-dawl kontra d-dinja tad-dlam u l-ħażin, l-Atti ta’ Pawlu bdew jiġu kkundannati. Il-kitba fiha nfisha hi indipendenti mill-kitba dwar Pawlu li hemm fl-iskrittura u hi mirquma fuq it-tradizzjoni li għaddiet millfomm. Ftit li xejn kien baqa’ tagħrif dwar dawn l-Atti sakemm fl-1904, ġie ppublikat manuskritt tagħhom ta’ bejn ir-raba’ u l-ħames seklu miktub bil-lingwa Kopta. Kien fl-1936, meta nstabet parti minn manuskritt bilGrieg li ġie konkluż li l-kitba kienet magħmula minn Kapitli diversi: l-Atti ta’ Pawlu u Tekla, l-Epistola tal-Korintin lil Pawlu, it-tielet ittra lill-Korintin u l-martirju ta’ San Pawl. Interessanti l-fatt li fil-kitba teżisti deskrizzjoni ta’ Pawlu bħala raġel qsajjar u b’dahru kkurvat, b’xagħru aħmar u ħafif fuq nagħsu, b’riġlejn

It-tielet ittra lill-Korintin li tissemma fl-Atti ta’ San Pawl, kellha l-għan li tirranġa xi għeltijiet li nqalgħu bil-kliem tal-ewwel tnejn. Suppost li nkitbet meta Pawlu kien il-ħabs u kellha qabel xejn tispjega l-kliem: ‘Id-demm u l-laħam ma jistgħux jirtu s-saltna ta’ Alla’, frażi li kienet qed toħloq ideat diversi dwar il-mod ta’ kif il-bnedmin iqumu għallħajja ta’ dejjem. Jista’ jkun għalhekk li din l-ittra ġiet maħluqa apposta sabiex tirribatti t-tagħlim Anjostiku dwar dan is-suġġett li kien qed isir popolari. Il-knisja Sirjana damet sal-ħames seklu tqis din l-ittra bħala awtentika u dik Armena ħallietha fit-testment il-ġdid għal sekli twal. L-ittra tal-Korintin lil Pawlu kienet maħsuba sabiex tfisser it-tagħlim qarrieq ta’ Xmun is-saħħar, eretiku li kien isostni li Alla ma jistax iwettaq kollox, li l-qawmien ta’ Kristu ma kienx seħħ, li Ġesù ma tnissilx minn Alla u li l-profeti kienu jqarrqu bi kliemhom. Hu evidenti li din l-ittra nħolqot sabiex tikkumbatti l-ereżija u t-tagħlim anjostiku. L-Atti ta’ Pawlu u Tekla huma msejsa fuq l-ewwel vjaġġ missjunarju ta’ San Pawl. Jitkellmu dwar Tekla, xbejba nobbli li meta semgħet lil Pawlu jitkellem dwar il-kastità, daħlet fiha nfisha għal ġranet sħaħ. Billi ommha Theocleia u l-għarus tagħha Thamyris beżgħu li Tekla ssegwi t-tagħlim ta’ Pawlu, li skond din il-kitba Apokrifa, kien ibbażat fuq il-bżonn li wieħed jgħix fil-biża’ t’Alla u jżomm ruħu fil-kastità. Għalhekk xewxu folla nies, li qabdu lil Pawlu, kaxkruh għand il-gvernatur u dan min-naħa tiegħu arrestah. Iżda Tekla kienet pronta xxaħħam l-għassiesa u rnexxielha tidħol fiċċella ta’ Pawlu. Hemm għamlet lejl sħiħ tisma’ kliemu. Meta saret taf


10 ta' Frar 2017

b’dan, ommha talbet lill-Gvernatur li Pawlu jiġi mogħti s-swat u mkeċċi filwaqt li bintha Tekla tiġi maħruqa biex tagħti eżempju lix-xbejbiet li waqgħu taħt il-ħakma ta’ kliem Pawlu. Iżda b’intervent divin, għamlet xita qawwija li tfiet in-nar waqt ħin il-martirju. Aktar tard Pawlu u Tekla marru lejn Antijokja tal-Pisidja fejn in-nobbli Alessandru, talabha bi żwieġ lil Pawlu. Meta ma aċċettatx, ġiet marbuta ma’ leonessa u ntefgħet qalb l-annimali fl-arena. Il-leonessa ħebbet għall-annimali u Tekla salvat. Iżda ġo l-arena sabet tank bl-ilma mimli foki u intefgħet fih sabiex tgħammed lilha nfisha. Bilħniena tal-Mulej, l-annimali spiċċaw mietu qabel kiluha. Tekla ingħaqdet mill-ġdid ma’ Pawlu, irritornat lejn beltha Ikonja sabiex tikkonverti lil ommha u wara għexet għal tnejn u sebgħin sena f’għar fejn kienet tfejjaq lill-morda. It-tobba tal-belt, bdew iqisuha bħala rivali u ħeġġew lil xi ġuvintur biex jattakkawha. Iżda meta ppruvaw jagħmlu dan, niżel il-blat fl-għar, Tekla ħarbet minn daħla sekondarja u telqet lejn Ruma fejn żaret il-qabar ta’ San Pawl. L-aħħar parti tal-Atti ta’ Pawlu titkellem dwar il-martirju talAppostlu u tagħti deskrizzjoni ta’ dak li seħħ. F’dawn l-Atti apokrifi nsibu li l-Imperatur Neruni ikkundanna lil Pawlu għall-mewt permezz tal-qtugħ ir-ras. Il-ġrajja tibda meta ċertu Patroclus, qaddej tal-Imperatur mar jisma’ lil Pawlu jippriedka. Ġara iżda li dan ma setax jersaq qrib bil-folla li nġabret u kellu jitla’ f’tieqa fl-għoli sabiex isegwi kliem l-Appostlu. F’xi ħin siequ marret fil-vojt u spiċċa waqa’ għal isfel. Mal-mewt ta’ dan il-qaddej, xi nies wasslu l-aħbar lill-Imperatur Neruni li nkorla u ddispjaċieh ferm. Iżda sakemm sar ħin l-ikla, Patroclus kien preżenti malmejda. Meta b’sorpriża fuqu Neruni staqsa lill-qaddej kif reġa’ ħa l-ħajja, huwa wieġbu li Kristu, is-sultan li kellu jibqa’ għal dejjem, kien dak li rxuxtah. Neruni staqsieh jekk kienx sar suldat ta’ dan Kristu, u hu wieġbu fl-affermattiv. Patroclus ħeġġeġ lillImperatur sabiex jikkonverti hu ukoll billi Kristu biss se jkun il-mexxej rebbieħ billi jum wieħed se jikseb

id-dinja bil-qawwa tan-nar. Miegħu stqarrew dan anke suldati oħra u għalhekk, flimkien mal-priġunieri nsara, ġew imsakkra l-ħabs. Bi sfida, Neruni ordna sabiex l-insara kollha li nqabdu, minbarra Pawlu, jiġu maħruqa fin-nar, l-istess arma li biha kienu qalulu li Kristu kellu joħroġ rebbieħ biha fuq id-dinja. Hekk bdiet persekuzzjoni ħarxa fejn l-insara bdew jinqatlu bla ma jiġu ġġustizzjati. Iżda ġara’ li l-poplu qam u talab li l-ħruxija tikkalma għax hekk kienet se tiddgħajjef Ruma. L-Imperatur għalhekk ordna li l-persekuzzjoni tieqaf sakemm jagħti ordni oħra. Pawlu ttieħed quddiem Neruni u meta l-Imperatur tah il-kundanna, Pawlu urieh li l-mewt ma kinitx se twaqqfu għax kien se jqum millġdid fi Kristu u jerġa’ jidher lilu biex jagħtih il-bxara tal-ħajja ta’ dejjem. Longu l-prefett u Ċestu ċ-ċenturjun li kienu qed iżommu lil Pawlu, stagħġbu bil-kuraġġ tiegħu u riedu jsiru jafu fuq Kristu. Neruni bagħat imbagħad lil Parthenius u Feres sabiex jaċċerta li Pawlu kien ġie ġġustizzjat. Meta dawn it-tnejn iltaqgħu miegħu, Pawlu kellem lilhom ukoll fuq Kristu. Dawn iżda wegħduh li jemmnu meta jaraw lilu mqajjem mill-mewt. Longu u Ċestu staqsew lil Pawlu min kien sejjer jgħinhom wara li jmut hu. Talabhom sabiex l-għada ta’ mewtu jmorru fuq qabru u hemm isibu żewġt irġiel twajba, Titu u Luka, li mbagħad kellhom ikomplu jħarrġuhom fit-tagħlim tal-fidi. Meta waslet is-siegħa tal-kundanna, Pawlu dawwar wiċċu lejn il-Lvant, għolla dirgħajh lejn is-smewwiet, u għal ħin twil talab bil-Lhudi u tkellem ma’ missirijietu. Imbagħad tawwal għonqu u l-bojja ħasadlu rasu. U malli seħħ dan, ħalib abjad ħareġ minn ras Pawlu u ħasel ilmant tal-esekutur. Meta raw dan, is-suldati bdew ifaħħru u jsebbħu lil Alla ta’ Pawlu u marru jgħidu b’kollox lil Neruni. Mad-disa’ siegħa Pawlu deher mill-ġdid lill-Imperatur li kien ma’ ċenturjun u bosta filosfi. Pawlu widdbu li għal ħruxitu, kellu jsofri tbatija kbira. B’dan il-kliem, Neruni daħal f’qoxortu u ddeċieda li jeħles lill-priġunieri nsara.

L-għada filgħodu, Longu u Ċestu marru fuq il-qabar ta’ Pawlu u x’ħin resqu qrib, isibu żewġt irġiel jitolbu b’Pawlu wieqaf bejniethom. Kif kien bassrilhom l-Appostlu, dawn kienu Luqa u Titu, li meta raw lill-prefett u ċ-ċenturjun ħarbu bil-biża’. Iżda huma segwewhom u qalulhom li ma kellhomx ħsieb li joqtluhom, imma li bħalma kien qalilhom jagħmlu Pawlu, jieħdu mingħandhom il-ħajja millġdid. Meta semgħu dan, Titu u Luqa bdew ifaħħru lill-Mulej u mmarkaw liż-żewġ suldati bis-sinjal tal-Mulej. Dan hu l-għeluq tal-Atti ta’ San Pawl, kitba li għadha miksija biddell tal-misteru sal-lum. Skond Niċeforu, il-kitba kienet ta’ 3600 vers: s’issa għadhom instabu biss 2800. B’differenza minn kitbiet oħra fuq Pawlu, ma jeżistux taqsimiet skond il-vjaġġi tal-Appostlu. Il-mixja tiegħu tidher bħala vjaġġ uniku b’sekwenza ripetittiva: Pawlu jibda missjoni u jwettaqha, jqajjem oppożizzjoni, jiġi mkeċċi jew ippersegwitat u mbagħad jibda missjoni ġdida f’inħawi oħra. Jidher ċar li l-awtur kellu ħakma tajba tat-Testment ilĠdid u rnexxielu jassoċja leġġendi u tradizzjonijiet mgħoddija bil-fomm ma’ sitwazzjonijiet imsemmija flAtti tal-Appostli. Hemm episodji oħra li l-ħsieb warajhom kien li jagħti prestiġju lil xi knejjes fl-ibliet li żar l-appostlu billi jagħtihom konnessjoni diretta miegħu. Hemm imbagħad ġrajjiet intenzjonati li jgħollu l-figura tal-Appostlu billi jedifikawha b’għeġubijiet u stejjer ħelwin. Illum l-Atti ta’ Pawlu huma parti mill-wirt tal-kult lejn l-Appostlu u minkejja li mhumiex ta’ valur liturġiku, jissiġillaw il-fatt li Pawlu kien, għadu u jibqa’ pedament ewlieni fil-bini tal-Knisja Kattolika. d

Bibljografija:

1. D’Agostino Michele: Paolo Apocrifo: Paulus Vol 1 n.1:Editore San Paolo, 2010 2. Biguzzi Giancarlo: Paolo Missionario: Libri Paoline Editoriale, 2009 3. Charles Andre’ Bernard: San Paolo Mistico e Apostolo: Editore San Paolo, 2000. 4. Zappella Luciano: Apocrifi del nuovo Testamento: www.bicudi.net 5. www.earlychristianwritings.com

49


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Il-Kult impressjonanti ta’ San Pawl fil-Gżejjer Maltin Victor Scerri

I

l-kult ta’ San Pawl fil-gżejjer Maltin huwa wieħed mill-aktar antiki, qawwi u impressjonanti. San Pawl kien, għadu u jibqa’ meqjus bħala dak l-Appostlu (minkejja li ma kienx parti mit-tnax li għażel Sidna Ġesù Kristu minn Xatt il-Galilija) li wara li l-ġifen li kien fuqu, ħabat ma’ blata, u din il-blata kienet Malta, evanġelizza u nibbet f’dawn il-gżejjer, il-fidi fi Kristu u t-twemmin f’Alla wieħed. Il-ġrajja tan-Nawfraġju min ma jafhiex? Imma l-għan ta’ din il-kitba mhux li nerġgħu nxandru l-ħajja ta’ San Pawl. L-għan ta’ din il-kitba hu li nuru kemm dan l-Appostlu tal-Ġnus, baqa’ maħbub u mfakkar f’pajjiżna. Huwa mfakkar f’xogħlijiet sbieħ u kbar tal-arti – pitturi, niċeċ u letteratura; f’teatri, imsieraħ u knejjes. Il-miġja tiegħu fostna għadha bl-istess impatt li ħalliet fil-gżejjer tagħna meta l-Providenza Divina riedet li jirfes Artna. Tajjeb jingħad li f’kull knisja f’Malta u Għawdex tista’ tara kwadru ta’ San Pawl. Fil-biċċa l-kbira naraw ix-xena tan-Nawfraġju għajr għal xi ftit bħal dawk tal-Imsida u l-Marsa. F’dawn iż-żewġ lokalitajiet naraw it-tluq ta’ San Pawl minn Malta. Imma x’juri li l-lealtà tal-Maltin u l-Għawdxin lejn dan l-Appostlu għadha qawwija? U fejn f’pajjiżna, għadu mfakkar San Pawl, sewwasew? F’din ilkitba rrid niffoka partikolarment dwar in-niċeċ iddedikati lil San Pawl u fejn jinsabu. Imma qabel dawn, ma rridx inħalli barra l-kappelli madwar Malta u Għawdex maħturin lil San Pawl. Interessanti li dawn il-kappelli donnhom jagħtu laqam lil San Pawl li jfakkru. B’liema mod? Jekk induruhom ftit nintebħu kemm dan huwa minnu u wkoll kemm huma ta’ interess mhux biss reliġjuż. F’San Pawl il-Baħar, pereżempju, niltaqgħu malkappella ddedikata lil San Pawl tal-Ħġejjeġ. Ma naħsibx li trid għerf bil-bosta biex tasal tifhem għaliex dan l-isem. F’Burmarrad hemm il-kappella ta’ San Pawl Milqi. Fin-Naxxar, (li l-motto tiegħu hu Prior Credidi u li bil-malti jfisser “L-Ewwel li Emmint”) insibu l-kappella ta’ San Pawl tat-Tarġa. Birkirkara ukoll għandha l-kult Pawlin tagħha. F’Birkirkara difatti nsibu l-kappella msejħa ta’ San Pawl tal-Wied. F’Bormla, waħda mit-trio ta’ bliet imsejħin il-Kottonera, hemm il-kappella antika ta’ San Pawl. F’Għawdex, u preċiżament f’Marsalforn, niltaqgħu mal-kappella appuntu ta’ San Pawl ta’ Marsalforn u ma’ dawn bosta oħrajn. Dan jixhed kemm dan il-qaddis kbir għadu ħaj fil-memorja kollettiva tan-Nazzjon tagħna. Minbarra dawn, insibu ukoll festi titulari f’ġieħ San Pawl bħal 50

Niċċa Pawlina ġewwa r-Rabat, Malta

f’Ħal Safi, ir-Rabat (Malta) u l-festa fil-Belt Valletta. Diffiċli tidħol fid-dettall ta’ dan il-kult. Tkun trid wisgħa ferm akbar minn sempliċement spazju għal artiklu. Ta’ min wieħed ma jinsiex it-toroq iddedikati lil San Pawl. F’kull belt u raħal f’pajjiżna hemm triq imsemmija għal San Pawl. Din hi xhieda ċara ta’ dak li hemm ingastat fil-qalb tal-Maltin. Irrid ukoll infakkar li hawn sa ħwienet iddedikati lill-Appostlu Missierna San Pawl. Djar ukoll iġibu ismu. Imbagħad il-ħafna nies, imsemmijin għalih. L-għeruq tat-twemmin huma fil-fond. Imma issa ejjew nagħtu ħarsa lejn in-niċeċ iddedikati lil San Pawl. Qabel xejn irrid ngħid li niċeċ maħturin lil San Pawl fil-gżejjer Maltin, hawn xejn anqas minn mija, tnejn u sebgħin (172). Issa tajjeb li nagħtikom il-lokalitajiet fejn jinsabu dawn in-niċeċ u kemm f’kull lokalità hemm niċeċ ta’ San Pawl. Huma figuri interessanti, saħansitra meta tqabbel post ma’ ieħor. Id-differenza numerika taf toħroġ il-karatteristika tal-lokalitajiet imsemmija. F’ Ħ’Attard hemm żewġ niċeċ iddedikati lil San Pawl. F’Ħal Balzan hemm tnejn oħra. Waħda tinsab il-Birgu filwaqt li f’Birkirkara hemm ħamsa. Tnejn f’Bormla. Erbgħa, Ħad-Dingli. Tnejn, il-Floriana.


Statwa fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali San Bastjan, Qormi

Statwa li tinsab kantuniera Triq San Pawl ma' Triq Santa Luċija fil-Belt Valletta

Waħda ġewwa l-Fontana (Għawdex). F’Għawdex ukoll hemm waħda f’Għajnsielem. Tlieta f’Ħal Għargħur. Erbgħa fil-Gudja. Sitta fil-Ħamrun. Tlieta l-Isla u tnejn f’Ħal Luqa. Tnejn oħra fil-Marsa. Imma dan għadu l-bidu. Hemm ħafna niċeċ oħra ddedikati lill-Appostlu tal-Ġnus u Missierna fil-Fidi Kattolika Kristjana, San Pawl. Mela nkomplu nduru l-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. L-Imdina hemm xejn inqas minn ħames niċeċ maħturin lil San Pawl. Niċċa waħda l-Imġarr (Malta). Tmien niċeċ, il-Mosta. Tnejn l-Imqabba. Erbgħa fin-Nadur (Għawdex). Sitta, n-Naxxar.

"Il-popolarità ta’ Sawlu ma majnat qatt minkejja li għaddew kważi elfejn sena minn miġjietu fostna." Semmejna diġà ħafna, imma hemm bosta niċeċ oħra fi bliet u rħula oħrajn iddedikati lil San Pawl fil-gżejjer tagħna. F’Ħal Qormi hemm xejn anqas minn tmien niċeċ li juru lill-Appostlu tal-Ġnus. Erba’ niċeċ fis-Siġġiewi. Tlieta l-Qrendi. Isimgħu din issa… tlieta u tletin firRabat (Malta) – ara jkunx hawn min jgħid li r-Rabat ta’ Malta mhux Pawlin!! Żewġ niċeċ fir-Rabat ta’ Għawdex. F’Raħal Ġdid hemm niċċa waħda ta’ San Pawl. Anke

Statwa fuq faċċata ta' razzett ġewwa l-Gudja

ġewwa San Ġwann hemm niċċa waħda. Niċċa oħra tinsab fir-raħal ta’ San Lawrenz, Għawdex. San Pawl il-Baħar ukoll juri qawwa Pawlina bl-erbatax-il niċċa fi ħdanu li juru lil San Pawl. Fil-Gżejjer ta’ San Pawl hemm niċċa waħda tiegħu. Waħda oħra tinsab fil-Wardija. Is-Sannat, Għawdex hemm tliet niċeċ ta’ San Pawl. Il-popolarità ta’ Sawlu, li mbagħad sar Pawlu ta’ Tarsu ma majnat qatt minkejja li għaddew kważi elfejn sena minn miġjietu fostna. Tliet niċeċ oħra ta’ San Pawl jinsabu Santa Venera. Sitta ġewwa Tas-Sliema. Tnejn, is-Swieqi. Waħda f’Ħal Tarxien. Fil-Belt Valletta hemm tmien niċeċ iddedikati lil San Pawl. Tnejn jinsabu fixXagħra Għawdex. Waħda ġewwa x-Xewkija Għawdex ukoll. It-tifkiriet ta’ San Pawl fin-niċeċ Maltin u Għawdxin ikomplu. F’Ħaż-Żabbar hemm żewġ niċeċ li juru lil San Pawl. F’Ħaż-Żebbuġ (Malta) insibu tlieta. Żewġ niċeċ maħturin lill-Appostlu tal-Ġentili jinsabu ż-Żejtun. U tal-aħħar, imma mhux inqas, erba’ niċeċ li juru d-devozzjoni tal-poplu lejn San Pawl jinsabu firraħal pittoresk taż-Żurrieq. Imxejt b’ordni alfabetika. Irrid ngħid li fin-Nadur, Għawdex, l-erba’ niċeċ li hemm ta’ San Pawl juruh flimkien mal-qaddis kbir l-ieħor, Pietru. In-niċeċ ta’ San Pawl juru l-imħabba u d-devozzjoni tal-Maltin lejh. Niċeċ li huma storja, tradizzjoni, folklor, reliġjon u ħafna aktar. d

Bibljografija:

1. Terribile, Tony. Niċeċ u Statwi fil-Gżejjer Maltin. 2. Ciantar, Nikol. Ġabra ta’ niċeċ u Statwi Reliġjużi.

51


Malta's Most Loved Cruise Line returns in 2017

NOW ALL INCLUSIVE

Malta-to-Malta Cruises STARTING FROM

€1249

9 NIGHTS

NORWEGIAN WILL OFFER 5 DIFFERENT ALL-INCLUSIVE CRUISES VISITING EXCITING PORTS SUCH AS:

Venice (Italy), Koper (Slovenia), Split (Croatia), Dubrovnik (Croatia), Palma (Mallorca), Calgiari (Sardinia), Katakolon (Olympia), Messina (Sicily), Naples (Pompeii), Civitavecchia (Rome), Corfu (Greece), Livorno (Florence & Pisa), Barcelona (Spain), Cannes (French Riviera), Marseille (France), Piraeus (Athens), Heraklion (Crete) & Santorini (Greece).

Tel: 2277 6000 www.smsmondial.com.mt

IF YOU CAN DREAM IT WE CAN BUILD IT

Elbros Group ‘Elbros’, Triq l-Industrija, Kirkop KKP 9042 Malta. T: (+356) 2298 1200 - E: info@elbros.com.mt

elbros.com.mt



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Savio Boys

Il-Pubblikazzjonijiet tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li jsiru kull sena, barra li huma ta’ livell għoli, huma wkoll ħażna ta’ tagħrif ta’ medda taż-żmien tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu. Issib artikli fuq ħafna suġġetti, reliġjużi u soċjali. Kien għalhekk li ġieni l-ħsieb li nikteb artiklu fuq is-Savio Boys, klabb għat-tfal subien, li għal ħafna mill-qarrejja żgur se jqajjem memorji sbieħ, l-aktar dawk li kienu involuti. Alfred J Gatt,

B.A. (Rel. Studies), M.A. (Melit), Fundatur tas-Savio Boys

K

Il-Bidu tas-Savio Boys

ien il-bidu tas-snin Sebgħin. L-Arċipriet tal-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, Mons. Anton Galea, kellu ħafna għal qalbu l-edukazzjoni reliġjuża tat-tfal talparroċċa. Kien jitkellem ħafna miegħi fuq dan is-suġġett, u kien iħajjarni biex nagħmel xi ħaġa dwarha. Għallewwel, ma kontx ilqajt l-istedina tiegħu biex neħodha f’idejja. Darba waħda, iżda, ġara li waqt li kont miexi fit-triq smajt xi tifel jitkellem mhux xieraq u kien dan li ġegħilni niddeċiedi li mmur inkellem lillArċipriet biex naqta’ x-xewqa tiegħu. U hekk kien il-bidu tas-Savio Boys.

Għaliex Savio Boys

Għaliex kont semmejtu Savio Boys? Jien kont għamilt żmien mas-Salesjani, li l-kariżma tagħhom kienet u għadha l-edukazzjoni tat-tfal. San Duminku Savio li kien student ta’ San Ġwann Bosco, il-fundatur tas-Salesjani, kien miet fl-età zgħira ta’ 14-il sena, u ħassejt li kien xieraq li nsemmi dan il-klabb għalih u npoġġih taħt il-protezzjoni tiegħu.

Il-Ġranet tal-Laqgħat u Logħob

Ridt noqgħod attent però biex ma nnaffarx it-tfal subien milli jattendu l-MUSEUM, u għalhekk sibt ġranet li ma jkunx hemm id-Duttrina. Għażilt il-ġranet tal-Erbgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu. Konna niltaqgħu fil-kmamar t’isfel taċ-Circolo ta’ San Ġużepp, Triq San Pawl, faċċata tal-Knisja. Ma kienx xi post mgħammar ħafna, iżda biżżejjed għall-bżonnijiet tagħna. Nhar t’Erbgħa, il-laqgħa li kienet

54

tibda fil-5.30 u tispiċċa fis-7.00, kont nagħmlilhom laqgħa ta’ tagħlim, u wara logħob hemmhekk stess. Is-Sibt filgħodu niltaqgħu għall-Quddies tat-8.00 fil-Knisja ta’ San Pawl u wara ninżlu x-Xatt fil-grawnd ta’ Victoria Gate fejn illum hemm Housing Estate. Il-grawnd ma kienx tat-turf, imma xorta waħda kienu jieħdu pjaċir. Ma niftakarx li xi ħadd qatt weġġa’ għax l-art kienet biż-żrar u xaħx (u ġebel). Anki biex tidħol fil-post xi daqqiet kien ikun diffiċli għax kien ikun magħluq, imma għat-tfal tal-Belt din ma kinetx problema kbira. Ta’ min isemmi li f’dan il-post kienu jittrenjaw it-tim tal-Belt.

Għajnuniet

Għall-bidu tal-klabb kien jgħinni ħafna s-sur Vince Farrugia u konna mmexxu sew flimkien. Imbagħad minħabba mpenji li kien ikollu ma setax ikompli. Iżda l-għajnuna tiegħu apprezzajtha. Peress li jien kelli ħbieb Salesjani, sibt għajnuna ukoll minn għandhom. Fosthom, nista’ nsemmi lil Fr. Francis Zammit, Fr. Alfred Sacco u Fr. Savio Vella. Dak iż-żmien dawn kienu għadhom ma qaddsux. Ma dawn kont ftehimt li jiġu kull

nhar ta’ Sibt filgħaxija. L-ewwel darba li ġew kien fit-13 t’Ottubru tal-1973. Baqgħu jiġu għal ħafna ġimgħat. U permezz tal-ħbiberija li kellna mas-Salesjani, 8 minn tas-Savio Boys kienu marru Summer Camp li kienu jorganizzaw ta’ kull sena s-Salesjani f’St Patrick’s, tas-Sliema. Niftakar ukoll li kien hemm il-Kanonku Dun Mikiel Borg, li dak iż-żmien kien Viċi. Lil Dun Mikiel kont nafu żmien qabel għax għamilna xi snin fl-istess klassi il-kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kien jiġi ukoll miegħi meta konna mmorru xi ġurnata bit-tfal barra mill-Belt. L-istess nista’ ngħid għassur Paul Vella, li ukoll kien jgħinni f’xi ħarġa. Insemmi wkoll lil Patri Raymond Camilleri, O.F.M., li kien silifna t-Table Soccer. Grazzi kbira lill-Patrijiet Franġiskani Minuri (Ta’ Ġieżu) tal-għajnuna li dejjem tawni.

Attivitajiet Varji

Barra mill-laqgħat li kien ikollna, kellna ħafna attivitajiet oħrajn. Nista’ nsemmi xi wħud minnhom. Ħadna parti fid-Drama Festival organizzat mill-għaqda Juventus


Antoniana li kien sar fis-Sala talPatrijiet ta’ Ta’ Ġieżu, il-Belt. Domna nippreparaw ħafna għalih u allavolja ma rbaħniex, kienet ta’ sodifazzjon għalija li t-tfal irnexxielhom itellgħuh minħabba l-ftit ħin li kellhom biex jistudjawh. Id-dramm, blisem ta’ Walter, kont ktibtu jien. Okkażjoni oħra li niftakar kienet meta kellna preżentazzjoni tar-rigali għall-attendenza għallaqgħat ippreżentati minn Fr. Alfred Sacco wara li urihom film fuq Don Bosco. Dan ukoll kien intwera fis-Sala tal-Patrijiet. L-Arċipriet kien attenda wkoll. Il-ħarġiet kienu jħobbuhom it-tfal u ħafna drabi konna mmorru ĦadDingli għand is-Salesjani f’Savio College. Barra minn hemm, morna wkoll l-Għolja tas-Siġġiewi. Meta naħseb fuqhom dawn il-ħarġiet ma nafx kif kien jirnexxielna naslu lura qawwijin u sħaħ, għax it-tfal kienu fuq ruħhom ħafna. Bilfors kellna magħna lil San Duminku Savio! Xi ngħidu mbagħad għall-Football. It-tfal tal-Belt huma magħrufin għall-imħabba tal-ballun. Kellna leagues li kienu jintlagħbu s-Sibtijiet u kienu jinqasmu f’timijiet bil-kuluri tagħhom – Whites, Blues, Greens u Reds. Il-kompetizzjonijiet kienu jsiru fil-Milied u fl-Għid. Il-logħbiet ma kinux isiru biss ix-Xatt imma wkoll ix-Xagħra tal-Furjana. Lgħabna ħafna logħbiet ma’ timijiet barra l-Belt, bħal ta’ St Patrick’s, (tas-Sliema), ta’ Fr. Mark Enriquez tas-‘Sacro Cuor’ (tas-Sliema), Santa Luċija, idDumnikani, (ir-Rabat) u Ħad-Dingli.

Għeluq

Wasalt fl-aħħar tal-artiklu u bi pjaċir kbir ngħid li minn żmien għallieħor, għadni niltaqa’ ma’ xi wħud minn dawk it-tfal li kienu jattendu. Nieħu pjaċir ħafna niltaqa’ magħhom u nħoss sodifazzjon kbir għar-rispett kbir li baqgħu juruni. Jgħiduli li dak iż-żmien tat-tfulija tagħhom qatt ma nsewh, u ovvjament jerġgħu jġeddu l-memorja kull darba li jiltaqgħu miegħi. It-tifkiriet li jidhru fl-aħħar ta’ dan l-artiklu jitkellmu waħedhom waqt li r-ritratti juru xi whud mill-

Ritratti b'ħajr lill-awtur

attivitajiet, u li żgur se jġibu memorji sbieħ għal dawk li kienu parti misSavio Boys.

Ġieli niltaqa’ ma’ sħabi u naqgħu nsemmu s-Savio Boys u ngħidu kemm konna nieħdu gost mas-Sur Gatt.”

Tifkiriet minn xi membri:

Charlie Dalli: “Tifkiriet għeżież ta' tfuliti. Inħares lura fiż-żmien u nistħajjilni li kont wieħed minn ħafna protagonisti f’ħolma ħelwa. Ħolma bl-isem ta' Savio Boys. Ħolma li tfawwarni b’nostalġija għallimgħoddi. Perjodu f’ħajti li ser jibqa’ mżejjen b'esperjenzi li ser jibqgħu f’moħħi u viċin ta’ qalbi sal-aħħar nifs.

Martin Bondin: “Fis-Savio Boys dħalt meta kont tifel żgħir u millewwel ħassejt li kienet ser tkun it-tieni dar tiegħi. Kont inħossni fdat u rispettat u għalhekk tassew kont għal qalbi. Jien għamilt żmien fejn kont nieħu ħsieb il-bar u nmidd idejja f’dak kollu li kien ikun hemm bżonn. Is-Sur Gatt kien jagħtina s-sapport kollu tiegħu u meta ra li jien kont inmidd idejja u nieħu interess, darba bagħatni rtir mas-Sależjani. Din kienet esperjenza pożittiva. Aħna konna wkoll norganizzaw turnament tal-futbol f’dak li kien jissejjaħ ix-Xatt fejn dak iż-żmien kienu jittrenjaw it-tim tal-Belt. Dan ilpost kien jinsab inti u nieżel ta’ Liesse. Bħala Youth Centre kienu jieħdu ħsieb jorgannizawlna anki laqgħat fuq tagħlim nisrani u spiritwalità. Jiġifieri, ma kienx post tad-divertiment biss. Konna wkoll norganizzaw affarijiet relatati mal-Milied u nipparteċipaw f’xi attivitajiet relatati ma’ din iċċelebrazzjoni tant importanti. Iż-żmien li għamilt hemm kont inqisu t-tieni familja tiegħi. Għadni nirrispetta lis-Sur Gatt sal-lum għax-xogħol siewi li kien jagħmel dak iż-żmien.

Min jista’ jinsa l-entużjażmu li kien jaħkimna meta s-Sur Alfred Gatt, kien jorganizza xi turnament tal-futbol, fil-grawnd tax-xatt, ħdejn Victoria Gate? Konna nikkompetu bl-akbar serjetà, passjoni liema bħalha u dedikazzjoni impekkabli. U meta wieħed jifhem il-limitazzjonijiet li kellna f’dawk iż-żminijiet tasal għall-konklużjoni li kienu jsiru bħal mirakli zgħar. X’ferħ kien jaħkimna meta s-Sur Gatt kien jiftħilna d-daqsxejn ta’ klabb li kellna fi Strada San Paolo. Kemm lgħabna table tennis u table soccer fost ħafna logħob ieħor! Għalina kien mogħdija ta’ żmien gwapp daqs, jew aktar, mill-ħafna logħob li għandhom illum uliedna. Jekk xejn, konna nagħmlu attività fiżika, li llum neqsin ħafna minnha. X’ġenn kien jaħkimna meta titħabbar xi ħarġa barra mill-belt, (ikompli f 'paġna 72) 55


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

San Pawl għadu jgħallimna Mons. Lawrenz Cachia Lic. D.

M

issierna San Pawl għallem ħafna nies bil-kelma u bil-ħajja tiegħu mortifikata u dedikata lil Alla u lill-proxxmu. Iżda San Pawl għadu u jibqa’ jgħallem ukoll bl-ittri famużi tiegħu. Fit-Testment il-Ġdid insibu 27 ktieb jew taqsima li minnhom 21 huma ittri, u minn dawn l-ittri 14 kienu attribwiti lil San Pawl l-Appostlu bħala awtur. Dawn l-ittri huma: 2 lill-Korintin, 2 lit-Tessalonikin, 2 lil Timotju, u waħda kull wieħed lil: Rumani, Galati, Filippin, Kolossin, Efesin, Titu, Filemon u Lhud. Ġara li minn żmien l-aktar qadim l-għorrief Insara ndunaw li l-Ittra lilLhud ma kinitx ta’ Pawlu, għalkemm baqgħet tinżamm bħala ittra spirata u għalhekk parti mill-Bibbja Kanonika. Ġara wkoll li fi żminijiet reċenti ittri oħra minn dawk li semmejna bdew jitqiesu mhux ta’ Pawlu iżda aktrx ta’ xi dixxiplu tiegħu. Dawn ukoll baqgħu jitqiesu bħala spirati u għalhekk parti mitTestment il-Ġdid. Iżda l-għorrief ma jaqblux liema minn dawn l-ittri ma kitibhomx San Pawl. Per eżempju jissemmew xi ittri pastorali jiġifieri dawk lil Timotju u lil Titu. Iżda ma hemmx qbil fuq dan.

Teżor kbir

Imma hemm qbil fost l-għorrief moderni li l-aktar ittri importanti, jiġifieri lir-Rumani, lill-Korintin, lill-Galatin, lill-Filippin u litTessalonikin huma żgur ta’ San Pawl, għalkemm f’dawn ukoll San Pawl kien ikollu xi ħadd li jikteb aktar pulit minnu sabiex iniżżel dak li jiddettalu Pawlu. Anke jekk nieħdu biss dawn l-ittri, bla ma nwarrbu l-oħrajn, aħna nsibu minjiera ta’ tagħlim

56

li sewa ħafna lill-Knisja fil-bidu tagħha, iżda għadu jiswa lilna wkoll illum, jekk ikollna l-grazzja u l-paċenzja li naqrawhom u nimmeditawhom. Mela f ’dawn l-ittri biss diġà għandna teżor kbir. Hija ħasra li ħafna devoti ta’ San Pawl qatt ma jaqraw dawn l-ittri, għalkemm ħafna partijiet minnhom nisimgħuhom sikwit jinqraw waqt il-quddies. F’dawn l-ittri nitgħallmu l-ewwel nett min hu San Pawl, għaliex San Pawl ġieli tkellem fuqu nnifsu f’dawn l-ittri. Dan ma għamlux bi ftaħir imma b’umiltà kbira għax ħass il-bżonn li jiddefendi lilu nnifsu meta xi nies bla qalb ħaduha kontra tiegħu. Tkellem ukoll fuqu nnifsu biex lilna jagħmlilna kuraġġ ħalli nimxu fuq il-passi tiegħu. Iżda San Pawl jitkellem l-aktar fuq Alla u fuq l-Iben t’Alla, Sidna Ġesù Kristu, li San Pawl baqa’ msaħħar warajh minn meta deherlu fit-Triq ta’ Damasku. Għal San Pawl Kristu huwa kollox, għaliex Kristu huwa mhux biss Salvatur tagħna imma wkoll Alla. San Pawl fl-ittri jkellimna wkoll fuq il-Knisja li hu jippreżenta bħala l-ġisem ta’ Kristu. U jitkellem ċar dwar l-Ewkaristija; u kiteb dwar l-Aħħar Ċena qabel l-istess Evanġelisti: għaliex l-Evanġelisti kitbu wara li San Pawl kien kiteb l-Ittri tiegħu. Hemm ukoll ħafna tagħlim morali u axxetiku fl-Ittri ta’ San Pawl.

Ħsieb Ekumeniku

Din is-sena (2017) fl-aħħar ta’ Ottubru, u naturalment wara wkoll, il-Protestanti se jiċċelebraw il-500 sena minn meta Luteru għamel l-ewwel protesta kontra t-tagħlim tal-Papa, u hekk ta bidu għal dik li l-Protestanti jsejħulha Riforma. Għalkemm Luteru kellu ħafna żbalji u għamel ħafna ħsara, illum sirna nħarsu mhux

lejn l-iżbalji biss, imma wkoll lejn xi ħwejjeġ tajbin li huwa kellu. Issa żgur li fost it-tajjeb ta’ Luteru kien hemm l-imħabba kbira li Luteru kellu lejn San Pawl u speċjalment lejn l-Ittri tiegħu. Għalhekk il-Papa nnifsu huwa lest li jieħu xi sehem fil-festi ċentinarji tal-Protestanti biex juri spirtu ta’ ekumeniżmu jiġifieri ta’ xewqa għall-għaqda ma’ dawn ħutna separati li bħalna jħobbu lil Missierna San Pawl u ħafna minnhom jistudjaw l-Ittri tiegħu. Fost il-kitbiet ta’ Luteru, tnejn mll-aqwa huma l-kummenti tiegħu fuq l-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani u l-Ittra ta’ San Pawl lill-Galatin. Dwar il-Kummentarju ta’ Luteru fuq l-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumnai rridu ngħidu li dan ilktieb Luteru kitbu qabel ma beda jeħodha kontra Ruma fil-beraħ, imma kien diġà fforma ġo moħħu ħafna ideat żbaljati. Ngħidu wkoll li dan il-kummentarju ta’ Luteru, ftit wara mewtu, intilef u dam mitluf kważi erba’ mitt sena. Filbidu tas-seklu għoxrin instabet kopja tiegħu fil-Biblijoteka Vatikana u kien studjuż Kattoliku, id-Dumnikan H. Denifle, li kkummenta fuqu fl-1904. Dan qajjem kurżità kbira fost ilProtestanti li bdew ifittxu sakemm sabu l-oriġinal miktub minn idejn Luteru stess ġol-Biblijoteka Rjali f ’Berlin. Patri Denifle filkritika tiegħu kien sod ħafna, imma wkoll iebes ħafna kontra Luteru. Iżda issa, li għaddew aktar minn mitt sena, aħna mitluba nkunu aktar ġenerużi ma’ dawk li kienu l-avversarji tagħna. Għalhekk naħseb li jixraq ħafna li din is-sena, aktar mis-soltu, nitolbu lil Missierna San Pawl biex jinterċedi quddiem Alla, ħalli sseħħ l-għaqda bejn l-Insara kollha, għaliex aħna lkoll inqisu lil San Pawl bħala l-imgħallem kbir tagħna wara Kristu. d



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

San Krispin u San Krispinjanu – tifkira tal-400 mitt sena Fratellanza Chev. Donald Paul Parsons

Dip. Health. Sc. (Melit.), B.Sc. (Hons) (Melit.) M.L.S./A.B.S., K.O.H.

M

is-sena 2014 sas-sena 2015, il-Fratellanza ta’ San Krispin u San Krispinjanu Martri fakkret l-400 mitt sena minn mindu din il-konfraternità ġiet imwaqqfa fl-Insinji Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu. Għal dan l-avveniment hekk importanti fl-istorja talfratellanza u bħala benefattur ewlieni ta’ din il-konfratenità, xtaqt personalment nikkommemora dan billi nikkummisjona lill-artist Malti Chris Ebejer sabiex joħloq żewġ figuri li jirrappreżentaw lil San Krispin u San Krispinjanu. Għalhekk fis-sena 2014 stedint lis-sur Ebejer biex jara l-kappella ta’ San Krispin u San Krispinjanu, ħalli sussegwentament jiddisinja kif jistgħu jiġu esegwiti dawn il-figuri b’mod professjonali. Fis-sena 2015 dawn iż-żewġ statwi nħadmu fit-terracotta u wara li nixfu, huma ġew moħmija f’ temperatura ta’ 1100 grad celcius. Iż-żewġ figuri tal-qaddisin martri ġew interpretati fuq stil pjuttost barokk sabiex jikkumplimentaw l-artal li fuqu ser jitpoġġew ta’ kull sena, matul il-jum tal-25 t’Ottubru, il-ġurnata li fiha jitfakkru dawn il-qaddisin martri. Il-figuri tal-qaddisin jikkumplimentaw wieħed lill-ieħor. Wieħed jista’ josserva li dawn il-figuri huma lebsin ilbies ruman minħabba l-fatt li huma kienu ġejjin minn familja nobbli rumana. It-tnejn li huma qegħdin iżommu palma f’idejhom meqjusa bħala simbolu tal-martirju tagħhom. Il-figuri qed iżommu l-palma minn qagħda differenti u dan sar sabiex l-artist jevita li jagħmel figura kopja tal-oħra. Il-moviment fil-mantell 58

Statwi ta' San Krispin u San Krispinjanu flimkien mar-relikwarju tagħhom. Ritratt b'ħajr lil Stephen Baldacchino.

"…Iż-żewġ figuri tal-qaddisin martri ġew interpretati fuq stil pjuttost barokk sabiex jikkumplimentaw l-artal li fuqu ser jitpoġġew…" kif ukoll il-pożi tagħhom ifakkruk ħafna fix-xogħol barokk tardiv. Wara li ġew indurati b’sistema ta’ oil gilding, iż-żewġ figuri ngħataw patinatura sabiex timmattja l-luċidità tal-induratura, u sabiex tirrendi dehra aktar antika. B’hekk l-attenzjoni tal-għajn taqa’ biss fuq l-iskultura tal-figuri. Dan il-metodu għen biex il-figuri ma jleqqux

għaliex kieku dan kien itellef middettall tagħhom. L-induratura antika tikkumplimenta żewġ anġli li hemm skolpiti fil-ġnub tal-artal. Fis-sena 2016 il-proġett ġie komplut billi ż-żewġ figuri ġew magħquda lkoll flimkien bħala kompożizzjoni waħda permezz ta’ bażi fl-injam fuq stil tas-seklu 17 maħdum mill-mastrudaxxa Brian Parsons. B’hekk seta’ jinħoloq spazju sabiex f’nofshom jitpoġġa l-ostensorju, opra imprezzabli filfilugranu u li fiha hemm priservati r-relikwi ta’ dawn iż-żewġ qaddisin martri tas-seklu tlieta wara Kristu. U fl-aħħar nixtieq pubblikament nirringrazzja lill-artist Chris Ebejer tal-pariri siewja u tal-assistenza li dejjem tani sakemm dan il-proġett tlesta b’mod professjonali u fl-aħħar u mhux l-inqas lil missieri Brian li dejjem insibu ta’ spalla sabiex jgħinni f’dak kollu li jkolli bżonn biex inżomm din il-Kappella ta’ San Krispin u San Krispinjanu fl-aħjar stat possibli. d


Because health is priceless.

Be 100% sure.

Use biocides safely. Always read the label and product information before use. EXCLUSIVELY DISTRIBUTED BY CHARLES DE GIORGIO LTD • T: 25600500


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Ħatra ta’ Arċipriet Rev. Kan. Vinċenz Borg fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Il-Belt Valletta – 20 ta’ Diċembru, 2015

L-Arċipriet jieħu pussess tal-Konfessjunarju. Dan huwa simbolu tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Bih, is-Saċerdot jerġa’ jħabbeb lill-midneb niedem ma’ Alla u ma’ ħutu l-Insara fil-Komunità.

L-Arċipriet jersaq lejn il-Battisteru, jiftħu u jinċensah. Il-Battisteru huwa simbolu tas-Sagrament tal-Magħmudija. Dan huwa s-Sagrament tal-bidu tal-ħajja nisranija. B’dan is-Sagrament, l-Arċipriet jilqa’ insara ġodda fil-komunità nisranija.

L-Arċipriet idoqq tliet tokki bil-qanpiena l-kbira. Il-qniepen huma sinjal u mezz ta’ komunikazzjoni għall-Komunità Nisranija. Bihom, l-Arċipriet isejjaħ lill-Insara bħala familja waħda għat-talb u għaċ-Ċelebrazzjonijiet Lituġiċi.

L-Arċipriet jieħu l-ġurament fil-preżenza tal-knisja u quddiem żewġ xhieda speċjali magħżula minnu stess li huma l-Kan. Ġwann Borg u l-Kan. Alfred Camilleri.

60

Fl-aħħar, l-Arċipriet jitla’ fuq il-pulptu u jsellem lillpoplu bl-invokazzjoni “Il-Paċi magħkom”. Il-pulptu huwa simbolu tax-xandir tal-Kelma ta’ Alla. Din il-kelma hija wkoll laqgħa intima ma’ Ġesù. Permezz tagħha, in-nisrani jagħmel il-Vjaġġ Qaddis lejn Alla, billi jibni ħajtu fuq il-pjan tal-Imgħallem Ġesù.


10 ta' Frar 2017

Dan il-ġurament ifisser att ta’ fedeltà lejn Alla, lejn Ġesù u t-tagħlim tiegħu u l-Maġisterju tal-Knisja. Permezz ta’ dan il-ġurament, l-Arċipriet Dun Vinċenz Borg qed iġedded ir-rabta tiegħu ma’ Mons. Arċisqof.

Nota: Dan l-artiklu qiegħed jidher f'din il-ħarġa minħabba lis-sena li għaddiet ilpubblikazzjoni kienet diġà marret għall-istampatur. Ritratti b'ħajr lil Frans Farrugia.

L-Arċipriet Dun Vincenz Borg jaħlef u jwiegħed fedeltà li jżomm u jiddefendi d-drittijiet, id-doveri u l-privileġġi ta’ din il-Knisja Kolleġġjata u li josserva l-liġijiet u d-drawwiet bi spirtu reliġjuż. Dan kollu lest li jwiegħdu bl-għajnuna ta’ Alla.

61


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Mid-Domus Pauli. . . Robert Cassar

M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.) Kuratur Domus Pauli

I

d-Domus Pauli jiġbor fih numru kbir ta’ oġġetti relatati mal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-kult Pawlin u l-inħawi tal-parroċċa tagħna. Fost l-oġġetti nsibu diversi li tneħħew mill-knisja kemm għax spiċċa l-użu tagħhom minħabba tibdil fil-liturġija u oħrajn għax inbidlu ma’ oġġetti simili jew aktar moderni. Il-kollezzjoni fiha taħlita interessanti ta’ materjal ekkleżjastiku li jvarja ħafna kemm fil-materja kif ukoll fis-suġġett. Fosthom insibu numru kbir ta’ kwadri fuq it-tila, għamara, skultura, kotba liturġiċi kif ukoll paramenti sagri, arġenterija, disinni u ħafna u ħafna oġġetti uniċi u partikulari li jqanqlu interess fost min jarahom. Ma’ dawn insibu żewġ wirjiet permanenti u edukattivi li jittrattaw l-istorja talParroċċa u tal-Konfraternitajiet li nsibu fil-knisja. Ma’ dawn imbagħad inżidu ż-żewġ mudelli ta’ knejjes, fidili għall-Knisja Kolleġġjata. Il-kollezzjoni numeruża dejjem tiżdied u toktor bis-saħħa ta’ donazzjonijiet li jingħataw sabiex jinżammu għall-posterità fi ħdan il-Kolleġġjata. B’mod għaqli l-kumitat tad-Domus Pauli jagħmel mill-aħjar tiegħu sabiex jesponi dawn l-oġġetti fi ħdan is-swali tad-Domus Pauli u fl-istess ħin iwettaq ix-xewqa tad-donaturi li b’tant ġenerożità jagħtu l-oġġetti biex jibqgħu hemm anke bħala tifkira tagħhom. F’din l-aħħar sena saru tliet donazzjonijiet notevoli lill-kollezzjoni Domus Pauli mill-werrieta ta’ tliet Kanonċi tal-Kolleġġjata li kienu jservu fi ħdan il-parroċċa. B’għożża kbira rċevejna l-Kappa Magna bil-faxxa tagħha li kellu l-Kanonku Mattew Magri li miet fit-19 ta’ Marzu 2014. Dun Mattew, kif kien magħruf tajjeb mal-parruċċani, qatta’ 62

Il-Kappa Magna tal-Kanonku Mattew Magri

diversi snin bħala viċi kappillan fil-Kolleġġjata u kien anke jieħu ħsieb il-kor tal-parroċċa. Il-Kappa Magna tiegħu tpoġġiet ġo vetrina apposta, fl-ewwel sular, flimkien mal-paramenti sagri li kienu jappartjenu lill-Kanonku Penitenzier Ġużepp Zammit li rċevejniehom waqt il-laqgħa ġenerali tal-Għaqda tal-Pawlini li nżammet nhar il-15 ta’ Novembru 2015. Ħut il-Kanonku Zammit, ħallew il-Kappa Magna bil-faxxa, ir-rukkett u l-muzzetta kolleġjali. Interessanti ngħidu li r-rukkett huwa maħdum minn bizzilla fina u fid-disinn insibu minsuġa l-armi tal-Kolleġġjata, dik

ta’ Zammit u ta’ Ħal Qormi, belt twelidu. Il-vetrina li tpoġġew fiha tqiegħdet fis-swali espositivi talewwel sular. Il-Kanonku Zammit ħadem bil-bosta f’din il-Kolleġġjata tul iż-żmien li qatta’ hawnhekk speċjalment meta kien għal ħafna snin prokuratur tal-knisja Kolleġġjata kif ukoll direttur spiritwali taddiversi konfraternitajiet li nsibu fiha. Donazzjoni oħra sabiħa ferm kienet l-għotja ta’ diversi oġġetti veskovili li kienu jappartjenu lillArċisqof Mons. Pawlu Giglio li kien ukoll Kanonku Onorarju ta’ din ilKolleġġjata sa mewtu li seħħet nhar


10 ta' Frar 2017

"… Il-kollezzjoni numeruża dejjem tiżdied u toktor bis-saħħa ta’ donazzjonijiet li jingħataw sabiex jinżammu għallposterità fi ħdan il-Kolleġġjata …"

Il-Kanonku Penitenzier Ġużeppi Zammit bl-abiti korali li ġew irregalati lidDomus Pauli. Ritratti b'ħajr lill-awtur.

is-6 ta’ Marzu 2016. Din l-għotja seħħet bl-intervent tal-Kanonku Kantur Ġwann Borg u tal-Kanonku Teżorier Ġwann Ciarlò li ħadmu bissħiħ sabiex jinġiebu dawn l-oġġetti li jinkludu l-Kalċi personali tiegħu, is-Salib Pettorali veskovili, il-Mitra, il-Baklu, ir-Rużetta veskovili, izZucchetto u l-Berettin. Dawn ilkoll tqiegħdu ġewwa vetrina apposta fis-sala l-ħadra fejn insibu oġġetti oħra relatati ma’ żewġ Isqfijiet oħra. Dawn jinkludu z-Zucchetto u l-faxex tal-Konsagrazzjoni tal-Isqof Redent Maria Gauci O.Carm. u z-Zucchetto tal-Kardinal Prospero Grech O.S.A. Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi u tal-kumitat tad-Domus Pauli f’isem il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu li tiegħu, dawn it-tliet saċerdoti kienu jagħmlu parti, lill-familjari ta’ dawn it-tliet saċerdoti li għamlu dan il-ġest nobbli. Din l-għotja tal-ħwejjeġ korali u oġġetti oħrajn lill-Mużew Domus Pauli huwa wieħed ta’ min ifaħħru u jinkoraġġih. Nistgħu nassigurawkom li dawn l-oġġetti ser ikunu indukrati tajjeb u miżmuma sabiex ikunu apprezzati minn min iżur dan il-mużew kif ukoll mill-ġenerazzjonijiet futuri. Dan il-ġest tagħkom ser jgħin ukoll sabiex jibqgħu mfakkara fostna dawn it-tliet Kanonċi Kolleġġjali. d

Oġġetti veskovili tal-Arċisqof Monsinjur Pawlu Giglio li kien ukoll Kanonku Onorarju

63


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

Tislima lill-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca Kanonku Ġwann Ciarlò B.A., Lic. D.

F

il-21 ta’ Marzu 2016 ħalliena l-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca fl-età ta’ 87 sena. Il-funeral tiegħu sar jumejn wara fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u ġie midfun fil-Katidral tal-Imdina. Monsinjur Mercieca twieled fit-12 ta’ Novembru 1928 fir-Rabat, Għawdex. Wara li studja Ruma, ġie ordnat saċerdot f’Ghawdex fit-8 ta’ Marzu 1952. Wara kompla jistudja u kiseb id-dottorat fit-Teoloġija u l-Liġi Kanonika. Lura Malta fl-1959, wara li għamel għaxar snin rettur tas-Seminarju t’Għawdex, fl-1969, inħatar Imħallef tas-Sacra Romana Rota. Kien f’Lulju tal-1974 li nħatar Isqof Awżiljarju tal-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi u sentejn wara nħatar Arċisqof ta’ Malta. Huwa dam imexxi l-Arċidjocesi ta’ Malta għal tletin sena sħaħ sakemm irtira fit-2 ta’ Diċembru 2006 fl-età ta’ 78 sena. Matul l-episkopat tiegħu, Monsinjur Mercieca baqa’ sal-aħħar fidil għall-motto li kien għażel fil-bidu tal-episkopat tiegħu ‘Ilkoll Aħwa fi Kristu’. Huwa dejjem ipprova jgħaqqad il-poplu Malti kollu flimkien, kienu x’kienu ċ-ċirkustanzi li sab ruħu fihom. Dejjem ipprova jaqdi l-missjoni diffiċli tiegħu blakbar umiltà, mogħdrija u ħlewwa, iżda fl-istess waqt b’għerf u kuraġġg kbir għax kien dejjem jemmen li r-raġuni m’għandhiex bżonn forza u konfrontazzjoni żejda. Bl-akbar għerf, paċenzja u fidi f’Alla, Monsinjur Mercieca dejjem ipprova jaqdi tajjeb il-missjoni tiegħu bħala r-ragħaj it-tajjeb tal-merħla fdata lilu. Fil-ħidma tiegħu dejjem fittex l-ewwel 64

L-Arċisqof Monsinjur Ġużeppi Mercieca waqt it-transulazzjoni ta' lejlet il-festa. Ritratt b'ħajr lil Robert Cassar.

"… aħna l-Pawlini dejjem rajnieh fostna fil-festa … imexxi b’tant ferħ u ħeġġa …" u qabel kollox il-veru ġid tad-Djoċesi u mexxa l-Knisja Maltija fit-triq tattiġdid meħtieġ tal-Konċilju Vatikan II bir-riformi pastorali, amministrattivi, liturġiċi u parrokkjali kif kienu jitolbu ż-żminijiet. Kien dejjem preżenti u qrib il-poplu Malti fis-sabiħ u l-ikrah tal-ħajja tagħna l-Maltin, u bilkuraġġ dejjem iddefenda d-drittijiet sagrosanti tal-Knisja u tal-familja nisranija Maltija li kien tant iħobb. Anki fiż-żmenijiet diffiċli tattmeninijiet li pajjiżna kellu jgħaddi minnhom, Monsinjur Mercieca, b’sagrifiċċji personali kbar, b’kuraġġ kbir imma wkoll b’sens ta’ mħabba kbira lejn il-poplu Malti, baqa’ jwassal il-leħen tiegħu ta’ missier

twajjeb, u flok il-firda u l-mibegħda dejjem ipprova jiżra’ l-għaqda, ilpaċi u l-imħabba lejn kulħadd. Matul is-snin twal tal-episkopat tiegħu, aħna l-Pawlini dejjem rajnieh fostna fil-festa tan-Nawfraġju tal-10 ta’ Frar imexxi b’tant ferħ u ħeġġa t-Traslazzjoni u l-Pontifikal Solenni tal-festa tagħna. Ta’ min ifakkar li kien bis-saħħa tiegħu li l-festa tan-Nawfraġju fl-10 ta’ Frar baqgħet titqies bħala jum tal-obbligu talquddies, meta tant festi oħra reliġjużi tneħħew minn btajjel pubbliċi. Kien fl-1987 li l-festa tan-Nawfraġju reġgħet imbagħad ħadet il-post li jixirqilha kif hu tant kien xtaq u tħabat biex din tibqa’ btala pubblika għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Kemm il-Kapitlu tal-Kolleġġjata Pawlina kif ukoll l-għaqdiet kollha parrokkjali, flimkien mal-parruċċani u l-ammiraturi Pawlini kollha ma jistgħux ma jħossuhomx grati lejn Monsinjur Mercieca għall-ħidma kollha episkopali tiegħu u ma jitolbux ’l Alla biex jippremjah għall-ġid kollu li wettaq mal-poplu tagħna kollu. d


10 ta' Frar 2017

Tislima lill-Arcisqof Monsinjur Pawlu Giglio Kanonku Ġwann Ciarlò B.A., Lic. D.

F

is-6 ta’ Marzu 2016 ħalliena l-Arċisqof Pawlu Giglio li għal tletin sena sħaħ kien Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata tagħna. Il-funeral tiegħu sar fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Monsinjur Giglio twieled ilBelt Valletta fl-20 ta’ Jannar 1927. Għamel l-istudji tiegħu fl-Università Pontifiċja Gregorjana minn fejn kiseb il-Liċenzjat fitTeoloġija u d-Dottorat fil-Liġi Kanonika. Ġie ordnat saċerdot f’Ruma fl-1952. Hu għamel l-Ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fil-Knisja Kolleġġjata u Parrokkjali tagħna.

L-Arċisqof Monsinjur Pawlu Giglio flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata

Wara l-ordinazzjoni, kompla jistudja d-Diplomazija fl-Accademia Ecclesiastica. Kif spiċċa l-kors, issieħeb fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede u għamel 44 sena sħaħ fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede. Matul is-snin, qabel ma sar Nunzju Apostoliku, Monsinjur Pawlu Giglio serva fin-Nunzjaturi tan-Nikaragwa, tal-Arġentina, tal-Iran, ta’ Saigon, tal-Vietnam t’Isfel, tal-Jugoslavja, tal-Brażil, ta’ Franza u Tajwan. Kien fl-1986 li Monsinjur Giglio nħatar Arċisqof Titulari ta’ Tindari mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Wara li ġie kkonsagrat Isqof fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Monsinjur Ġużeppi Mercieca, inħatar Nunzju Apostoliku tan-Nikaragwa fejn ta s-servizz tiegħu għal disa’ snin sħah. Fl-1996, Monsinjur Giglio nħatar Nunzju Apostoliku fl-Eġittu fejn baqa’ sal-2002 meta rtira minħabba l-età u ġie lura Malta. Qabel ma temm is-servizz tiegħu fin-Nikaragwa, l-Arċisqof Giglio ngħata l-ogħla dekorazzjoni millGvern tan-Nikaragwa għas-servizz diplomatiku li kien ta lill-pajjiż.

Malta għall-vaganzi ma kienx jonqos li jattendi għal xi funzjonijiet jew xi okkażjonijiet speċjali li għalihom kien jiġi mistieden. Kien iħobb ħafna lil San Pawl li kien iġib l-isem tiegħu u li bħal San Pawl matul il-ħajja saċerdotali u diplomatika tiegħu kien jaqdi lill-Mulej f’tant pajjiżi differenti, b’lingwi u kulturi differenti.

L-Arċisqof Monsinjur Pawlu Giglio 1927 - 2016. Ritratti b'ħajr lil Familja Giglio.

Kien fl-1986, wara li ġie kkonsagrat Isqof, li l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl għoġbu jaħtru Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata tagħna. Huwa minn dejjem kien qrib tal-Knisja Kolleġġjata Parrokkjali tagħna sa minn mindu kien għadu seminarista, u meta kien jiġi lura

B’turija tar-rabta tiegħu malKnisja Kolleġġjata u Parrokkjali Pawlina, wara mewtu, ħutu għoġobhom jirregalaw lillKolleġġjata tagħna, b’tifkira għażiża ta’ ħuhom biex jinżammu fid-Domus Pauli, Kalċi, Salib Pettorali, Mitra, Baklu, Rużetta Episkopali, Zucchetto u Berettin Aħmar. Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata jirringrazzja lillfamiljari tiegħu, u jħossu onorat li jżomm dawn l-oġġetti sagri li kien juża matul is-snin tal-Episkopat tiegħu b’tifkira għażiża ta’ ħuhom l-Arcisqof Monsinjur Pawlu Giglio. Fl-istess waqt ma jistax ukoll ma jitlobx lill-Mulej biex jaghtih il-premju tal-ġenna għas-servizz kbir li ta lillKnisja matul is-snin twal fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede. d 65


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

L-Ewwel Bolla Pawlina Maltija Joseph C. Camilleri B.A., DEAM, M.Ed. (Pl & Mgt)

I

n-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta hija ġrajja singulari, importanti għall-istorja nazzjonali Maltija u aktar għallistorja tal-knisja nisranija f’Malta. FlAtti tal-Appostli naraw: Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. (Att XXVIII, 1-2). Kliem bħal dawn jagħmlu kull Malti u Maltija li jħaddnu l-fidi nisranija, kburin. Il-Maltin bdew iħarsu lejn San Pawl, bħala Patrun tal-Gżejjer Maltin u fuq kollox bħala Missier – missier fil-fidi. Matul iż-żmien il-kleru Malti tħabat biex l-għarfien u fuq kollox iddevozzjoni lejn San Pawl tibqa’ ħajja fost il-poplu. Minkejja ħafna sfidi, il-fidi nisranija kienet u sa ċertu punt għadha ħajja fil-qlub tal-poplu Malti. Il-priedki u ż-żjarat f’lokalitajiet marbutin mal-miġja tal-Appostlu tal-Ġnus fostna ssarfu f’leġġendi. Dawn huma xejn ħlief il-mera talidentità Maltija. X’għamel il-Malti differenti mill-kuġin tiegħu l-Isqalli? X’għamel il-Malti differenti millġar tiegħu t-Tuneżin? Barra millbandiera, l-arma u l-innu hemm ukoll il-folklor u l-iżvilupp tal-istorja nazzjonali. Mill-1860 daħal element ieħor li hu wkoll mera tanġibli tal-identità Maltija – il-bolol.

L-ewwel bolla

Fl-1 ta’ Diċembru, 1860, isem Malta deher għall-ewwel darba fuq bolla (J.B.1)1. Billi Malta kienet tifforma parti mill-Imperu Ingliż, kolonja importanti f’Baħar Mediterran, baħar li jgħaqqad tliet kontinenti, baħar li ra l-qawmien u l-mewt ta’ ħafna imperi, l-ewwel bolla Maltija ma turix xi ħaġa li twasslek lejn l-identità Maltija, anzi bil-kuntrarju, turi l-wiċċ talkolonjaliżmu. Fuq il-bolla hemm wiċċ reġina Ingliża – ir-Reġina Vittorja. Il-bolla hija magħrufa 66

fid-dinja filatelika bħala halfpenny yellow. Il-valur tagħha kien nofs sold2. Id-disinjatur tagħha kien Jean Ferdinad Joubert de La Fertè. L-istamperija li ħadmet din il-bolla kienet kumpanija Ingliża ta’ De La Rue3. Meta ħarġet dawn il-bolol, De La Rue kien ilha ħames snin fuq dan ix-xogħol. L-aktar bolol li kienet tistampa kienu dawn tal-kolonji li kienu jifformaw parti mill-Imperu Ingliż. Ġew stampati 24,000 bolla4. Din il-bolla kellha taqdi s-suq postali lokali. Għall-posta għall-Imperu u għall-posta għall-pajjiżi barranin kien hemm il-bolol tal-Gran Britanja. Fid-dinja filatelika, din il-bolla kienet l-ewwel bolla Maltija tar-renju tar-Reġina Vittorja. Dan ir-renju beda fl-1860 u spiċċa fl-1902. Il-wiċċ ir-Regina Vittorja tat l-idea lill-poplu Malti li l-bolol huma xi ħaġa uffiċċjali, bħall-muniti u l-karti tal-flus, fil-fatt din il-bolla hija xejn ħlief irċevuta ta’ ħlas il-vjaġġ li l-ittra jew il-pakkett kellu jagħmel biex jasal minn persuna għall-oħra.

L-ewwel pass lejn bolol mhux marbutin mal-monarka Ingliż

Bejn is-snin 1860 sa 1899, il-bolol bl-isem Malta kienu juru wiċċ irreġina Vittorja. Fl-1 ta’ Jannar 1885 daħal l-użu tal-ewwel sett definitiv li kien ukoll juri wiċċ ir-reġina Vittorja (J.B. 10-15a). Dan is-sett kien fih valuri bejn sitt ħabbiet (1/2d) u xelin (1/-). Kull bolla kellha l-kulur tagħha biex tintagħraf mallewwel. Sena wara daħlet bolla ta’ valur ta’ ħames xelini (5/) (J.B. 16). Fl-4 ta’ Frar 1899 il-posta Maltija daħlet l-ewwel sett li juri xena jew xi ħaġa tipikament Maltija, ħaġa li turi l-identità Maltija għall-poplu Malti, ħaġa differenti għall-Ingliż, billi dawn il-bolol b’suġġetti differenti mill-wiċċ il-monarka kienu juru is-sbuħija u l-kobor kif ukoll ilpoter li kellu l-poplu Ingliż f’idejh – l-Imperu Ingliż, imperu kif kien

imfaħħar mill-ktieb tal-qari Malti, magħmul għat-tfal tal-iskejjel talistat (iskejjel tal-gvern) – Ġabra ta’ Ward. Dejjem skont dan il-ktieb, il-bandiera Union Jack, il-bandiera tal-Gran Britanja, qatt ma tinżel minn fuq l-arblu tal-bandiera għax għandha imperu mifrux sewwa ma’ kull rokna tad-dinja. Ix-xena magħżula kien: (1) il-bokka tal-Port il-Kbir (J.B.17, 17a) (2) iddgħajsa tal-Latini (J.B. 18) (3) Il-ġifen taż-żmien il-kavallieri (J.B. 19) (4) Il-figura ta’ Melita (J.B. 20) (4) InNawfraġju ta’ San Pawl (J.B. 21). Din kienet għażla tipika ta’ kolonjalist. L-aktar ħaġa importanti li kellha Malta għall-Ingliżi – il-Port il-Kbir. Ċentru ewlieni fejn ikunu jistgħu jiskennu l-iġfna militari u merkantili. In-Namra tan-‘Navy’ Ingliża ma’ Malta kienet ħaġa magħrufa ma’ kulħadd. In-‘Navy’ kienet mimlija min-nies li jħobbu l-baħar u kull tip ta’ dgħajsa kienet tinżel għasel f’għajn tan-‘Navy’. Id-dgħajsa tal-Latini kienet l-uniku mezz tat-trasport bejn il-gżejjer, matul is-seklu 19. It-tielet ħaġa li dehret fuq il-bolla kienet il-figura simbolika ta’ Malta – Melita. Fl-aħħarnett kien hemm xena meħuda minn inċiżjoni magħmula minn Gustav Dorè (18321883). Din il-bolla kellha l-kliem Malta kif ukoll ‘Postage’ (pustaġġ). Għaliex xena ta’ nawfraġju? L-Ingliżi kienu jmexxu lil Malta bl-għajnuna tal-Knisja. Ma setgħux jinsew l-importanza ta’ San Pawl. Ftit passi ’l bogħod mill-Palazz, ir-residenza tal-Gvernatur ta’ Malta kien hemm il-knisja ta’ San Pawl Nawfragu. San Pawl il-patrun ta’ Malta u missier il-Maltin, kien figura importanti ferm. Jekk daħlu x-xeni fuq il-bolol, San Pawl, b’xi mod jew ieħor kellu jidħol. L-għażla ta’ inċiżjoni kienet waħda diplomatika. Gustav Dorè kien Franċiż. Kien artist, illustratur u skultur. Kien jagħmel l-inċiżjonijiet. Ta’ ħmistax-il sena beda jagħmel


l-illustrazzjoni għall-kotba ta’ nies kbar tal-letteratura ewropea fost dik ta’ Lord Byron. Permezz ta’ Byron daħal fis-suq Ingliż. Waqt li kien qed jaħdem fuq kotba tal-letteratura beda jaħdem fuq xeni importanti meħudin millBibbja. Dawn ix-xeni kisbu fama tant li fl-1867 Dorè tella’ wirja u wara waqqaf fundazzjoni – ilGallerija ta’ Dorè. Din kellha ħanut f’waħda mit-toroq ewlenin ta’ Londra. Kiseb fama f’Londra u għall-kumpanija Grant & Co ħadem illustrazzjonijiet għal ‘London A pilgrimage’. Minkejja l-kritika li ħadet, din kisbet suċċess mal-poplu. Kompla jaħdem inċiżjonijiet għall-kotba tal-letteratura ewropea. Dan kollu jfisser li Gustav Dorè kien magħruf sew mal-Ingliżi u sew malkleru Malti, li kellhom interess partikulari fil-kotba tal-Bibbja.

L-inċiżjoni tan-nawfraġju

L-inċiżjoni turi baħar imqalleb, maltempata kbira. F’nofs ta’ dan il-baħar hemm ġifen li qed jegħreq. Fuq dan il-ġifen hemm persuna. Naraw żewġ persuni li jinsabu fil-qalb tal-ilma mqalleb. Dawn qed iżommu ma’ xi injam biex jersqu lejn ix-xatt. Hemm kopja li qed jissielet jitla’ maz-zokk li jinsab biswit il-baħar. Persuna oħra rnexxielha titla’ fuq il-blat. Il-qalb tal-inċiżjoni hemm il-figura ta’ San Pawl. Ħdejn din il-figura majestuża pawlina hemm figura oħra li tixtieq tiskenn permezz ta’ San Pawl, aktarx suldat Ruman, l-għassies ta’ San Pawl. Id San Pawl tinsab fuq sidru u id l-oħra tinsab tipponta lejn issema – id-dar ta’ Missier Etern. Ma hemm l-ebda ħuġġieġa, ma hemmx raħħala Maltin anzi hemm vojt kbir b’nuqqas ta’ nies. Is-sema tidher imħawda. L-art tinsab kważi bla siġar, l-ilma baħar imqalleb sewwa. Huma kollha ħwejjeġ ta’ biża’. F’San Pawl hemm xaqq ta’ tama. L-id tiegħu tinsab tħares lejn is-sema.

L-affarijiet tekniċi tal-bolla

Din il-bolla għandha ‘watermark’ – Crown over CC, jiġifieri l-karta turi sensiela ta’ kuruni u taħthom hemm l-ittri CC. Billi l-prezz kien

"… L-għażla ta’ inċiżjoni kienet waħda diplomatika. Gustav Dorè kien artist, illustratur u skultur. Ta’ ħmistax -il sena beda jagħmel l-illustrazzjoni għall-kotba ta’ nies kbar tal-letteratura ewropea fost dik ta’ Lord Byron. …" wieħed għoli ħafna, 10/- (għaxar xelini jew nofs lira) ġew stampati ftit, xi 60,000. Ta’ min jgħid li qabel qatt ma dehret bolla bi prezz daqshekk għoli fis-suq Malti.

Ir-Re Edwardu VII (1901-1910)

Fl-1901 kien hemm bidla ta’ monarka fuq it-tron Ingliż. Fl-1903 ħareġ sett definitiv. Dan kellu seba’ bolol li juru wiċċ ir-re, xogħol Emil Fuchs. Sena wara, deher sett

definitiv ieħor. Dan kien fih bolol ta’ wiċċ ir-re kif ukoll ix-xeni tal-bidu tal-Port il-Kbir, id-dgħajsa tal-Latini u l-ġifen tal-kavallieri. Ma kienx hemm il-figura ta’ Melita u lanqas ix-xena tan-nawfragju. L-uniku risposta hija li sew il-bolla ta’ Melita u sew il-bolla tan-Nawfragu ma kinux spiċċaw. Tant li s-sett tar-Re Edwardu VII ma kienx fih il-valuri ta’ dawn iż-żewġ bolol. Daħlet biss il-bolla b’valur ġdid ta’ ħames xelini (5/-) (J.B. 31a-46). 67


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

It-tieni bolla tan-Nawfraġju

Din il-bolla ħarġet fis-6 ta’ Marzu 1919 u kellha tieħu post dik ta’ qabel bl-istess disinn iżda l-kliem mibdul. Issa jidher isem Malta kif ukoll il-kliem ‘Postage’ u ‘ Revenue’ (pustaġġ u dħul finanzjarju). Ix-xogħol sar minn uffiċċjali tad-dipartiment talPosta li ħa l-inċiżjoni ta’ Gustav Dorè. Il-‘watermark’ inbidel u sar ‘Multiple Crown CA’. De La Rue kien l-istampatur. Billi kien baqa’ ħafna bolol mill-ewwel bolla pawlina, kienu ordnaw biss 1,530 bolla jiġifieri 51 folja ta’ 30 bolla. Kien hemm pjan biex il-ħruġ ta’ din il-bolla kellu jiġi traferit għal aktar tard billi kien hemm numru mhux ħażin ta’ bolol tal-ewwel bolla tan-Nawfraġju li kienu baqgħu fil-‘kexxun’. Ġara xi ħaġa. L-ordni tal-kbarat tal-posta għal xi raġuni ma waslux f’widnejn l-iskrivani. Malli waslet il-bolla l-ġdida sabet ruħha għallbejgħ. Billi ġew ordnati ftit, il-bejgħ ta’ din il-bolla spiċċa fi ftit jiem. Illum din il-bolla hija l-qalba talkollezzjoni tal-bolol Maltin – hija l-aktar bolla li tqum. Ikollok din il-bolla tfisser li għandek teżor kbir fil-qasam filateliku.

Il-bolol tan-Nawfraġju bilkliem ‘Self-government’.

Fl-1919 f’Ġunju sar l-Irvell talMaltin. Kienu mietu erba’ minnies u ftit wara mietu tnejn oħra. Dan l-irvell wassal għall-ksib ta’ kostituzzjoni ġdida, li daħlet fl-1921. Għalhekk il-gvern ta’ dak iż-żmien ried juri li issa kien hemm gvern lokali. Ried juri dan il-pass fuq il-bolol Maltin, bħala ambaxxaturi ta’ Malta ġdida. Fuq is-sett bolol tar-Re Ġorġ V stampaw il-kelma ‘Self-Government’. Kienet l-istamperija tal-Gvern li għamlet dan ix-xogħol. L-ewwel bolla tan-Nawfraġju bil-kliem ‘SelfGovernment’ kellha lewn blu jagħti fl-iswed. Din ħarġet fit-12 ta’ Jannar 1922. Il-kliem stampat fuq il-bolla kienu Malta u ‘postage’. Din il-bolla kellha stampat ittri bl-aħmar u l-‘watermark’ kienet ‘Multiple Script CA’ (J.B. 74). Ftit jiem wara, jiġifieri 68

San Pawl Nawfragu - inċiżjoni ta' Gustav Dorè

fid-9 ta’ Marzu 1922 dehret bolla tan-nawfraġju, stampata b’lewn iswed, bil-kelma stampata bl-aħmar bil-‘watermark’ ‘Multiple Script CA’ (J.B. 90). Il-kliem stampat fuq il-bolla kienu ‘Postage’ u ‘Revenue’. San Pawl kien daħal fid-dinja tal-bolol Maltin. Daħal b’xena tan-Nawfraġju. Ftit snin wara San

Noti:

1. L-ittri J. B. jirreferu għall-katalgu tal-bolol Maltin maħruġ midditta ta’ Joseph Buttigieg. 2. Il-flus Ingliżi li kienu jintużaw f’Malta kienu maqsumin soldi, xelini u liri (sterlini). Lira kien fiha 20 xelin, waqt li xelin kien fih 12-il sold. 3. De La Rue hi kumpanja li twaqqfet minn Thomas De La Rue fl-1821. Dan beda b’ħanut tal-ġazzetti. Kien ukoll jaħdem bħala stampatur. Beda jistampa għallewwel il-karti tal-logħob u fl-1855

Pawl daħal mill-ġdid fid-dinja filatelika, din id-darba permezz tal-vara titulari ta’ dan il-qaddis li tinsab meqjuma, b’tant għożża sew mill-parruċċani u tant Maltin filknisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-belt Valletta. Dik il-bolla wkoll għamlet ‘ħoss’ fil-qasam filateliku, iżda din hija barra minn dan is-suġġett u forsi narawha s-sena ta’ wara. d

beda jistampa l-bolol. Ħames snin wara beda jistampa l-karti tal-flus. Fl-1896 De La Rue saret kumpanija privata u fl-1921 il-familja De La Rue biegħet kull interess finanzjarju li kellha fiha. 4. Said Malta Stamp Catalogue 2008, p 1.

Bibljografija 1.

2.

The JB Catalogue of Malta Stamps and Postal History 2002. Said Malta Stamp Catalogue 2008.


halfA4.pdf

1

11/17/15

9:59 AM

F E B R U A R Y

C

M

Y

CM

MY

CY

SALE SALE THROUGHOUT THE MONTH OF FEBRUARY AT THE WAREHOUSE OUTLET

CMY

K

The Warehouse, 32, Luigi Ellul Street, Attard. NEW STOCK DAILY / MON - SAT 10AM - 7PM

The Malta Postal Museum is delighted to support the feast of St. Paul Shipwreck. Visit our museum and view a variety of wonderful stamps depicting St. Paul throughout the ages.

135, Archbishop Street, Valletta, Malta VLT 1444 +356 2596 1750 info@maltapostalmuseum.com www.maltapostalmuseum.com

Opening Hours Monday to Friday: 10.00Hrs - 16.00Hrs Saturday: 10.00Hrs - 14.00Hrs


Surfacing the most beautiful homes

The Factory, Mosta Road, Lija. T: 21 433636 www.halmannvella.com


10 ta' Frar 2017

Emvin Cremona Sarah Borg

M.A. Cultural Heritage Management.

T

he 1960s saw the birth of a series of elegant graphic works which are today preserved in the Gonzi Hall at the Catholic institute Floriana. These panels were originally intended to decorate the tribune built purposely for the nineteenth centenary celebrations of the arrival of St Paul in Malta. These works probably sum up the achievements of Emvin Cremona in the religious field. The colour scheme is made up of black, white and gold. The works command our attention as they represent a graphic simplification. The figures are stylised and possess a linear and flawless elegance which breaks away from the baroque and classical sphere that was favoured by the church, making Cremona’s works innovative. They stray away from the rigidity of depiction which was pushed forward by the church at the time. Cremona moved from a strict academic Italianate system to a more flexible and personal expression. This can be seen in his St Paul Bitten by the Viper where the figure of St Paul is depicted by means of a series of lines, which give bulk to his drapery. This economy of line and colour draws out attention to the event, with no other elements to detract from this experience. His Ordaining of St Publius is a calm and calculated rendition of the event wherein the verticality of the figures of St Paul and St Publius is made stronger by means of the half-circle of light in the background, indicating the presence of God. This same thrust is also brought forward in the St Paul celebrating Mass in which St Paul’s outstretched arms counterbalance his strong upward gaze. Each event is brought forward clearly not only by means of the linear and compositional devices he uses, but also by means

of the sharp vertical white lines, creating rhythm as the viewer’s eyes observe the work. Even though the narrative events are brought forward distinctly, there is a flow in the display as secondary figures create a link between one event and another. This cycle is significant as one of the most important modern representations of the Pauline theme which may be linked to Cremona’s 1969 Broken Glass Series. While the comparison may seem like a dichotomy not only in subject matter but also in style, the fact is that Cremona, being the profound artist that he was, was able to tread a careful balancing act. On the one side were his church commissions, restrained yet pulsing with luminosity and vibrancy, while on the other were his private works which exploded with controlled energy in their creation. Many authors including Giuseppe Schembri Bonaci and Dominic Cutajar take note of this dissonance in character which Emvin Cremona

expresses in his art yet, if Cremona had rejected the Church’s notion of art, his commissions would not have materialized. Such a rejection can be seen in local artists such as Josef Kalleya, Giorgio Preca and Antoine Camilleri whose work was rejected by Church regardless of its religious content. Emvin Cremona was likely aware of the fact that such a rejection could take place however, this does in no way imply that Cremona set out to compromise on the integrity of his artistic style. When looking at the life cycle of St Paul at the Catholic institute one may think of it as a step towards the Broken Glass Series due to its precise divisions. By forgetting the fact that figures are represented one sees a series of fragments, or shards clung together to form a unified whole. Gone are the Baroque affetti, or the classical leanings of the Renaissance. We see no extra embellishment, just sheer simplicity of execution, restriction of colour, yet all the more luminous and

Emvin Cremona, Sunset, 1969, Dimensions: 100 x 102.5 cm. Medium: Mixed Media: oil paint, glass fragments, impasto and glass on Panel. National Museum of Fine Arts.

71


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ il-Belt Valletta 2017

powerful for the very restraint which will shatter into his later works. Cremona’s process was evolutionary, in that he moved from paintings which was acceptable to the public and the church yet hinted at his later creations, almost like teasing the viewer’s mind into accepting what was to come in his impastos and Broken Glass Series. Cremona’s art was revolutionary in that it is comparable to Kandinsky’s lines and angles seen in his Bauhaus period (1922 – 1933) and The Great Synthesis (1934 – 1944), Cremona allowed for a breath of fresh art

to be accepted in Malta. Art with a focus on geometrical figures. Cremona gave his all to his art in every sense of the word, his Broken Glass series as well as his Impastos involved him physically as he stated to the author Dominic Cutajar. One cannot help but state that while physical exertion in the creation of art may be demanding, it is nothing in comparison to the mental strength required to create works of art which resonate to this day. Emvin Cremona’s contribution to local art both in the religious field as well as in the more modern field is unquantifiable. d

Bibliography

1. Borg, Sarah: The Iconography of St Paul in Maltese Paintings, Unpublished B.A. Dissertation, University of Malta, 2008 2. Cutajar, Dominic, Fiorentino, Emmanuel, Twain, Kenneth, Malta: Six Modern Artists: Josef Kalleya, Esprit Barthet, Vincent Apap, Antoine Camilleri, Emvin Cremona, Frank Portelli Profiles, Msida Malta University Services, 1991 3. Schembri Bonaci, Giuseppe, Apap, Cremona and St Paul, Horizons, 2009 4. Sarah Borg M.A. Cultural Heritage Management.

Tifkiriet ta' Savio Boys (ikompli minn paġna 55)

jew logħba futbol kontra xi tim ta’ raħal jew belt oħra! Jew meta jaslu l-famużi summer camps għand is-Sależjani f’tas-Sliema. Iżda bla dubju ta’ xejn konna nilħqu l-quċċata tal-ferħ tagħna fil-festa ta’ Missierna San Pawl. Attivitajiet waħda wara l-oħra, li għalkemm iħalluk bla nifs, wiċċna kien jixgħel id-dawl u allaħares nitilfu xi ħaġa. Ma ninsewx li ħafna miż-żgħażagħ li kienu jiffurmaw is-Savio Boys, kienu abbatini, iservu fil-Kolleġjata ta’ San Pawl. Kif jgħid il-Malti, kien żmien taddeheb! Filwaqt li mill-qiegħ ta’ qalbi nirringrazzja lis-Sur Alfred Gatt ta’ kemm għamel magħna, jiena ċert li dawn iż-żminijiet ser jibqgħu sbieħ, u jġibu nostalġija lil kull min għexhom magħna.” Dr. Paul Debattista: “Is-Savio Boys, bħal youth centres oħra li bdew jiġu mwaqqfa f’dak il-perjodu, imlew vakum li kien hemm. Dawn il-gruppi kienu importanti fil-formazzjoni taż-żgħażagħ fl-età meta mit-tfulija kienu qed jidħlu fil-perijodu taladoloxxenza. L-individwu kien jesperjenza kif wieħed għandu 72

jaħdem bħala grupp sabiex idea tiġi mwettqa filwaqt li kien ukoll mezz ta’ taħriġ fit-tmexxija. Għalkemm għadda daqsxejn taż-żmien, inħoss li t-tagħlim u t-taħriġ ta’ dak il-perjodu, kien utli bħala formazzjoni talkarattru tiegħi li għeni fil-karriera.” Marcel Zammit Marmarà M.A.: “Ilgrupp tas-Savio Boys jibqa’ ħaj f’qalbi b’memorji sbieħ ta’ ħbieb u esperjenzi li nibqa’ nġorrhom b’għożża miegħi. Kien is-Sur Alfred Gatt li jiġborna, jieħu ħsiebna, u jorganizzalna tant attivitajiet. Is-Sur Gatt kien joqgħod fi Strada Sant’ Ursola, fl-istess inħawi tagħna u għalhekk aktar kien aċċettat malajr mittfal. Kien kalm u jikkoreġi littfal b’ġentilezza u diplomazija. Kien maħbub minn kulħadd. Konna niltaqgħu fis-sotterran tal-Unjoni Kattolika fejn illum hemm id-Domus Pauli, il-mużew talParroċċa. Hemm kien ikollna laqgħat ta’ formazzjoni u konna nilgħabu logħob bħat-table tennis, table soccer u logħob ieħor. Fil-bidu konna anke ngħinu biex nisbarazzaw u nħejju l-post. Dan kien jgħinna nidentifikaw ruħna mal-grupp u l-post, u kien jagħtina wkoll sens ta’ responsabbiltà.

Kellna tim tal-futbol bi flokkijiet nofs aħdar u nofs aħmar, kuluri marbutin max-xbiha ta’ San Pawl flarti. Is-Sur Gatt kien jorganizzalna turnaments tal-futbol kif ukoll ħarġiet u attivitajiet oħra. Konna mmorru Summer Camp għand is-Salesjani f’tas-Sliema fejn konna mmorru ngħumu kuljum fejn l-Exiles, nilagħbu l-futbol fl-Oratorju, nitolbu, nieklu u nagħmlu xi praspura wkoll. Ħafna minna nġbidna lejn is-Salesjani bħala ordni reliġjuża għax kienu jinżlu għal-livell taż-żgħażagħ. Niftakar lil Brother Francis, Brother Savio u Brother Sacco li kienu jieħdu paċenzja kbira bina li konna tfal fuq ruħna sewwa. Niftakar ukoll li darba ħadna sehem f’festival tad-drama organizzat mill-Franġiskani fis-sala taċċentru taż-żgħażagħ fil-knisja Ta’ Ġieżu. Kienet waħda mill-ewwel produzzjonijiet li ħadt sehem fihom fuq il-palk u għalhekk għandha post speċjali fil-mixja teatrali tiegħi. Il-grupp tas-Savio Boys iġibli nostalġija u bosta memorji u tifkiriet sbieħ ta’ perjodu f’ħajti li laqqagħni ma’ uħud li għadhom u jibqgħu ħbieb għal dejjem”. d



www.sanpawl.com


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.