Issuu on Google+

Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu – Valletta 27 ta' Jannar 2013


27 ta' Jannar 2013

Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu, Valletta – 27 ta’ Jannar 2013 3 Ħalla fostna lil Ġesù u t-tagħlim tiegħu Kan. Mario Tong, Arċipriet 6 Festa tal-poplu kollu Etienne Montfort, President tal-Għaqda tal-Pawlini 11 Il-fidi li tgħinna nimxu ’l quddiem Alexiei Dingli, Sindku tal-Belt Valletta 12 Provinċja reliġjuża Franġiskana Maltija msemmija għal San Pawl Nawfragu Patri Alfred Calleja OFM Conv. 14. F’għeluq il-100 Sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali – Malta 1913 Kan. John Ciarlò 22 Pawlu u Malta Prof. Mons. P.P. Saydon 26 Pawlu ta’ Tarsu u Malta (1959) Karmenu Vassallo 27 Il-Belt, fil-qalba tal-kultura David Felice, Chairman – Fondazzjoni Valletta 2018. 28

Programm tal-Festa

30 Il-Festa tan-Nawfraġju (1900-1970) Winston L. Zammit 34 Il-Lapidi fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta Carmel Spiteri 36 Apprezzament Vince Farrugia 38 Il-Festa ta’ San Pawl 1913 Martin Gravina 40 Sampalisi tutti ‘na uci…W SAN PAOLO! Stephen Baldacchino, President Fergħa Żgħażagħ 46 San Pawl tal-Gafà fis-santi Raymond Saliba 50

Monsinjur Salvatore dei Conti Manduca 1872 – 1940

52 Festa Beltija – Festa Nazzjonali Mario Cassar, Viċi President, Għaqda tal-Pawlini 53 Il-Mużika Liturġika fil-Festa Joseph Huber 58 It-Tubru fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Robert Cassar

Ritratt tal-Kopertina: Ħajr: Daniel Cilia Dettall tal-ventartal tal-artal maġġur armat fil-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl f'Malta. Xogħol fil-fidda li sar fl-1776 mill-arġentier Mikele Brondes bit-teknika 'a martello' fi żmien l-Arċipriet Don Pasquale Grima u tħallas mill-fondazzjoni Joseph Camenzuli. Dan id-dettall juri rappreżentazzjoni barokka tal-mument proprju meta San Pawl farfar il-lifgħa minn idu. Madwaru hemm diversi nies jidhru jinġibdu lura mistagħġba b'dan il-miraklu. Fuq wara jidher il-ġifen, jew aħjar galljun, tas-seklu sbatax, jitfarrak mal-blat.

1


Għaqda tal-Pawlini Valletta

Rev.mu Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta

President Onorarju (Fundatur) • Paul

Asciak LRSM. P&T, FLCM., Hon TCL., MQR

Presidenti Onorarji

• Francis Tabone • Paul • Louis Attard • Paul • Dr. Ray Bondin

J. Galea Spiteri

• Victor Enriquez • Hector Bruno

Membru Onorarju • Rev.

• L-E.T. Mons. Paul Giglio, S.Th. D. (Greg) • Rev. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. • Rev. Mons. Philip Calleja, A.M., P.E.P., M.O.M. Cap. SS., O.S.J. • Rev. Kan. Feliċ Tabone

Kumitat

• Etienne Montfort President • Mario Cassar • Edward Bonello

Segretarju Ġenerali

• Dione

Montfort

• Antoine

• Mario

Bonello

• Ivan

Briffa Farrugia

• Simon

Farrugia

• Paul

Grima

Teżorier

P.R.O.

Farrugia

Direttur Attiv./Asst. Teżorier Chairman Kumm. Nar/ Asst. Direttur Attiv. Direttur Armar/Mħażen

Membru

• Stephen

Baldacchino

President Fergħa Żgħażagħ • Joswè

Tabone

Segretarju • Ryan

Polidano

P.R.O./Ass. Teżorier • Gilmar

Zammit

Asst. Segretarju Asst. Ko-ordinatur Attiv • Alan

• Douglas

Abela

Ko-ordinatur. Attiv.

Bord Editorjali

Rappreżentant talFergħa f’Dar il-Pawlini

• Rev.

• Jean

Paul Lia

Xerri Rapp. tal-Fergħa fil-Kumm. Armar

Bugeja

Kummissjoni Elettorali

• Joseph Bartolo • James Mulholland • Marcel Zammit Marmarà, B.A. ; Dip. LIS; M.A. • Joseph Huber, LRSM., Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

Kummissjoni Nar

• Ivan Briffa Farrugia • Neil Micallef • Jeremy Dalli • Ivan Camenzuli

• Keith

• Simon Farrugia • Pierrre Galea • Paul Cremona

Farrugia

• Mario Cassar • Mario Tonna • Vince Farrugia • Antoine Farrugia • Joseph Cremona • Clint Cremona

Kummissjoni Banda • Mario • Lino

2

Cassar

Bartolo

• Jonathan • David

Grima

Gauci Hampton

• Joswè • John

Tabone Bruno

Kan. John Ciarlò, B.A., Lic. D.

Membri tal-Bord: Farrugia

• Etienne

Montfort

• Robert Cassar, MA (History of Art); B Cons (Hons); BA (Hons)

• David Cassar B.E.& A. (Hons.) A.& C.E.

• Marcel Zammit Marmarà B.A., Dip. LIS, M.A.

• Pawlu

• Pawlu

Cumbo

Mizzi, Dip. Ind. Design

Uffiċċju Amministrattiv:

Kummissjoni Armar

Gravina Baldacchino

• Stephen

Editur: Chairman

• Vince

Fergħa Nisa Pawlini

• Doris Montfort President Fergħa Nisa • Mariella Zammit • Maria Tabone • Anne • Grace Bruno • Salvina Sciberras

• Martin

Din hija pubblikazzjoni li l-Għaqda tal-Pawlini toħroġ darba fis-sena fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, li din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2013, minħabba tibdil filkalendarju liturġiku.

Mifsud

• Roderick

Farrugia Bonello

ĦARĠA SPEĊJALI TAL-FESTA

Mifsud

Teżorier

B.A., (Hons)., M.A. (Human Rights & Democ.)., M.A. (Diplomatic Stud).

• Edward

Viċi-President

• Clint

Kan. Mattew Magri, Lic. D. Mons. Alex Cordina, B.A., Lic. D. S.Th. Lic. Cap. SS. Kan. Antoine Borg • Rev. Kan. Karm Busuttil, Magister Iuris (Int. Law)., S.Th.Dip.,

• Antoine

• Joe Micallef

Fergħa Żgħażagħ Pawlini

• Rev. • Rev. • Rev.

Kummissjoni Sît Elettroniku

Reviżuri tal-Għaqda tal-Pawlini • John Mizzi

Arċipriet Kan. Mario Tong Kan. Kantur Giovanni Borg Kan. Kanċellier John Ciarlò, B.A., Lic. D. Kan. Frans Perici • Rev. Kan. Giuseppe Grech Cremona B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg, B.S. Th. (Viċi-Parroku) • Rev. Kan. Lawrenz Zammit

Kanonċi Onorarji

Arċipriet Kan. Alfred Camilleri B.A., Lic. D.

Viċi-President

• Rev. • Rev. • Rev. • Rev.

Għaqda tal-Pawlini Dar il-Pawlini, 195 Triq Sant’ Ursola, Valletta, Malta. e-mail: info@sanpawlmalta.com sît elettroniku: www.sanpawlmalta.com

Fotografu Uffiċjali: Mario Mintoff (Photocity) Ħajr lil: Daniel Cardona (fotografu) Daniel Cilia (fotografu) Mitbugħ:

PROGRESS PRESS LIMITED Intornjatur Street, Industrial Estate, Mrieħel, B'Kara - BKR 3000 Malta Email. info@progresspress.com.mt Tel. +356 22764440 Fax. +356 25594236


27 ta' Jannar 2013

Ħalla fostna lil Ġesù u t-tagħlim tiegħu Jekk inħarsu lejn l-istorja ta’ pajjiżna naraw li kemm-il darba ġejna maħkuma minn qawwiet u saltniet barranin. Xi wħud damu mijiet ta’ snin. Oħrajn ma damux wisq. U kollha għaddew u spiċċaw. Ħallew xi tifkiriet u effetti oħra fuqna, negattivi jew pożittivi. Imma ħadd ma rnexxielu jibdilna mill-għeruq. Ħlief wieħed biss! Pawlu. L-Appostlu magħżul minn Ġesù Kristu. Pawlu li minkejja li ma kienx jaf bina, Alla l-imbierek, fil-providenza mimlija mħabba għalina bħala poplu, riedu li qabel ikompli bil-pjan tiegħu li jmur Ruma, jaħbat mal-gżira tagħna. Pawlu ġie. U sar jafna. Dam fostna tliet xhur. Mhux wisq! Imma kien biżżejjed għalih biex jibdilna. Biddilna bil-messaġġ li wasslilna. Biddilna għax laqqagħna ma’ Ġesù Kristu. Missirijietna laqgħu il-grazzja li Alla l-imbierek offrielhom. Permezz ta’ Pawlu inġibdu lejh, laqgħu l-messaġġ u l-kelma tiegħu. Fasslu ħajjithom fuq kelmtu. Għaddew dan id-don tal-fidi minn ġenerazzjoni għalloħra. Dan it-twemmin sawwar il-karattru tagħna bħala poplu. Tana dinjità u identità speċjali. Tana qawwa u saħħa liema bħalha. U fost tant oħrajn li ġew biex jaħkmuna u jbiddlulna l-identità u l-karattru tagħna, dan il-poplu ma ċediex dak li kien għażiż għalih: ilkarattru uman u nisrani li għamluh tant speċjali, kbir u qawwi. Min ħaseb li għax fil-qies dan hu pajjiż u poplu ċkejken, induna li kien poplu li kellu determinazzjoni mhux komuni. Iva, minn barra ħakmuna, imma minn ġewwa le. Bqajna aħna. Poplu li s-saħħa tiegħu kienet ġejja minn dawl u verità li

materjali, li naħsbu biss fil-ħajja ta’ issa, u li biex inkunu kuntenti nfittxu biss li jissodisfana issa, qisu m’hemmx għada u m’hemmx ħajja oħra wara din. Id-dinja ta’ madwarna qed tgħidilna kontinwament biex naħarbu kull dixxiplina fuqna nfusna u kull sagrifiċċju u ċaħda. Stedina biex nitpaxxew issa u ma nagħtu każ ta’ xejn aktar.

Dun Mario Tong, Arċipriet

għaqqditu u mexxietu. Poplu li għalkemm kellu d-differenzi tiegħu, kellu teżor li jgħaqqdu u jqawwih. Mhux ta’ b’xejn għad għandna qima u mħabba lejn dak li wasslilna l-messaġġ u l-persuna ta’ Ġesù. U għalhekk insejjħu lil San Pawl ‘missierna’. Kien hu li nissel mill-ġdid lil dan il-poplu u għamilna nsara. Illum ukoll insibu lil min għadu jixtieq u jrid li jaħkimna. B’mod aktar fin. Imma aktar perikoluż. Għaddejjin minn ħafna pressjonijiet u influwenzi li jriduna nwarrbu l-messaġġ li sawwarna, bniena u żviluppana. Nisimgħu ħafna argumenti li rridu nimxu mażżminijiet u nkunu bħal ħaddieħor, li mhux bilfors hu aħjar minna. Sfidi biex nibdlu d-drawwiet u l-karattru tagħna u ma nħalluhx iżjed jibqa’ magħġun u mdawwal u ffurmat mit-tagħlim tal-evanġelju. Dawn l-attakki kollha jiġu fi djarna stess mill-mezzi ta’ komunikazzjoni li, minbarra s-sabiħ u tajjeb u l-valur tagħhom, jippreżentawlna messaġġi fini biex nadottaw mentalità ta’ ħajja li m’għandhiex bżonn lil Alla u l-kelma tiegħu, li ngħixu kif jaqblilna u kif jidhrilna aħna, li nfittxu fuq kollox u qabel kollox dak li hu

Missierna San Pawl għallimna u sawwarna mod ieħor. Dalwaqt nerġgħu ninġabru biex niċċelebraw il-festa tal-miġja tiegħu fostna. Imma mhux biżżejjed niċċelebraw. Għandu jkun mument ta’ riflessjoni wkoll. Mument li fih niġu f ’sensina. L-istedina tiegħi hi li f ’din il-festa ninġabru madwar Pawlu, il-kbir Appostlu. Pawlu li berikna mhux biss bit-tliet xhur li għadda fostna, imma li berikna għal żewġ millenji billi wasslilna u ħalla fostna lil Ġesù u t-tagħlim tiegħu. Meta nħarsu lejn l-istorja ta’ ġensna ma nistgħux ma narawx kobor speċjali fih. Poplu ċkejken, imma kbir fl-istess ħin fil-qawwa u fil-fibra morali. Qawwi u kbir għax imqaddes u mbierek millgħaqda tiegħu ma’ Alla. Nitolbu l-Pawlu, l-Appostlu tagħna, biex jerġa’ jnissel fina dik l-imħabba lejn il-Kelma li hi l-verità u tagħti l-ħajja; inissel fina fiduċja sħiħa fit-tagħlim li hu xandrilna. Nitolbuh biex nibqgħu f ’qalbu u għal qalbu. Nitolbuh biex ħadd u xejn ma jbegħidna minnu u minn Sidu u Sidna, Ġesù.

3


NEW ARRIVALS OF

WINTER

ITEMS WITH FURTHER REDUCTIONS UP TO 70%

Luigi Ellul Street, Attard (next to transforma) T: 22584407 E: info@raca.com.mt Find us on facebook THE WAREHOUSE OUTLET and like our page for more offers Opening Hours: Monday - Saturday, including Public Holidays until end of December, from 10am-2.30pm and 3.30pm-7.00pm

Great prices on quality clothing foot wear, underwear, bags, accessories, kids wear, denim, swimwear, watches etc.

FREE GIFT WILL BE GIVEN WITH EVERY PURCHASE OVER â‚Ź 200


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Festa tal-poplu kollu Merħba,

bl-aħjar mod possibbli biex dan il-patrimonju reliġjuż ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet futuri. Fuq nota pożittiva, l-Għaqda tal-Pawlini għandha wkoll skop nobbli u reliġjuż li xxerred id-devozzjoni għall-Qaddis u tkabbar l-imħabba lejn San Pawl permezz tal-festa ddedikata lin-Nawfraġju tiegħu.

Waslet il-festa ta’ San Pawl u flimkien mal-Kumitat tal-Għaqda nibda biex nixtiqilkom festa mill-isbaħ. Permezz ta’ din il-Ħarġa Speċjali li tiġi ppubblikata ta’ kull sena mill-Għaqda tal-Pawlini flokkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju, nieħu din l-opportunità biex inwassal lill-qarrejja ta’ din ilĦarġa, messaġġ favur l-akbar festa reliġjuża u nazzjonali talgżejjer Maltin. Fil-veru sens talkelma, il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl għandha tifsira importanti għal dan in-Nazzjon. F’Novembru li għadda, il-Papa Benedittu XVI nieda s-sena talFidi mhux biss biex ma nibirdux u ma nitilfux il-fidi tagħna, imma sabiex insaħħuha, insiru nafuha aħjar, ngħixuha b’iżjed konvinzjoni, u nagħtu xhieda tal-fidi kull fejn inkunu. Se niċċelebraw festa oħra li tikkommemora l-akbar avveniment li qatt inkiteb fl-istorja ta’ pajjiżna. Tfakkarna fil-ġrajja providenzjali li waslet lill-Appostlu Pawlu fuq ilgżejjer tagħna. Storja u ċiviltà għassekli kollha li ġew wara, sal-ġurnata tal-lum, għaliex sibna fl-Appostlu Missierna San Pawl, missier ta’ qalb li tagħder, tfarraġ u tqawwi fil-mumenti diffiċli. Iżda min-naħa tagħna jeħtieġ li nkunu dejjem iżjed denji li nkunu nissejħu bħala wliedu. Din is-sena, il-festa tan-Nawfraġju kellha tiġi trasferita għal nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar minħabba tibdil fil-kalendarju liturġiku. Meta jiġri hekk, l-Għid – l-akbar Festa li tiċċelebra l-Knisja Kattolika – jiġi ċċelebrat kmieni fis-sena kif se jaħbat din is-sena u naturalment il-kalendarju jinbidel b’mod li ma tippermettix il-festa tiġi ċċelebrata fil-jum proprju tagħha tal-10 ta’ Frar. Minkejja dan it-tibdil, l-Għaqda tal-Pawlini baqgħet għaddejja

6

Etienne Montfort, President, Għaqda tal-Pawlini

bil-programm tagħha ta’ matul is-sena fejn kienet attiva permezz tal-membri tagħha sabiex inħejju ruħna għall-festa oħra qaddisa, ferrieħa u dekoruża. Wara li nżammet il-Laqgħa Ġenerali ta’ wara l-Festa, il-Kumitat elett, flimkien mal-Fergħat u l-Kummissjonijiet, fassalna programm biex inżommu din l-Għaqda attiva permezz ta’ parteċipazzjoni attiva bl-attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena, attivitajiet ta' fund raising, laqgħat ta' informazzjoni u attività kontinwa filmaħżen tal-armar, u f ’Dar il-Pawlini.

"…l-Għaqda tal-Pawlini, ġiet innominata sabiex tkun tifforma parti millKunsill Pastorali Parrokkjali” Matul din is-sena, il-Kumitat kompla jaħdem biex ikabbar in-numru ta’ sħubija ta’ membri ġodda fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini. Permezz ta’ din l-attività, il-festa ta’ San Pawl tibqa’ ssib dak is-sostenn li tant huwa bżonnjuż biex l-Għaqda tibqa’ tipproduċi l-entużjażmu fost ilmembri tagħha billi jikkontribwixxu

L-Għaqda tal-Pawlini għandha interess fil-ħajja Parrokkjali. Fuq l-inizzjattiva tal-Arċipriet, ilKan. Mario Tong, l-Għaqda talPawlini, ġiet innominata sabiex tkun tifforma parti mill-Kunsill Pastorali Parrokkja li. Din l-istedina saret mill-Arċipriet waqt is-Seduta Ġenerali Annwali tal-Għaqda li nżammet nhar l-14 ta’ Ottubru 2012. Naħseb li kien pass fid-direzzjoni t-tajba biex l-Għaqda tal-Pawlini tintegra aktar fil-ħajja tal-parroċċa. Kif qal tajjeb l-Arċipriet, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali huwa għodda importanti ħafna fit-tmexxija talparroċċa. Permezz ta’ rappreżentant minn tagħha, l-Għaqda se tkun qed taħdem aktar mill-qrib u b’hekk ngħarrfu aħjar il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet ta’ din il-parroċċa. Naħseb li huwa l-mument opportun li l-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Għaqda tal-Pawlini jirrikonoxxu r-realtajiet tal-parroċċa pawlina biex flimkien mal-Arċipriet jiġu ndirizzati issues li hemm bżonn naħdmu fuqhom għall-ġid ta’ din il-komunità. Fil-verità, parroċċa ħajja tagħmilha n-nies u proprju dan l-aktar li qed jinħass fil-parroċċa pawlina. Ħafna kienu dawk li telqu mill-belt inkluż sidien tan-negozju li abbandunaw id-djar u l-ħwienet tan-negozju tagħhom għal raġunijiet varji. Dan il-fatt inħass tassew u jirrifletti ħafna fuq il-ħajja tal-parroċċa, il-parteċipazzjoni attiva fil-knisja u fl-għaqdiet tal-parroċċa. L-Għaqda tal-Pawlini hija fdata birresponsabbiltà tal-festa flimkien marReverendissimu Kapitlu tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu.


Il-Kumitat dejjem għamel dak kollu possibbli biex jorganizza festa li tixraq lil San Pawl. Il-membri tagħna qed jiġu nfurmati bl-attivitajiet kollha permezz ta’ social media biex il-messaġġ jasal għand kulħadd. Fadal ħafna aktar x’isir però nittama li nkomplu fuq dak li rnexxielna niksbu matul is-snin. Biex wasalna għal dak li għandna llum, irrid ngħid grazzi mill-qalb lill-ex-Presidenti tal-Għaqda u flimkien magħhom il-membri kollha li servew fil-Kumitati tal-Festa biex l-Għaqda tal-Pawlini tgawdi din ilpopolarità fil-parroċċa għażiża tagħna.

Inħeġġiġkom sabiex issegwu millqrib il-programm tal-festa. Nitlobkom tipparteċipaw fil-festi tal-Knisja b’mod speċjali u naturalment għall-programm tal-festi esterni. Ma nistax nikkonkludi l-messaġġ tiegħi jekk ma nagħmilx is-solitu ringrazzjamenti lil dawk ilpersuni li offrew l-għajnuna tagħhom b’sens ġenwin u b’imħabba għal dak li jemmnu fih. Nibda bil-membri talKumitat u l-membri tal-W.Rev. Kapitlu. Magħhom inżid lill-Fergħa Żgħażagħ, il-Fergħa Nisa, il-Kummissjonijiet, ilBord Editorjali u r-reffiegħa tal-vara ta’ San Pawl li b’ħidma kollettiva rnexxielna naslu biex niċċelebraw festa oħra dinjituża lil Missierna San Pawl. J’alla din il-festa tkun mezz li tgħaqqadna u ngħixu l-fidi li ġabilna San Pawl, li kif qalilna l-Papa Benedittu XVI fl-Ittra Appostolika Porta Fides “ il-fidi ssaħħaħna meta ngħixuha”. Ir-ringrazzjamenti tiegħi f ’din l-okkażjoni jmorru lejn kull min ta s-sehem tiegħu biex għal sena oħra se nagħmlu festa mill-isbaħ lil San Pawl. Irrid nieħu din l-okkażjoni u nirringrazzja lil dawk kollha li bil-parteċipazzjoni tagħhom appoġġjaw l-attivitajiet tal-Għaqda ta’ matul is-sena u fl-aħħar u mhux l-anqas lid-ditti u l-benefatturi li għal sena oħra kienu ta’ sostenn għall-Festa 2013.

San Pawl. Fuori Le Mura, Ruma.

" J’alla din ilfesta tkun mezz li tgħaqqadna u ngħixu l-fidi li ġabilna San Pawl”

Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

7


Sunset Chill

The right wine at the right time.

Soft, smooth and mellow, perfect at the end of the day. .

red white rosĂŠ 3 SenSaTional i.G.T. QualiTy wineS

delicata.com


122, Valley Road, B’Kara T 2149 2149 satariano.com


S. & T. Service Ltd. Customs Clearance Import & Export Lifting Machines & Trucking Service

Joe Phil, Ġużè Galea Street, Qormi QRM 06 Tel: 2146 2210 - Fax: 21461431 - Mob: 9942 9595


27 ta' Jannar 2013

Il-fidi li tgħinna nimxu ’l quddiem Għeżież Ħbieb,

Huwa ta’ pjaċir tiegħi li għal darba oħra ġejt mistieden mill-Bord Editorjali sabiex nikteb kelmtejn, speċjalment din is-sena. Għaliex din hija is-Sena (11 ta’ Ottubru 2012 sa l-24 ta’ Novembru 2013) tal-Fidi hekk kif ġiet imħabbra millQdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI fl-ittra Appostolika Porta Fidei. Meta niftakru li kien San Pawl, li ħabat ma’ din l-art u ġab il-fidi lilna l-Maltin, din tieħu sinifikat speċjali u profond. U hija proprja din il-fidi li tgħinna nimxu ’l quddiem flgħarfien ta’ Sidtna Ġesù Kristu. U propju kienu dan it-twemmin li għinna u ddiriġiena fil-ħidmiet tagħna matul din is-sena. Filfatt, ikolli nistqarr li rnexxielna nagħmlu passi kbar ’il quddiem għall-ġid tal-Belt għażiża tagħna. Kif tafu, ftit ta’ snin ilu waqqafna l-Għaqda Festi Beltin li tgħaqqad il-festi kollha tal-Belt sabiex ngħinuhom u nsaħħuhom kemm mil-lat organizzattiv kif ukoll minn dak finanzjarju. Din is-sena organizzajna ukoll l-ewwel attivtà flimkien. Waqt inNotte Bianca tellajna wirja tal-isbaħ statwi tal-qaddisin Beltin. Wirja li ġibdet lejha eluf ta’ nies minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex. Fuq barra, kien hemm ukoll banda ddoqq innijiet brijużi għall-okkażjoni. U għall-ewwel darba, din il-banda anke daqqet l-innijiet tal-erba’ festi prinċipali tal-Belt fl-istess okkażjoni. Ikolli ngħid li sabiex ħloqt din l-għaqda, ħadt ħafna xogħol. Iżda llum il-ġurnata li qed nara l-frott tax-xogħol kollu li għamilt f ’dawn l-aħħar snin, ninsab kburi u fiduċjuż li l-festi Beltin se jkomplu jissaħħu fis-snin li ġejjin.

Dr. Alexiei Dingli

Sindku tal-Belt Valletta

"…ninsab kburi u fiduċjuż li l-festi Beltin se jkomplu jissaħħu fis-snin li ġejjin” Però x-xogħol tagħna ma jiqafx hawn. Qed isir ħafna xogħol sabiex ilbelt kollha nkluż il-parroċċa tkompli tisbieħ. Fosthom nista’ nsemmi l-proġetti ta’ pavimentar fin-naħa tal-Barakka t’Isfel, is-Sur ta’ Santa Barbara, tiswija ta’ bankini, il-ħadid li qed jitwaħħal fit-toroq fejn hemm it-turġien u l-kisi mill-ġdid ta’ Triq San Pawl. Apparti dan qed naħdmu wkoll sabiex intejbu l-aċċessibilità fil-knejjes tagħna u proprju għalhekk se jsir intervent sabiex il-Knisja ta’ San Pawl ikollha aċċess għall-persuni b’diżabilità wkoll.

meta għajnejn l-Ewropa se jkunu fuqna, iżda se tkun opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lillgħażiża belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja s-sena kollha. Fost l-affarijiet li għandna nesponu matul dik issena huma wkoll il-festi tagħna. Festi importanti ħafna, mhux biss għalina l-beltin iżda wkoll għallMaltin. Naħseb wasal iż-żmien li nelevaw aktar lil dawn il-festi grandjużi u nesponu dawn il-ġojjelli tagħna mal-Ewropa kollha. Din hija l-opportunità li se tagħtina l-Valletta 2018. U proprju għalhekk li fit-28 ta’ Diċembru organizzajna kunċert kbir fil-Knisja ta’ San Pawl bilparteċipazzjoni ta’ mużiċisti barranin sabiex nesponu s-sabiħ li għandna. Biex nikkonkludi, il-messaġġ tiegħi huwa sempliċi ħafna, nitgħallmu minn San Pawl. Mhux biss matul il-ġimgħa tal-festa iżda tul is-sena kollha. San Pawl jgħinna nifhmu u napprezzaw dak li għandna filwaqt li nħarsu ’l quddiem 'il għaliex għad fadlilna ħafna aktar x’nagħmlu. Fl-aħħar, f ’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nirringrazzja lil Rev. Kan. Arċipriet Mario Tong, ta’ kemm ħdimna flimkien matul din is-sena. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha u nirringrazzja b’mod speċjali lill-Għaqda tal-Pawlini għax-xogħol siewi li dejjem għamlu għall-ġid tal-Belt.

Matul is-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rnexxielu jġib it-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minna. Mhux biss se jkun iż-żmien

11


Provinċja reliġjuża Franġiskana Maltija msemmija għal San Pawl Nawfragu P. Alfred Calleja OFM Conv.

Il-Knisja Mqaddsa f ’din id-dinja hi sagrament ta’ salvazzjoni. Hija wkoll sinjal u strument tal-għaqda ta’ Alla mal-bnedmin. Din l-għaqda trid tidher sewwa għaliex il-Knisja hija t-triq u l-għan tal-pjan ta’ Alla fuq l-art. Hija Knisja viżibbli u spiritwali fl-istess ħin. Minn dan jiġi li kull ħaġa li tmiss magħha jew li tippreżentaha fuq l-art, irid ikollha bażi ta’ salvazzjoni u sura qaddisa. Nemmnu li l-Knisja hija Qaddisa. Minn dan ġej il-fatt li kulmin jirrapreżenta l-Knisja fid-dinja, jitlob li jkun taħt il-ħarsien ta’ xi Persuna divina jew tal-Madonna jew ta’ xi Qaddis jew Qaddisa. Ilpoplu nisrani jrid iqim lil Alla tiegħu dejjem. Dan jagħmlu permezz ukoll tal-Qaddisin tiegħu. Minn hawn ġejja d-drawwa antika fil-Knisja li kull knisja jew kappella jkollha Patrun jew Prottettur tagħha. Dan ikun l-isem titulari tal-post qaddis. Issa dan jgħodd mhux biss għal kull knisja jew kappella, iżda wkoll għal kull Ordni reliġjuż, Kongregazzjoni reliġjiuża jew Soċjetà jew Għaqda kattolika oħra li b’xi mod hija magħquda jew taħdem mal-Knisja. Aħna l-Franġiskani Minuri Konventwali ilna snin twal hawn Malta. Dħalna għall-ewwel darba fir-Rabat ta’ Malta qabel nofs isseklu erbatax. Il-post huwa fejn illum hemm is-Santwarju talMadonna tas-Saħħa. Matul l-ewwel żminijiet, sas-sena 1904 kellna biss tliet kunventi: fir-Rabat(1347), fir-Rabat Għawdex(1492) u fil-Belt Valletta(1598). Konna nagħmlu parti mill-Provinċja ta’ Sqallija. Domna niddependu ġurisdikament minn Sqallija bħala Kustodja sas-sena 1905. Kien il-Kustodju Provinċjali ta’ Malta, P. Bonaventura Zahra (1898) li kompliet qawwiet ixxewqa u t-tama tat-twaqqif ta’ Provinċja, maqtuha kompletament minn dik ta’ Sqallija. Kien hemm diffikultà kbira dwar dan għaliex irregolamenti tal-Knisja kienu jitlobu li biex Kustodja ssir Provinċja jrid ikollha mill-inqas erba’ kunventi.

12

Aħna kellna biss tlieta. Għalkemm it-talba f ’Ruma saret snin qabel, ridna nistennew li jkollna kunvent ieħor biex dan ikun jista’ jseħħ. Din ma kinitx ħaġa faċli jew żgħira. Fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, ilMarkiż Vinċenz Bugeja u l-mara tiegħu Anna Darbois bdew jaħsbu fuq possibbiltà li jibnu knisja f ’San Pawl il-Baħar fejn kellhom id-dar tal-velleġġjatura. Xtaqu jibnu wkoll kunvent biex iġibu Ordni reliġjuż f ’dawk l-inħawi. Wara l-mewt tal-Markiż Vinċenz Buġeja fissena 1890, martu l-Markiża Anna riedet iżżomm u twettaq ix-xewqa tagħhom li tibni knisja mhux tant bogħod mid-dar tagħha. Hija kitbet lill-Papa Ljun XIII u lill-Isqof ta’ Malta Mons. Pietru Pace fl-1900 fejn talbithom il-permess sabiex tkun tista’ tibni knisja ġdida minn flusha.

"…l-għotja tal-knisja u l-kunvent ta’ San Pawl il-Baħar kienet il-grazzja provvidenzjali…” Is-sena 1900 kienet Sena Mqaddsa u l-Papa Ljun XIII kien għalaq 90 sena. Il-Markiża Anna kitbet hekk fuq San Pawl il-Baħar: “San Pawl il-Baħar hu art imqaddsa bil-preżenza tal-kbir Appostlu San Pawl fejn, bix-xufftejn tiegħu, hu xerred id-dawl tal-Evanġelju u fetaħ qlub il-Maltin kollha”. Hija kellha konfessur tagħha Patri franġiskan tal-Minuri, P. Lwiġi Attard OFM. Meta qalgħet il-permessi meħtieġa biex tibni l-knisja u l-kunvent, talbet lill-patrijiet Franġiskani Minuri biex imorru joqogħdu hemm u jieħdu ħsieb il-knisja. Iżda l-Patrijiet Minuri, għar-raġunijiet tagħhom, ma laqgħux it-talba tagħha.

Il-Patrijiet Franġiskani Konventwali, f ’dak iż-żmien, kienu qegħdin jitkellmu dwar it-twaqqif ta’ Provinċja. Is-Superjur, P. Bonaventura Zahra, fil-Kapitlu Kustodjali, tkellem dwar din ilpossibbiltà iżda kien meħtieġ li jkollhom kunvent ieħor biex minn tlieta jsiru erbgħa skont kif titlob il-Knisja. Kienu jafu x’qed jiġri bejn il-Markiża u l-Patrijiet Minuri. Provvidenzjalment il-konfessur tal-Markiża, P. Lwiġi Attard OFM, ġie trasferit fil-kunvent tal-Belt u għalhekk ma baqax konfessur tagħha. Fortunatament hija għażlet bħala konfessur ġdid tagħha lil P. Bonventura Zahra, Vigarju Provinċjali OFMConv. (1903). Billi aħna konna qegħdin infittxu u nitolbu li jkollna kunvent ieħor, P. Bonaventura ħataf din l-okkażjoni u talab lill-Markiża tagħti l-knisja u l-kunvent lill-Patrijiet tiegħu. IlMarkiża, meta saret taf bid-deċiżjoni tal-Patrijiet Minuri, laqgħet it-talba tal-konfessur tagħha u fit-28 ta’ Settembru1904, quddiem in-nutar Carlo Micallef De Caro, irregalat il-knisja u l-kunvent lill-Patrijiet Franġiskani Konventwali. B’hekk il-Patrijiet għelbu d-diffikultà tan-numru tal-kunventi u talbu lill-Ordni biex imexxi għallħolqien tal-Provinċja l-ġdida. L-awtorità tal-Ordni f ’Ruma taw il-kunsens taghħhom u fis-sena 1905 il-Kustodja saret Provinċja. Hawn wieħed jista’ jara li l-għotja tal-knisja u l-kunvent ta’ San Pawl ilBaħar kienet il-grazzja provvidenzjali għalina biex insiru Provinċja. Mela l-ftuħ ta’ dan il-kunvent u t-twaqqif tal-Provinċja f ’Malta ngħaqdu flimkien bħala ġrajja waħda. P. Alessandro Bonnici kiteb hekk: “L-istorja tal-komunitajiet u kunventi u dik tal-Provinċja jidħlu f ’xulxin”. Meta l-Patrijiet marru joqogħdu fil-kunvent il-ġdid ta’ San Pawl il-Baħar, għażlu superjur talKomunità lil P. Bonaventura Zahra. Dan kien ukoll l-ewwel Provinċjal tal-Provinċja l-ġdida.


27 ta' Jannar 2013

Pittura xogħol tal-artist Malti Rafel Bonniċi Calì – Tinsab fil-Knisja ta' San Franġisk fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Fiha naraw il-figuri ta' San Pawl u San Franġisk fuq sfond li juri l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fejn inbena l-Kunvent tal-Franġiskani Konventwali.

Kif għedt aktar ’il fuq, id-drawwa kienet li l-Patrijiet jagħżlu Patrun għall-Provinċja tagħhom. Huma għażlu bħala Patrun tagħhom lillAppostlu Missierna San Pawl. Jien nixtieq ngħid li l-Patrun titulari tal-Provinċja huwa San Pawl. Iżda meta wieħed jaħseb ftit sewwa fuq ir-raġuni li għaliha l-Patrijiet Franġiskani Konventwali għażlu lil San Pawl l-Appostlu tal-ġnus, irid iżomm f ’moħħu li l-provvidenza t’Alla riedet li l-kunvent li Huwa pprovdielhom kien f ’San Pawl ilBaħar, il-post għażiż fejn San Pawl

ra l-għarqa tiegħu. Il-post fejn aħna l-Maltin ngħożżu bħala l-post li fih wasal San Pawl fil-Ġżejjer tagħna. Jiena żgur li f ’moħħ il-Patrijiet fil-għażla li għamlu, kellhom lil San Pawl nawfragu li huwa wkoll il-Patrun tar-raħal li marru fih u San Pawl Patrun ta’ Malta. Raġuni oħra li jien ngħid li hija valida, hija din: Kien hemm Provinċja Franġiskana Maltija oħra li għażlet bħala Patrun tagħha lill-Appostlu Missierna San Pawl. Din hija l-Provinċja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri. Iżda t-titlu

ta’ San Pawl f ’dan il-każ, huwa l-konverżjoni tiegħu. Nemmen li l-Patrijiet Franġiskani Konventwali riedu jsibu titlu differenti. Bla dubju ta’ xejn il-Provinċja talFranġiskani Konventwali Maltija hija l-unika Provinċja reliġjuża Maltija ddedikata għall-San Pawl Appostlu fin-Nawfraġju tiegħu fuq il-blata tal-għażżenin f ’San Pawl il-Baħar, ir-raħal li fih laqa’ għallewwel darba lil San Pawl fi triqtu lejn Ruma u kien dan ir-raħal li wassal għat-tmiem ix-xewqa talPatrijiet tagħna li jsiru Provinċja.

13


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

F’għeluq il-100 Sena millKungress Ewkaristiku Internazzjonali – Malta 1913 Kan. John Ciarlò

F’Ġunju tas-sena l-oħra, f ’Dublin, l-Irlanda, sar il-50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, u diġà tħabbar li l-Kungress li jmiss se jsir f ’Ċebu, fil-Filippini. Kien fl-1881 li sar l-ewwel Kungress Ewkaristiku Internazzjonali fil-belt Franċiża ta’ Lille, fuq ispirazzjoni tal-Isqof Franċiż Gaston de Segur bl-iskop li tissaħħaħ u tixtered aktar iddevozzjoni privata u pubblika filPreżenza Reali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija. Matul is-snin, saru 50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali f ’tant bliet kbar madwar id-dinja bħal Pariġi, Brussell, Ruma, Londra, Cologne, Madrid, Vienna, Montreal, Melbourne, Chicago, Buenos Aires, Barcelona, Philadelphia, Nairobi, Seoul, Seville u bosta bliet kbar oħra. Minkejja ċ-ċokon tal-gżira tagħna, anki f ’pajjiżna kien sar Kungress Ewkaristiku Internazzjonali bejn it-23 u s-27 ta’ April 1913. Ma nistgħux għalhekk din is-sena ma nfakkrux il-100 sena minn din il-ġrajja storika tant importanti fl-istorja reliġjuża ta pajjiżna. Kien l-Arċisqof ta’ Westminster, il-Kardinal Ingliż Francis Bourne li, wara żjara qasira li kien għamel f ’Malta u ra l-knejjes tagħna u d-devozzjoni kbira tal-Maltin lejn l-Ewkaristija, li qabel ma telaq minn Malta ħajjar lill-Arċisqof Pietru Pace biex jitlob lill-Kumitat Permamenti ħalli l-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kellu jsir fl-1913 isir f ’Malta. Wara li l-Arċisqof ressaq it-talba tiegħu, fis-17 ta Frar 1912 ilPresident tal-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Internazzjonali, Mons. Thomas Heylen, Isqof ta’ Namur fil-Belġju, għarraf lill-Arċisqof Pace li t-talba tiegħu kienet ġiet milqugħa.

14

It-tberik tal-baħar li sar mill-ponta tal-Barrakka ta' Fuq.

Il-Baldakkin bis-Sagrament għaddej mix-Xagħra tal-Furjana.

Min-naħa tiegħu, l-istess Arċisqof Pace f ’Ittra Pastorali fl-Għid tal1912 li fiha ħabbar li Malta ġiet magħżula biex tilqa l-Kungress kiteb: “Din hija żgur xorti tajba għalina l-Maltin, grazzja tassew sublimi”. L-Arċisqof Pace li diġà kellu 80 sena, mill-ewwel laqqa’ Kumitat Ġenerali ta’ madwar 300 ruħ, magħmul mill-aħjar nies ta’ Malta,

kemm saċerdoti kif ukoll lajċi. Wara nħatar il-Kumitat Eżekuttiv u diversi sotto-kumitati biex jieħdu ħsieb il-programm tal-attivitajiet tal-Kungress, il-laqgħat, iċċerimonji, il-purċissjonijiet, l-armar u d-dekorazzjonijiet tat-toroq u l-akkomodazzjoni għall-kungressisti, waqt li Mons. Isqof Awżiljarju Angelo Portelli O.P. inħatar President tal-Kumitat Eżekuttiv.


27 ta' Jannar 2013 Bi tħejjija spiritwali għall-Kungress, il-Kumitat beda biex jorganizza fil-parroċċi u l-knejjes l-aktar frekwentati korsijiet ta eżerċizzi għall-klassijiet kollha tas-soċjetà. Ġiet stampata talba għall-bżonnijiet tal-Kungress li kellha tingħad kuljum fid-djar u fil-knejjes, waqt li tħejja gwida għall-kongressisti, badge talKungress u midalja kommemorattiva. Għal din l-okkażjoni, is-Surmast Ġuzeppi Caruana kiteb l-għanja T’Adoriam Ostia Divina (Nadurawk ja ħobż tas-sema) fuq versi talpoeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Kien fil-5 ta’ Diċembru, 1912, li tħabbar li l-Papa kien ħatar lillKardinal Domenico Ferrata bħala Legat għall-Kungress, aħbar li ġiet milqugħa tajjeb minn kulħadd billi f ’Ġunju tal-1905 dan kien ġie Malta biex jinkuruna l-kwadru talKunċizzjoni ta’ Bormla. Kien fil-bidu tal-1913 li l-Kumitat ħareġ stedina internazzjonali li biha ġew mistiedna kardinali, isqfijiet u diversi kelliema barranin. Kien fl-Għid tas-sena 1913 li l-Arċisqof Pace, f ’Ittra Pastorali, waqt li esprima s-sodisfazzjon kbir tiegħu li Alla kien tah il-privileġġ li fi xjuħitu jara l-Kungress f ’Malta, irringrazzja lill-Kumitat u l-poplu għal dak kollu li kienu qegħdin jagħmlu għas-suċċess tal-Kungress. Il-wasla tal-Kardinal Legat Kien it-Tlieta, 23 ta’ April, li wasal Malta il-Legat tal-Papa, il-Kardinal Domenico Ferrata bil-vapur Hussar, akkumpanjat minn bosta dgħajjes u laneċ. Kien fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar li l-vapur daħal fil-Port il-Kbir fost l-għajjat, iċ-ċapċip u l-entużjażmu tan-nies li ħonqu s-swar, fost id-daqq tal-qniepen u t-tisfir tal-vapuri, waqt li mill-Ponta tal-Isla ġew sparati 21 murtal ta’ salut. Kif niżel id-Dwana, akkumpanjat mill-Isqof Angelo Portelli O.P. il-Kardinal ġie milqugħ mill-Kap tal-Pulizija u mill-membri talKumitat Eżekuttiv. Wara rikeb il-karozzella tal-Arċisqof Pace u kien eskortat lejn il-Belt fost l-għajjat, iċ-ċapcip u l-entużjażmu tan-nies li ħonqu t-toroq minn fejn għadda. Kif wasal ħdejn il-knisja ta’ Sarria, il-Furjana, huwa ngħata merħba mill-Arċisqof Pace waqt li ndaqq l-Innu tal-Papa mill-Banda Vilhena

Armar fi Strada Reale għall-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku.

tal-Furjana u l-kant tal-kor ta’ San Ġakbu. Qabel ma ġie skortat salKon-Katidral ta’ San Ġwann filBelt taħt baldakkin, akkumpanjat mir-reliġjużi ta’ Malta, l-Imħallef Pullicino għamillu ndirizz ta’ merħba f ’isem il-poplu Malti. Waqt id-daħla tiegħu f ’San Ġwann, l-istudenti tal-Università għamlulu gwardja talunur. Wara li fil-Kon-Katidral intqalet it-talba tal-Kungress, il-Kardinal ġie skortat sal-Palazz tal-Arċisqof waqt li ż-żewġ baned tal-Belt, La Valette u l-King’s Own daqqew programmi filpjazza ta’ San Ġwann u ta’ San Ġorġ. Ftuħ tal-Kungress L-Erbgħa, 23 ta’ April, l-ewwel jum tal-Kungress, filgħodu sar servizz ewkaristiku għall-istudenti talLiċeo fil-knisja tal-Ġiżwiti, waqt li l-Kardinal Legat kellu laqgħat ma’ diversi membri tal-komunità filPalazz tal-Arċisqof. Wara għamel żjara ta’ kortesija lill-Gvernatur u Lady Rundle fil-Palazz. Kien għall-ħabta tas-2.45p.m. li l-Kardinal Ferrata twassal il-Mosta bil-karozzella tal-Arċisqof Pace, waqt li eluf ta’ nies ħarġu jsellmulu waqt li kien għaddej mill-Furjana, millĦamrun, minn Birkirkara u Ħal Lija. Wara li wasal il-Mosta, huwa mexa lejn iz-zuntier tal-knisja u daħal il-

knisja waqt id-daqq tal-Innu tal-Papa mill-Banda Nicolò Isouard. Fil-knisja ngħata merħba mill-kardinali, millisqfijiet u mill-membri tal-Kumitat. Wara li l-Isqof Heylen iddikjara l-Kungress miftuħ u wara li s-Segretarju tal-Arċisqof Mons Gauci qara d-digriet tal-Papa bil-ħatra tal-Kardinal Ferrata bħala l-Legat tiegħu għall-Kungress, tkellem il-Kardinal innifsu. Waqt li kkwota mill-ittra ta’ San Pawl lill-Korintin dwar l-istituzzjoni tal-Ewkaristija, il-Kardinal qal li l-għarqa ta’ San Pawl u l-fidi kienu r-rigali li Alla ta lillMaltin għall-ħniena u l-ospitalità li wrew mal-Appostlu. Huwa fakkar fiżżjara li kien għamel f ’Malta fl-1905 u saħaq li kienet l-Ewkaristija li kienet ispirat lil San Pawl u tat il-kuraġġ lill-ewwel martri u lill-qaddisin. Il-Kardinal faħħar il-fidi tal-Maltin li baqgħet dejjem ħajja bis-saħħa tal-ħafna devozzjonijiet Ewkaristiċi u sostna li l-Ewkaristija kienet l-aqwa lqugħ kontra l-materjaliżmu li kien qiegħed idgħajjef is-sens tal-verità fil-bniedem, iħassarlu r-rieda tiegħu u jdgħajfu quddiem il-ħażen. Huwa qal li kien Alla li dejjem ħares lillpoplu Malti, imrobbi fi tradizzjonijiet qaddisa u nobbli li għenhom biex joħorġu rebbieħa matul l-istorja.

15


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013 Wara tkellem Mons Angelo Portelli, li f ’isem il-kleru ta’ Malta sellem lillkongressisti barranin, waqt li faħħar il-qlubija u l-fidi tal-poplu Malti li baqa dejjem sod mal-fidi nisranija tiegħu. Wara, f ’isem il-poplu Malti, tkellem il-Markiż Mattei. L-Isqof Kanadiż Emard ta' Valleyfield, wara għamel diskors ta’ ringrazzjamant f ’isem id-delegati barranin u wara għamel diskors Patri Sammut, rettur tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Minn filgħaxija stess bdew il-laqgħat għall-kongressisti barranin u saret ukoll Adorazzjoni ta’ bil-lejl. It-tieni jum tal-Kungress Filgħodu sar Quddies Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Bażilika Kolleġġjata tal-Isla u fil-Kolleġġjata ta’ Birkirkara. Ġrajja mportanti f ’dan il-jum kienet il-Quddiesa bit-Tqarbina tat-tfal, ilkoll libsin bl-ilbies tal-Preċett u tal-Griżma li l-Legat tal-Papa mexxa fil-knisja parrokkjali ta’ San Publju, il-Furjana. Minħabba l-għadd kbir tat-tfal li attendew, xi wħud minnhom kellhom jitqarbnu fil-knisja ta’ Sarria u dik talKapuċċini. Wara l-quddiesa, it-tfal ingħataw ħelu u gallettini fil-Mall.

Wara, it-tfal daħlu proċessjonalment akkumpanjati mill-Isqof Mons. Angelo Portelli O.P. il-Belt, ikantaw innijiet ewkaristiċi, flimkien malbanda tas-Sależjani. Fil-Belt, ilKardinal Domenico Ferrata sellem lit-tfal mill-gallerija tal-Każin Malti. Matul il-jum, komplew il-laqgħat għall-kongressisti barranin b’ilsna differenti fi knejjes differenti talBelt. Fil-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, saret laqgħa għallmembri kollha tal-kleru Malti. Wara nofsinhar, saret it-tieni laqgħa ġenerali fil-knisja tal-Mosta li għaliha attendew diversi Kardinali u d-Duka ta’ Norfolk. Fil-bidu tal-laqgħa, l-Isqof Heylen semma d-diversi ittri u telegrammi li l-Kumitat kien irċieva minn diversi kardinali u isqfijiet li ma setgħux jattendu. Matul il-laqgħa, Mons. Farrugia tkellem dwar l-Ewkaristija f ’Malta waqt li l-avukat Galea tkellem fuq il-liturġija tal-quddiesa. Kelliema oħra kienu l-Professur Patri Anastasju Cuschieri li tkellem dwar il-quddiesa riparatriċi waqt li l-Kanonku Leynard ta’ Kartagni u Susa fit-Tuniżija tkellem fuq il-Knisja Kattolika fl-Afrika. Matul il-lejl, saret adorazzjoni filknisja ta’ San Duminku li tmexxiet

mill-Isqof ta’ Acireale u f ’Misraħ San Ġorġ, il-banda King’s Own tellgħet programm mużikali. It-tielet u raba’ jum tal-Kungress Kmieni filgħodu, il-Ġimgħa, 25 ta’ April, il-Kapitlu tal-Katidral akkumpanja proċessjonalment lillKardinal Legat mill-knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat sal-Katidral talImdina fejn wara mexxa Quddiesa Pontifikali. Wara nofsinhar saret it-tielet laqgħa ġenerali fil-Mosta li fiha tkellem il-Kardinal Franċiż Bourne dwar l-Ewkaristija u l-għaqda tal-familja u l-avukat Arturo Mercieca dwar l-Ewkaristija u t-tfal. Tkellmu wkoll Padre Agostino Gemelli dwar Lourdes u l-Ewkaristija u t-tabib Felice Inglott dwar l-Ewkaristija u l-morda. F’nofsinhar, il-Kazin La Valette flokkażjoni tal-Kungress organizza pranzu għal 65 persuna fil-bżonn li għalih attendew diversi Isqfijiet, membri tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl flimkien mal-President Kom. J. Howard, membri tal-Kumitat u s-Surmast Vitaliti, waqt li fit-Teatru Manoel ittellgħet wirja ta’ tableaux vivants fuq il-kungressi ewkaristiċi. Is-Sibt, 26 ta’ April, filgħodu sar quddies pontifikali f ’diversi knejjes Il-Monument ta' Kristu Re, fil-Furjana – tifkira tal-Kungress, li nkixef fit-30 ta' Diċembru 1917 mill-Isqof Mawru Caruana.

16


27 ta' Jannar 2013 tal-gżira, waqt li l-Arċisqof Pietru Pace mexxa quddiesa għall-istudenti tal-Università fil-knisja kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu. Filgħodu wkoll il-presidenti u s-surmastrijiet tal-banda La Valette u l-King’s Own tal-Belt għamlu żjara lill-Kardinal Ferrata fil-Palazz tal-Arċisqof. Il-Kardinal bierek l-istandardi taż-żewġ baned u saru diskorsi mill-Presidenti taż-żewġ każini. Fil-11.00 am. fil-knisja tal-Mosta saret l-aħħar laqgħa ġenerali li fiha tkellmu l-Ġiżwita Patri Leanza, l-Isqof Awżiljarju ta’ Strasbourg Mons. Zorn du Bulach, Mons. Luigi Farrugia, Vigarju tal-Isqof t’Għawdex, il-Maġistrat Cremona minn Għawdex, l-Abbati Desgranges tal-Jeunesse Catholique u l-Kardinal Alvarez y Santos. Ikkonkluda l-laqgħa ġenerali l-Kardinal Ferrata u wara l-Isqof Angelo Portelli O.P. f ’isem l-Arċisqof Pietru Pace u l-Kumitat ippreżenta kalċi tad-deheb lill-Kardinal. Wara nofsinhar, il-Kardinal Ferrata, akkumpanjat mill-Konfraternità tas-Sagrament tal-knisja ta’ San Duminku mexa proċessjonalment minn Triq Merkanti u Misraħ Kastilja għall-Barrakka ta’ Fuq. Il-Port il-Kbir kien mimli dgħajjes u vapuri u s-swar tal-Belt u tal-Isla kienu miżgħuda bin-nies li attendew għaċ-ċerimonja tat-Tberik tal-Baħar. Mal-wasla tal-Kardinal bis-Ss.mu Sagrament, tkantaw l-għanjiet O Salutaris Ostia u t-Tantum ergo, u fuq palk li tħejja fil-gallerija tal-Barrakka, il-Kardinal Ferrata bierek il-baħar u l-poplu kollu miġbur fil-Port il-Kbir, waqt id-daqq tal-qniepen, tas-sireni tal-vapuri u musketterija. Kienet xena tassew impressjonanti ta’ devozzjoni u fidi. Filgħaxija mbagħad La Valette daqqet programm f ’Misraħ San Ġorġ u esegwiet xogħlijiet ta’ Manente, Perosi, Vitaliti, Ponchielli u Wagner waqt li fit-Teatru Manoel ittella’ l-Oratorju San Paolo tas-Surmast Carlo Diacono fuq librett ta’ Mons. Formosa. Fil-knisja tal-Karmnu saret adorazzjoni ta’ bil-lejl bejn l-għaxra u l-erbgħa ta’ filgħodu. L-għeluq tal-Kungress Il-Ħadd, 27 ta’ April, l-aħħar jum

ingħatat il-barka sagramentali. Ilpurċissjoni maestuża għaddiet minn Triq Merkanti u, wara daret lejn Triq Irjali għall-Putirjal, għaddiet minn maġenb ix-xagħra tal-Furjana u daret mal-Misraħ San Kalċidonju u Triq Sant’Anna. Il-purċissjoni tmexxiet mill-Kardinal Legat li mexa t-triq kollha taħt baldakkin li ġarrew membri tan-nobbiltà Maltija. Huwa kien akkumpanjat mill-Kardinali, l-Isqfijiet u membri tal-kleru regolari u sekulari u persunaġġi distinti fosthom id-Duka ta’ Norfolk. Ilbaned La Valette u l-King’s Own daqqew fanfarra minn fuq Putirjal biex iħabbru lin-nies ta’ barra l-Belt il-wasla tas-Ss.mu Sagrament.

Il-Bandalora tal-Kardinal Ferrata li ngħatat lis-Soċjetà Filarmonika 'La Valette' flokkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku.

It-tribuna li minn fuqha ngħatat ilbarka sagramentali kienet tintlaħaq minn żewġ turġien u kienet imżejna bilventartal tal-fidda tal-Knisja Kolleġġjata u Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu u mixgħula b’sitt lampi qawwija u kienet tidher minn kullimkien. tal-Kungress, filgħodu il-Kardinal Legat mexxa Pontifikal Solenni filKon-Katidral ta’ San Ġwann. L-aħħar ċelebrazzjoni li kellha tagħlaq il-Kungress kienet purċissjoni kbira mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann sad-daħla tal-Mall, il-Furjana fejn intramat it-tribuna li minn fuqha

It-tribuna li minn fuqha ngħatat ilbarka sagramentali kienet tintlaħaq minn żewġ turġien u kienet imżejna bil-ventartal tal-fidda tal-Knisja Kolleġġjata u Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu u mixgħula b’sitt lampi qawwija u kienet tidher minn kullimkien. Waqt il-barka, il-folla kbira li ħadet sehem waqt il-purċissjoni u li nġabret madwar, quddiem u wara t-tribuna, kantat innijiet ewkaristiċi. Dakinhar saret mixgħela ġenerali fil-Belt u l-Furjana u fil-parroċċi l-oħra ta’ Malta. Dan kien tassew tmiem xieraq għallKungress Malti li fih tant nies kienu pparteċipaw b’mod attiv matul il-jiem kollha tal-Kungress. Wara li ntemm il-Kungress f ’Malta, il-Kardinal Ferrata għamel żjara f ’Għawdex fejn fost l-oħrajn bierek u inawgura l-knisja ta’ Santa Sabina bħala kappella għall-adorazzjoni perpewta tas-Ssmu Sagrament. B’tifkira ta’ dan il-Kungress, fit-30 ta' Diċembru, 1917, ġie inawgurat il-monument ta’ Kristu Re, xogħol l-iskultur Malti, Antonio Sciortino. Riferenzi: Tifkira tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta’ Malta, Joseph Bonnici, Michael Cassar. L-Isqof li ħabbu kulħadd, P. Philip Mallia O.P. Rajt Malta Tinbidel, Vol I, Herbert Ganado "La Valette", L-Ewwel Mitt Sena Storja, Kan. John Ciarlò

17


NAZZARENU HABER 34 for all types of frame making 34

293, St.Paul’s Str., Valletta tel. 2124 5957


Award for Architectural Heritage

Lombard Bank Malta p.l.c.


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Pawlu u Malta

mill-Prof. Mons. P.P. Saydon

“X’ħin konna meħlusin, għarafna li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies ta’ hemm urewna tjubija li ma bħalha; ġabruna u qabbdu nar minħabba x-xita li kienet laħqet u l-bard. Mela Pawlu ġema’ qabda ħatab u tefgħu ġon-nar; ħarġet lifgħa minħabba s-sħana u qabdet ma’ idu. Malli raw in-nies tal-pajjiż il-bhima mdendla ma’ idu, bdew igħidu wieħed lill-ieħor: Dar-raġel tassew li hu xi qattiel, għax, għalkemm ħeles mill-baħar, il-Ħaqq ma ħallihx jgħix. Imma Pawlu farfar il-bhima fin-nar u ma ġratlu ebda ħsara. Huma kienu jistennewh jarawh jintefaħ u jaqa’ mejjet minnufih. Wara li damu jistennew ħafna u raw li ma ġralu xejn barra mit-triq, biddlu fehmithom u bdew igħidu li kien alla. “Mela f’dawk l-inħawi kien hemm ir-raba’ tal-Ħakem tal-gżira, li kien jismu Publju. Laqagħna u żammna tlitt ijiem bil-qalb. Ġara li missier Publju kien mixħut, marid bid-deni u sabb id-demm. Daħal Pawlu ħdejh, talab, qiegħed idejh fuqu u fejqu. Wara dan, il-morda kollha li kien hemm fil-gżira ġew għandu u kienu mfejqin. Huma wrewna ġieħ kbir u, x’ħin konna se nitilqu, tawna kull ma konna neħtieġu.” (Atti 28, 1-10). Għalina l-Maltin din hi l-isbaħ paġna tal-Iskrittura kollha u għandha tkun tant għażiża għalina li kull wieħed minna għandu jkun jafha bl-amment. Fi ftit kliem San Luqa jgħidilna l-istorja kollha ta’ Pawlu f’Malta: il-laqgħa li għamlulu l-Maltin u l-mirakli li għamel magħhom. U min jaf kemm ħwejjeġ oħra kien igħidilna San Luqa kieku qagħad isemmilna ħaġa ħaġa kull ma għamel San Pawl fostna matul dawk it-tliet xhur imbierka. Biex aktar ngħożżu l-ftit li kiteb San Luqa ħalli niflu ftit kliemu. San Luqa jibda biex igħidilna li malli l-baħrin u n-nies kollha tal-bastiment qabdu l-art għarfu li dik l-art kienet il-gżira ta’ Malta. Qabel il-Kapitlu 27, 39 kien qal li meta lemħu l-art ma għarfux x’art kienet. Hemm min igħid: Kif jista’ jkun li l-baħrin, li min jaf kemm kienu baħħru f’dawk l-ibħra ma għarfux il-gżira ta’ Malta? Jekk ma kinux jafu x’jisimha l-gżira qabel ma niżlu l-art, dan ifisser li l-gżira ma kinitx Malta, imma xi gżira oħra anqas magħrufa minnha. Le. Ilbastiment li fuqu kien Pawlu kien Grieg jew Lixandrin (27,6) u l-baħrin kienu Griegi. It-triq tiegħu kienet mill-Lvant għal Sqallija, dritt bla ma jmiss ’il Malta. Mhiex ħaġa kbira li la l-kaptan u lanqas il-baħrin qatt ma għaddew Malta u qatt ma baħħru qrib Malta. Terġa’, jekk il-kaptan u l-baħrin kienu ġew Malta drabi oħra kienu jafu biss il-portijiet il-kbar ta’ Malta, mhux id-daħla tal-Mellieħa jew ta’ San Pawl il-Baħar. Mela ma għandniex għax nistagħġbu jekk ħadd min-nies tal-bastiment ma

22

għaraf l-art ta’ Malta qabel ma kienu fuqha u staqsew lin-nies tal-post. Fit-tieni vers insibu kelma li ma tantx togħġobna. San Luqa l-Maltin isejħilhom “barbri” (barbari, barbarians, bil-Grieg barbaroi). Din il-kelma ġġibilna quddiem għajnejna nies slavaġ, igħixu bħal bhejjem, u nħossu weġgħa ta’ qalb meta naħsbu li l-Maltin kienu nies ta’ din il-qatgħa, nies kiefra, ħorox, qalbhom ħażina. Iżda fl-istess vers San Luqa jfaħħar ilMaltin għat-tjubija ta’ qalbhom u aktar ’il quddiem igħidilna li l-Maltin kienu nies ta’ sentimenti reliġjużi għolja. Kif jista’ jkun li San Luqa, bniedem ta’ l-iskola, jikteb li l-Maltin kienu slavaġ u fl-istess ħin kienu nies tajba u reliġjużi? Għalhekk naraw x’ried ifisser biha l-kelma ‘barbri’. Il-kelma ‘barbri’ bil-Grieg u bil-Latin tfisser “wieħed li jitkellem ilsien li ma jiftiehemx.” Hekk San Pawl fl-ewwel ittra lill-Korinti 14, 11, igħid: “Jekk jien ma nafx x’ifisser il-ħoss (tal-kliem), inkun barbri għal min jitkellem, u min jitkellem ikun barbri għalija.” Jiġifieri jekk tnejn jitkellmu kull wieħed l-ilsien tiegħu u ma jifttiehmux, ikunu t-tnejn barbrin. U l-poeta Latin Ovidju fl-eżilju tiegħu jgħid: “Jien hawn barbri, ma jifhimni ħadd.” Mela l-Maltin kienu barbrin għax ma kinux jifhmu l-ilsien ta’ San Pawl jew għax kienu jitħaddtu bi lsien li ma kienx jiftiehem minn San Pawl, jiġifieri l-Maltin dak iż-żmien ma kinux jitkellmu l-Grieg, ma kinux Griegi. Dan hu li tfisser il-kelma ‘barbri’, u għalhekk fit-traduzzjoni Maltija flok

‘barbrin’ għidt “in-nies ta’ hemm” (vers 2) u fil-vers 4 “in-nies tal-pajjiż” li huma n-natives, l-indiġeni. Il-Maltin kif raw in-nies talbastiment imxarrbin għasra telgħin mill-baħar ħennew għalihom. Riedu jsaħħnuhom. Niftakru li kien fi ħruġ ix-xahar ta’ Novembru, u l-bard kien beda ġmielu. Għalhekk ġabru ftit ħatab, li kien xi friegħi niexfa, u qabbdu ħuġġieġa. Pawlu medd idejh ukoll jiġbor il-ħatab u kif tefgħu jew qiegħdu ġon-nar, toħroġ lifgħa, u taqbad ma’ idu. Beżgħu l-Maltin malli raw dan, għax kienu jafu li l-lifgħa kienet velenuża, u għalhekk ħasbu li Pawlu kellu jmut avvelenat mill-gidma jew tingiża tal-lifgħa. U hawn tinqala’ diffikultà oħra. Malta ma hawnx sriep velenużi. Mela l-post fejn wasal San Pawl ma kienx Malta imma x’imkien ieħor. Le. Jekk illum Malta ma hawnx sriep velenużi, dan ma jfissirx li qatt ma kienu hawn. Seta’ kien hawn u nqerdu. Fi żmien San Pawl Malta ftit kienet imgħammra. Ftit djar u ħafna siġar u raba’ mhux maħdum fejn l-annimali kellhom wisa’ kemm iridu fejn jiġru u jimirħu bla ma jfixkilhom ħadd. Maż-żmien beda jiżdied il-bini u r-raba’ jinħadem aktar. Mhix ħaġa kbira li xi annimali, fosthom is-sriep velenużi, inqerdu għal kollox. Għalhekk jekk illum ma hawnx sriep velenużi, ma nistgħux ngħidu bil-fors li qatt ma kien hawn. Il-Maltin, malli raw il-lifgħa mdendla ma’ id Pawlu, mhux biss ħasbu li kellu jmut imma ġie f ’moħħhom


27 ta' Jannar 2013 ħsieb reliġjuż għoli. Ħadd ma jista’ jaħrab il-ġustizzja ta’ Alla. Pawlu kien priġunier sejjer biex ikun ikkundannat Ruma. Dan kien jidher u kienu jafuh. Kien xi qattiel li kien ħaqqu kastig. Ħelisha mill-baħar, imma issa se jitħallas mil-lifgħa. Igħid San Ġwann Griżostmu: “IlMaltin kienu jemmnu li Alla jinsab kullimkien u li ħadd ma jista’ jaħrab għal dejjem il-kastig tiegħu.” Kliem li juri s-sentiment reliġjuż tal-Maltin. Imma San Pawl ma mietx bil-gidma, ma ġralu xejn. Kif jista’ jkun? Mela Pawlu ma kienx bniedem bħalhom. U jekk ma kienx bniedem, kien alla. Hekk ħasbu u hekk qalu. Setgħu qalu li kien saħħar, imma f ’Pawlu ma rawx ħlief xi ħaġa aqwa minn bniedem bħalhom. U dan kien veru, għax jekk ma kienx alla, kellu setgħa kbira minn Alla li biha kien jista’ jmewwet il-qawwa tal-velenu tas-sriep (Mark 16, 18). U hekk naraw li l-iżball tagħhom stess kien iressaqhom lejn il-verità.

San Pawl u sħabu damu tliet xhur Malta, jiġifieri x-xitwa kollha. X’għamel matul dan iż-żmien ma nafux għax San Luqa ma igħidilna xejn. Imma nistgħu nistħajlu lil San Pawl imdawwar bil-Maltin fil-Grotta, fejn skond it-tradizzjoni għammar San Pawl jew x’imkien ieħor li jesa’ ħafna nies ifissrilhom it-tagħlim nisrani, jurihom li m’hemmx ħlief Alla wieħed li ħalaq kollox, li ħalaq lilu u lilhom u kull ma hawn fid-dinja; li dan Alla bagħat l-Iben tiegħu magħmul bniedem fid-dinja biex jifdina middnub u jeħodna l-ġenna miegħu; li biex isalvaw jeħtieġ jemmnu f’Alla.

sirtu għeżież għalina (1 Tess. 2, 8) u jżid: “Aħna konna għal kull wieħed minnkom bħal missier lejn uliedu, jikteb San Pawl lill-insara kollha. U jista’ jkun li lill-Maltin ma kienx ikellimhom b’dik l-istess qalb li biha kien ikellem insara oħra? Kemm ilMaltin ħabbew lil San Pawl igħidilna San Luqa bil-kliem: “Huma wrewna ġieħ kbir” li jfissru li l-Maltin mhux biss irrispettaw lil San Pawl u lil dawk li kienu jgħinuh fit-tagħlima imma wkoll kienu jgħinuhom blikel u ħwejjeġ oħra tal-bżonn. Meta wasal iż-żmien li San Pawl kellu jitlaq minn Malta biex jibqa’ sejjer Ruma, il-Maltin kollha ġew ixxatt jew wassluh sax-xatt biex jagħtuh l-aħħar tislima u jieħdu minn għandu l-aħħar barka ta’ Missier. Mhux dan biss. Biex jibqgħu juruh sa l-aħħar kemm kienu obbligati lejh talli għamel magħhom ġibulhom ikel u ħwejjeġ oħra kemm kellhom bżonn matul il-vjaġġ sa Ruma.

Din hija l-istorja kif igħidielna San Luqa. X’nitgħallmu F’dawk l-inħawi, igħid San minnha? L-ewwel u l-aqwa Luqa, jiġifieri bejn il-Mellieħa ħaġa hija l-laqgħa li għamlu u San Pawl il-Baħar jew l-Maltin lil San Pawl u lil Selmun, kien hemm ir-raba’ sħabu. Mhux biss ġabruhom tal-Ħakem tal-gżira. Skond u saħħnuhom u tawhom ma jaħsbu, Publju kellu d-dar l-ikel, imma qagħdu wkoll tiegħu fuq l-għolja tal-Wardija għat-tagħlim ta’ San Pawl. fejn il-lum hemm il-Knisja ta’ It-tagħlim ta’ Pawlu għalihom In-Nawfraġju ta' San Pawl – Tapizzerija li tinsab f'Royal San Pawl Milqgħi. Il-kelma kien iċ-ċaħda ta’ kull ma kienu Castle ta' Warsaw, Polonja. Ritratt: Robert Cassar. ‘Ħakem’ bil-Grieg hi Protos li jemmnu u l-bidla tal-ħajja li tfisser ‘l-ewwel’ u hi titolu li nsibuh Wieħed u f’Ġesù Kristu u jgħixu kif kienu għexu qabel ma’ ħajja ġdida, fuq muniti u f ’iskrizzjonijiet ta’ irid Hu. Nistħajlu naraw il-Maltin il-bidla tal-ħajja pagana mal-ħajja dak iż-żmien. Mela Publju kien jisimgħuh b’sikta u attenzjoni kbira nisranija. Il-Maltin kellhom jitilqu l-ewwel u l-aqwa wieħed fil-gżira u joqogħdu għal kull ma igħidilhom. dik il-ħajja materjali li biha kienu jew, kif ngħidulu l-lum Gvernatur. Nistħajlu naraw ukoll lil San Pawl mdorrijin u jibdew igħixu ħajja li Għalkemm naħsbu li kellu dar kbira, igħammed il-Maltin li emmnu u kienet mibnija fuq il-wegħda ta’ ma nafx kif seta’ jżomm mitejn u magħhom fuq mejda waħda jbierek ħajja oħra aħjar. Jekk aħna stess sitta u sebgħin raġel għandu. Jista’ u jiekol il-Ħobż Ewkaristiku. Dan insara xi drabi nsibuha tqila l-liġi jkun li qassamhom fi djar oħra tiegħu kollu nistgħu bir-raġun nistħajluh, tagħna nisranija, kemm aktar tqila fil-qrib. Missier Publju kien marid għalkemm San Luqa ma igħidilna kellhom isibuha missirijietna ta’ bid-dissenterija. Mhix ħaġa kbira, xejn. Ħaġa waħda nistgħu ngħidu fi żmien San Pawl? U madankollu igħid Sir Temi Zammit, meta naħsbu żgur; Il-Maltin ħabbewh lil San Pawl huma laqgħuha u żammewha. Ma li f ’dawk l-inħawi kien hemm ħafna u San Pawl ħabbhom bħalma ħabb nkunux aħna anqas minnhom. ilma qiegħed. Ix-xjuħ forsi għadhom insara oħra. L-insara ta’ Ruma, li ma jiftakru l-Pwales mgħawwem kollu kienx jafhom, Pawlu jifraħ bihom N.B. Dan l-artiklu ttieħed minn ġo l-ilma. Pawlu malajr fejjaq lil (Rum. 16, 19). Il-Korintin huma ktejjeb tal-festi li saru fir-Rabat missier Publju bis-setgħa li ta Alla “Wlied maħbubin” (1 Kor. 4, 14; 10, fl-okkażjoni tal-Festi Ċentinarji lilu u lill-Appostli kollha (Mark 16, 14). Lit-Tessalonkin jiktbilhom: “Aħna tan-Nawfraġju ta’ San Pawl u 18). L-aħbar tal-fejqan ta’ missier konna kollna ħlewwa magħkom; tad-Dsatax-il Mitt Sena talil-Gvernatur malajr xterdet malbħalma mreddgħa tħaddan ’l uliedha, Fondazzjoni tal-Knisja ta’ San gżira kollha u kemm kien hemm hekk għożżejniekom ferħanin li Pawl Matriċi u Proto-Parrokkjali morda ġarrewhom kollha għand nagħtukom mhux biss l-Evanġelju ta’ Malta bit-titlu ‘’Matrix Pawlu li fejjaqhom kollha. ta’ Alla, imma lilna nfusna, għax Totius Insulae’’ A.D. 60 -1960.

23


Because health is priceless.

Be 100% sure.

Use biocides safely. Always read the label and product information before use. EXCLUSIVELY DISTRIBUTED BY CHARLES DE GIORGIO LTD • T: 25600500


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Pawlu ta’ Tarsu u Malta (1959)

Din il-poeżija nkitbet mill-poeta Karmenu Vassallo (1913-1987) b’tifkira ta’ għeluq id-dsatax-il ċentinarju mill-miġja ta’ San Pawl f ’Malta. San Pawl u Santu Wistin kienu l-qaddisin l-aktar għallqalb Vassallo. Il-poeżija qed tidher hawn millġdid f ’għeluq il-mitt sena minn twelid il-poeta.

26

Lhudi bis-sħiħ, marbut ma’ twemmin ġensu, maħruq bl-imħabba għal-Liġi ta’ Mosè, qasir, qalil, ta’ fehmtu, iva ma jgħidha qatt jekk ħassha le;

Issa m'ismu l-qadim tinbidel fehmtu, ir-rieda tiegħu, qalbu u ruħu wkoll: minn ma’ Ġesù lil Pawlu minn issa ’l hinn l-ebda tiġrib ma jħoll.

sajjem mill-ġmiel, mogħni bil-għerf, fuq ruħu, kelmtu taqta’ bħal sejf misnun u ġġib, Sawlu ta’ Tarsu, aħrax, jaħlef li jħarbat kemm Insara jsib;

Minn issa ’l hinn, ħafif daqs berqa, ’l Pawlu, malli jsejjaħlu, Mgħallmu jsibu ħdejH lest biex jaqdiH u f’ismU jaħfi kemm artijiet jilħqu riġlejh.

u jħossu bil-ferħ, jistrieħ, jitgħaxxaq meta bħal bhejjem jara misjuqin lejn ħabshom jew qabarhom lil dawk l-ilpup qerrieda u misħutin.

Ħadd ma jbeżżgħu lil Pawlu u xejn ma jżommu: it-tnassis tal-għedewwa, il-ħabs, il-ġuħ, tbatijiet u moħqrija xejn ma jaqtgħulu qalbu, imma jħeġġuh

Fi sħab ix-Xirka ta’ Ġesù, fl-Insara kollha kemm huma jaħkem biża’ kbir: il-merħla qed titnaqqa; il-ħsara toktor; jagħfsu l-hemm u l-ħqir.

iżid fil-ħidma, fit-tħabrik, fil-ġiri minn belt għal belt, minn art għal art, fost ġnus Lhud u Pagani u Barbri, bil-għan li d-dnub ikun miċħud, mirfus;

Omm ħanina tassew, bint il-kbir Alla, Għarusa mbierka ta’ Feddej mislub, ħosbiena l-Knisja titlob… Min ser irattab l-għedewwa l-qlub?

U floku mħaddan is-Salib ta’ Kristu – rah’n ta’ fidwa għal kulħadd u ta’ qawmien fi Kristu għal ħajja ġdida wara tmiem din, bint it-taħsir u ż-żmien.

Ser iħalli l-Mulej lill-Knisja tiegħU mgħammda b’demm IbnU, iddublU fin-nirien, hi li tkebbset biex tixgħel u ddawwal bi twemminha kullimkien?

Ħuġġieġa nar li tkebbes, tixgħel, taħraq bl-imħabba t’Alla u ta’ Ġesù kull fejn tilħaq qawwitha, Pawlu isir kollox għal Kristu u għalih xejn.

Waqt li jgħin lil kulħadd u ’l ħadd ma jġiegħel jieqaf jew jaqa’ bla ma jkun irid, Min jaf u jista’ kollox jaf kif idawwar l-akbar ħsara għall-ġid.

Mogħni bil-grazzja, imdawwal b’Ruħ il-Qodos, mimli bi Kristu u minnU biss maħkum, maħtuf sat-tielet sema għad li għadd sninu għadu mhux mitmum,

Kburi u minfuħ bis-setgħa li ngħatatlu, imsieħeb minn oħrajn, qattiela Lhud, għatxan għad-demm u l-qirda, Sawlu għaddej, minn riħ ta’ belt miġbud.

Pawlu ta’ Tarsu ma jafx b’għeja u b’hedu; imma jżid jaqsam ibħra w artijiet, ixandar Kelmet Alla, maħfret id-dnub u l-qawma tal-imwiet.

Imm’hu f’Damasku jasal bniedem ieħor mogħmi u mogħni b’dawl ġdid, f’ħaruf mibdul, qaddej ta’ Kristu Sidu, Nisrani sħiħ u ta’ Ġesù Rażul.

Jaqgħu f’riġlejh u jsiru frak u bċejjeċ allat il-qerq bla moħħ, bla qalb, bla ħajr: il-kotra ddur u temmen; tinxef il-bqija, imma ma ddurx malajr.

Min silet dak li hu minn ħdan il-għera u mela waħx il-baħħ bl-għeġubijiet u żamm mgħawma fil-beraħ din l-art u magħha kotra ta’ dinjiet.

Għerfu, minsuġ bin-newl ta’ Dawl il-Grazzja, imqabbel ma’ t’oħrajn fil-qrib jew bgħid li ma saħħnitx qalb Alla, qisu xemx tiddi ħdejn musbieħ taż-żejt.

M’għandux jewwilla l-ħila jliġġem żiemel, iżewweġ qalb ta’ ljun ma’ ta’ ħaruf, iraqqad riefnu qawwi, iqabbdu t-triq lil min ikun mitluf?

Għalhekk il-qilla tal-infern, imsawba fi qlub nies ħorox, għajjurin, bla lġiem, tqum dlonk għal Pawlu u taħfnu, b’ħalfa li xogħlu u ħajtu ġġib fit-tmiem.

U ’l min kien qed ifittex Sawlu f’ġennu? Mhux wara Sidu kien qed jiġri hu? Kif sata’ għalhekk jaħrablu lil Min kien jistennieh f’Ibnu Ġesù?

Imsallab ma’ Ġesù, ferħan b’tiġribu, ruħu f’qalb Kristu u qalbu mal-bnedmin, għall-aħħar darba Pawlu isellem lil min ħabb u ta t-twemmin.

Issa sogħbien u niedem talli ’l Sidu kien regħxU u sawtU flok ma raddlU ġieħ, bis-sawm u t-talb imseddaq, qalb Sawlu ssir qalb Kristu minnufih.

B’jedd ta’ Ruman, il-kawża ssirlu Ruma. U ’l hinn jiġbed il-ġifen mgħobbi bih, b’mitejn u sebgħin oħra u ħamsa magħhom… Iżda x’ħasra! Ir-riħ,


27 ta' Jannar 2013

ma’ tul il-vjaġġ, idur, jiqliel, jitħarrax; u jitqalleb il-baħar ta’ taħt fuq; jitkeffen wiċċ is-sema; u l-ġifen fuq biċċa art jisfa mibżuq.

Elfejn neqsin mitt sena għaddew u ger’bu minn mindu Pawlu rifes fuq daw’x-xtut: iżda Twemminu baqa’; u baqa’ ġensna wkoll miegħu marbut.

Tbażża’, twaħħax u twerwer it-taqliba li titfa’ ’l Pawlu u ’l sħabu fuq din l-art. Imma Dak li jqanqalha ħanin bla tarf: Hu x-xewk ibiddlu f’ward!

Irwiefen qliel ħabtu fuq Malta u siktu. Gwerer tal-biża’ żergħu ħerba u hemm. Iż-żmien ġieb bdil tal-għaġeb. Imma d-Din tagħna ħadd u xejn ma temm.

Malta lil Pawlu tilqgħu bl-akbar merħba: u tħaddnu u tgħannqu u tbusu b’ġenn ta’ ferħ, hi u taħliflu niedma li biss f’tagħlimu jkun ta’ qalbha s-serħ.

Pawlu ma’ Kristu u l-Knisja Mqaddsa tiegħU għadhom u jibqgħu f’Malta ifrem mis-swar illi jħażżmu ġenbejha – wegħda ta’ sebħ għal żminijiet aħjar!

Pawlu jgħannaqha wkoll u f’isem Kristu iħalli hieni qalbu f’qalbha ddub… Imbagħ’d jissokta triqtu, imbierek minn kulħadd, mibki u maħbub.

Karmenu Vassallo 26/VIII/1959

L-ewwel paġna tal-manuskritt talpoeżija 'Pawlu ta' Tarsu u Malta' miktuba mill-poeta Karmenu Vassallo.

Il-Belt, fil-qalba tal-kultura F’Ottubru li għadda, il-Belt Valletta ngħatat it-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2018. Dan huwa titlu prestiġġjuż li l-Kummissjoni Ewropea tagħti lil żewġ bliet kull sena, wara eżerċizzju ta’ selezzjoni.

Dan it-titlu spiss jissejjaħ l-Olimpjadi tal-Kultura, għax huwa l-akbar avveniment tat-tip tiegħu li jseħħ fl-Ewropa. Iżda, apparti minn hekk, huwa wkoll opportunità biex il-belt partikolari tiċċelebra l-arti, il-kultura, u l-komunità tagħti l-ħajja ’l dik il-belt. Għal sekli sħaħ, il-Belt Valletta kienet iċ-ċentru tal-ħajja tal-gżejjer Maltin. Il-Kavallieri għazlu li jibnu l-Belt Kapitali l-ġdida tagħhom fuq l-għolja Sceberras għal skopijiet militari, u għax kienu għarfu li minn hawn, setgħu jmexxu tajjeb l-andament kummerċjali u politiku tal-gżejjer, hekk kif din l-għolja tinsab f ’pożizzjoni strateġika bejn il-Port il-Kbir u Marsamxett. Għalhekk il-Belt minn dejjem kienet tieqa li minnha tħares lil hinn minn gżiritna għal fuq il-bqija tad-dinja ta’ madwarna. Dan ġab miegħu l-istil ta’ ħajja tal-Maltin li jissellef minn kulturi differenti, anki jekk spiss dawn jafu jkunu kontradittorji. Il-kuntatt li għadu ħaj illum, li għadu jibdel u jeffettwa l-mod kif ngħixu ħajjitna, ma’

applikazzjoni li għamilna f ’isem il-Belt biex ningħataw it-titlu stedinna lill-pubbliku jimmaġina ’l Malta fl-2018. Dan il-proċess irridu nkomplu nwettquh u għallinqas noħolqu parti minnu.

minn David Felice,

Chairman – Fondazzjoni Valletta 2018.

kull turista tal-Cruise liners li taqbad il-karozzin mill-Valletta Waterfront, u kull student tallingwa li jżur il-Kon-Katidral bħala parti mill-btala tiegħu fostna. Permezz tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura rridu nifhmu iżjed l-użanzi tagħna bħall-festi, ilfootball, il-karnival, ir-riti kollha li ngħixu u jagħtuna l-identità partikolari tagħna. Irridu nħarsu lejn dawn l-appuntamenti, u naħdmu biex insostnuhom. Dan nagħmluh billi nieħdu l-azzjoni meħtieġa biex il-protagonisti prinċipali ta’ dawn l-attivitajiet ikunu fiċ-ċentru tal-proġett 2018. Fl-istess ħin però, irridu noħolqu attivitajiet kulturali ġodda, li jiċċelebraw lil Malta tal-lum, biex niġġeneraw il-wirt ta’ għada. Ma jkunx biżżejjed li niċċelebraw dak li aħna, imma rridu nisfidaw lilna nfusna u nazzardaw noħolmu dak li nistgħu nkunu. Fl-

Dan it-titlu jagħtina l-opportunità li nikbru, li nħarsu lejn il-Belt minn lenti ġdida, u nindirizzaw l-isfidi li hemm quddiemna b’ottimiżmu ġdid. Irridu nieħdu din l-opportunità biex immexxu proċess ta’ riġenerazzjoni xprunat mill-kultura, u b’hekk intejbu l-livell tal-għixien fil-Belt, u filkumplament ta’ Malta u Għawdex. Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura tista’ tkun mezz kif niżviluppaw iżjed opportunitajiet fl-arti u l-kultura, permezz ta’ tagħlim u kreattività minn kmieni, biex dawn l-oqsma jkunu tassew jistgħu tassew possibilitajiet ġodda ta’ karrieri għaż-żgħażagħ tagħna. Dan nagħmluh billi nkomplu niżviluppaw id-djalogu tagħna mal-komunitajiet, fil-Belt u barra l-Belt, għax nemmnu li l-Kapitali Ewropea tal-Kultura jeħtieġ li tkun espressjoni ta’ dawk li għandhom għal qalbhom il-kultura u l-arti f ’pajjiżna. F’isem il-Fondazzjoni Valletta 2018 nawgura l-festa t-tajba lill-Pawlini kollha.

27


Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

Programm tal-Festa – 27 ta’ Jannar 2013 L-ERBGĦA, 16 ta’ Jannar: 6pm: QUDDIESA animata mill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali ghall-membri kollha tal-Għaqdiet, Gruppi ta’ Talb u operaturi Pastorali. Ċelebrant: Dun Dillon Bugeja Il-ĦAMIS, 17 ta’ Jannar: 6pm: QUDDIESA u ADORAZZJONI b’talb għallġid spiritwali fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Festa. Ċelebrant: Kan Lawrence Zammit Il-ĠIMGĦA, 18 ta’ Jannar: QUDDIESA kkonċelebrata mill-Kappillani, Retturi u Superjuri tal-Knejjes tal-Belt. Imexxi l-konċelebrazzjoni Rev Patri Alex Scerri O.Carm Is-SIBT, 19 ta’ Jannar:

ĦRUĠ TAL-ISTATWA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. Kurunella lil San Pawl. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem talKapitlu mmexxija mill-Arċipriet Kan. Mario Tong. Isir talb speċjali għas-suċċess talFesta. Fi tmiem il-Quddiesa tiġi esegwita l-Antifona ‘Sancte Paule’ ta’ Mro. Dott. Paolo Nani. Wara l-konċelebrazzjoni solenni, jsir il-Ħruġ tal-Istatwa ta’ San Pawl min-niċċa,

jiġu esegwiti innijiet Pawlini u l-Istatwa devota ta’ San Pawl titpoġġa fil-knisja għall-qima tagħna. L-orkestra fil-knisja tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Gatt Ph.D., 9.00 p.m. Dinner Dance tal-Festa – Le Meridien Hotel, San Ġiljan, organizzat millGħaqda tal-Pawlini b’riżq il-Festa.

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar: Fil-quddies kollu jsir it-tiġdid talwegħdiet tal-magħmudija. 10.00 a.m. Fil-quddies, isir it-tberik u preżentazzjoni tat-trabi u tfal żgħar lil San Pawl.

JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa animata u organizzata millmembri tal-Għaqda tal-Pawlini. Iqaddes l-Arċipriet Kan. Mario Tong. Tieħu sehem l-orkestra żagħżugħa ‘Valletta Ensemble’. 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti millKumitat tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.

It-Tnejn 21 ta’ Jannar : 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa Provinċjali mmexxija millPatrijiet Franġiskani Konventwali li San Pawl Nawfragu hu l-Patrun Prinċipali tal-Provinċja. ATTIVITÀ FIL-KAŻIN TAS-SOC. FIL. NAZ. ‘LA VALETTE’. 7.30 p.m. Kunċert Ġenerali ta’ marċi brijużi għall-partitarji fil-Każin tasSoc. Fil. Naz. ‘La Valette’.

It-Tlieta 22 ta’ Jannar: 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Komunità talPatrijiet tal-Kunvent ta’ Santa Marija ta’ Ġesù. L-Erbgħa 23 ta’ Jannar :

L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat. Imexxi l-W. Rev. Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-W. Rev. Kan. Teżorier John Ciarlò.


Wara l-Quddiesa, l-ewwel priedka tat-Tridwu mill-W. Rev. Kan. Kappillan Anton Galea Scannura. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti millKumitat għall-membri attivi fid-Domus Pauli. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tippreżenta l-Premju San Pawl għas-sena 2012-13.

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar:

IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar Kantat. Imexxi W. Rev. Kan. Penitenzier Vincenz Borg. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni . Iqaddes ilW. Rev. Kan. Kantur John Borg. It-tieni priedka tat-Tridwu. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 8.30 p.m. L-Għaqda tal-Pawlini torganizza festival ta’ mużika allegra fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ bis-sehem tas-sezzjoni tal-Brass Band taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM.

Il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar:

FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL IT-TIELET JUM U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. 5.30 p.m. 6.00 p.m.

Għasar kantat. Imexxi l-W Rev. Kan. Frans Perici. Rużarju. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill-W. Rev. Arċipriet Kan. Mario Tong. Wara l-Quddiesa, it-tielet priedka tat-Tridwu. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tarRelikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 7.30 p.m. Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Beland – Żejtun A.D. 1861 u l-Għaqda Mużikali Sant' Elena A.D. 1919 – B’Kara.

Arċisqof ta’ Malta. Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra. 7.15 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa mill-E. T. Rev.ma Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus. 7.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ tesegwixxi marċ tradizzjonali u popolari minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru, u Triq il-Mediterran. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Kummissjoni Nar’ tippreżenta spettaklu ta’ logħob tan-nar millPort il-Kbir. In-nar tal-art ġie manifatturat millKamra tan-Nar 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Il-Ħadd, 27 ta’ Jannar:

JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA' SAN PAWL 7.00 a.m. .

Quddiesa . Iqaddes Patri Victor Paul Farrugia O Carm. 8.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali jkunu rappreżentanza mill-Kapitli talKottonera u saċerdoti oħra. Imexxi l-konċelebrazzjoni l-Kan. Reuben Micallef, Arċipriet ta’ Bormla. 9.00 a.m. Jasal l-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija millE.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Wara l-Evanġelju jinseġ ilpaneġierku Rev. Dun Karm Mercieca. 11.45 a.m. Quddiesa letta . Iqaddes Patri Robert Farrugia O Carm. 12.00 p.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala l-Patrun tal-Gżejjer Maltin.

Il-marċ jibda minn Triq ir-Repubblika, Misraħ iżŻewġ Assedji, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq Sant’Ursola, Triq San Kristofru, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran fejn tittella’ l-istatwa ta’ San Pawl fuq pedestal f’atmosfera festiva ħdejn il-ġonna tal-Barrakka t’Isfel.

LEJLIET IL-FESTA 10.00 a.m. Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Iqaddes il W. Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg. 5.15 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Pawl Cremona O.P.,

Ritratti: David Bonello

Is-Sibt, 26 ta’ Jannar:


Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’ taħt id-direzzjoni tasSur Albert Scicluna. Fil-Ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa u mill-ewwel jum tat-Tridwu ’l quddiem il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt iddirezzjoni ta’ Mro. Dr Joseph Gatt Ph.D.

Il-Ħadd, 10 ta’ Frar :

FESTA LITURĠIKA TANNAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL Ħin tal-Quddies: 7am, 8am, 9am. 10.00 a.m. Quddiesa Konċelebrata Solenni millE.T. Rev.ma Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju. Wara, dħul tal-vara devota ta’ San Pawl lura fin-niċċa. 6.00 p.m. Quddiesa filgħaxija.

Badge Day Fil-ġurnata tal-Festa 2013 issir il-badge day biex din it-tradizzjoni żżomm postha filfesta tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

30

Ritratt: Stephen Baldacchino

12.45 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari millBanda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. 3.45 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għallviżitaturi. Iqaddes W. Rev. Arċipriet Kan Mario Tong. 5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-Relikwja tadDriegħ Mirakoluż ta’ San Pawl. Imexxi:W. Rev. Kan Frans Perici. Il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara artistika ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja bl-Innu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti. 6.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Nicolò Isouard tal-Mosta tesegwixxi marċ minn Triq ir-Repubblika għal Pjazza San Ġwann fejn hemm tassisti għallIstqarrija tal-Fidi u tkompli b’marċ sad-dħul tal-vara fil-knisja. 7.00 p.m. Fi Pjazza San Ġwann issir l-Istqarrija tal-Fidi. 9.30 p m. Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona u Barka Sagramentali.

Programm ta' marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soc. Fil. Naz. 'La Valette' fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, Valletta

27 ta’ Jannar 2013 Petit Fleur.......................................... J. Theuma Lolita.................................................. J.Abela Scolaro Abes................................................... J. Mamo Melita................................................ V. Ciappara Invitta ............................................... R. Cafferelli Island Wings....................................... A. Pace Doctor Gentium.................................. J.M. Barbara Sognando Napoli............................... J.Azzopardi Magnus.............................................. J.Darmanin Comet................................................ L.Bongailas Vincitori............................................. L.Gonzi San Paolo no. 8  ................................. Cardenio Botti Sanctus Paulus .................................. Mro. D. Darmanin Fidei Difensor .................................... Mro. J. Chappelle Marcia San Paolo nru. 5...................... Cardenio Botti Inno Marcia San Paolo ....................... Cardenio Botti Surmast Direttur: Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Meta l-Festa ġiet trasferita jew ma saritx minħabba x-xita – u ċirkostanzi oħra

Il-Festa tan-Nawfraġju (1900-1970) minn Winston L. Zammit B.A. (Hons.), P.G.C.E., M.A.

1900 Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl saret fl-10 ta’ Frar, iżda minħabba l-maltemp, il-purċissjoni saret it-Tnejn 12 ta’ Frar. Il-purċissjoni f’dik is-sena tmexxiet mill-Arċisqof Pietru Pace u fiha ħa sehem l-Isqof Awżiljarju Mons. Salvatore Gaffiero.1 1910 Lejlet u nhar il-Festa kien hemm il-maltemp u għalhekk il-purċissjoni saret il-Ħadd 13 ta’ Frar. 2 1916 Minħabba l-maltemp, il-purċissjoni ma setgħetx issir fl-10 ta’ Frar.3 1921 Erġajna bil-maltemp. Għalhekk ilpurċissjoni saret il-Ħadd 13 ta’ Frar.4 1922 Fit-22 ta’ Jannar miet il-Papa Benedittu XV (1914-1922). Għaldaqstant il-Kapitlu Pawlin bl-approvazzjoni tal-Awtoritajiet ittrasferixxa l-Festa bit-Tridwu b’kollox għal Ħadd 21 ta’ Mejju.5 1923 Minħabba tibdil fil-kalendarju liturġiku, l-Festa ġiet trasferita għal nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar skont id-digriet tal-Papa Piju X tas-27 ta’ Ġunju 1910. Iżda minħabba l-maltemp li seħħ fid-19 ta’ Frar, il-purċissjoni ma saritx, u l-Kapitlu Pawlin iddeċieda li l-festa titkompla l-Ħadd 24 ta’ Frar 1923.6 1932 Minħabba tibdil fil-kalendarju liturġiku, il-Festa ġiet trasferita għat-Tnejn 15 ta’ Frar 1932.7 1939 Fl-10 ta’ Frar, fis-6.00 ta’ filgħodu xterdet l-aħbar tal-mewt tal-Papa Piju XI (1922-1939) u dan kif wieħed kien jistenna effettwa l-festa. Wara nofs-in-nhar, b’sens ta’ luttu, ġew

sospiżi l-festi esterni, tnaqqas iddaqq tal-qniepen, is-Sekondi Vespri saru mingħajr mużika, tnaqqset ir-rotta u l-ħin tal-purċissjoni. Fil-purċissjoni ħadu sehem iżżgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika, u l-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina M.U.S.E.U.M. bir-reċita tar-Rużarju.8 1945 Minħabba tibdil fil-kalendarju liturġiku, il-festa ġiet trasferita għat-Tnejn 19 ta’ Frar. Iżda fid-19 ta’ Frar wara nofs-in-nhar bdiet nieżla x-xita u l-purċissjoni saret il-Ħadd ta’ wara jiġifieri fil-25 ta’ Frar.9 1948 Minħabba tibdil fil-kalendarju liturġiku, il-festa ġiet trasferita għatTnejn 16 ta’ Frar. Il-Festi fil-belt saru fis-16 ta’ Frar. Iżda ġara li fis-16 ta’ Frar wara nofs-in-nhar? “thousands of people were disappointed yesterday afternoon when they learned that the procession and outdoor activities of St. Paul were not held owing to inclement weather. Large crowds had congregated in Valletta and bands were in progress when the clouds broke dispersing the crowds”. Il-purċissjoni fil-belt saret il-Ħadd ta’ wara 22 ta’ Frar ‘at about 5.00p.m. when solemn vespers in the church were over, the procession left the church and made its way through the principal streets of Valletta’.10 1951 Minħabba tibdil fil-kalendarju liturġiku, il-festa ġiet trasferita għal nhar it-Tnejn 12 ta’ Frar 1951.11 1952 Fis-6 ta’ Frar, miet ir-Re Ġorġ VI tal-Ingilterra (1936-1952). Għaldaqstant il-festa kellha tiġi trasferita għal Mejju bejn is-(7 u l-11 ta’ Mejju). Il-Festa fil-belt saret fil-11 ta’ Mejju 1952.12 1970 Billi f’din is-sena, Ras ir-Randan ħabat l-Erbgħa 11 ta’ Frar, il-festa tan-

Nawfraġju ġiet trasferita kollha għatTnejn 16 ta’ Frar. Iżda billi dakinnhar kien hemm il-maltemp, il-purċissjoni ġiet trasferita għall-Ħadd 22 ta’ Frar, u dakinnhar saru dawn il-funzjonijiet. Filgħodu saret quddiesa kantata u votiva tan-Nawfraġju u wara nofsinnhar fis-2.00p.m. il-Banda ‘La Valette’ għamlet marċ tradizzjonali mat-toroq tal-belt Valletta. Fil-5.00p.m. l-Arċipriet Koadjutur Kan. Anton Galea, mexxa l-kant tas-Sekondi Vespri bil-vuċijiet. Wara li tkantat il-kumpieta, fis-5.45 p.m. bdiet ħierġa l-purċissjoni. L-ewwel imxew il-fratellanzi u warajhom il-Patrijiet Kapuċċini, Franġiskani Konventwali, Karmelitani, Agostinjani, Franġiskani Minuri u d-Dumnikani. Warajhom imxew l-abbatini, is-seminaristi u sitt kapep, il-Mazzier u Rev.mu Kapitlu Pawlin. Warajhom kien hemm id-Driegħ ta’ San Pawl merfugħ minn qassis u tliet patrijiet ilkoll lebsin il-pjaneti. Il-Konduċent il-Kanonku Arċipriet Koadjutur Dun Anton Galea, assistit minn żewġ ministri u ċ-ċerimonjier Dun Ġorg Mercieca, Viċi -Parroku. Fl-aħħar il-vara ta’ San Pawl. Il-purċissjoni, daħlet lura fil-knisja fid-9.30p.m.13 Riferenzi:

1. L’Ordine 13-II-1900 2. Is-Salib 12-II-1910, Malta Tagħna 19-II-1910 3. D(aily) M(alta) C(hronicle) 11II-1916 p.3 12-II-1916 4. Malta Tagħna 16-II-1921 5. Ibid., 4-II-1922 p.5 6. Ibid., 10-II-1923 p.7, 24-II-1923 p.7 7. Annuario della Diocesi di Malta Anno Primo (1933, pp 356,357) 8. Lucerna, Anno III, No. 3 Marzu 1939 p 84 9. T(imes) o(f) M(alta) 13-II-1945 p.7, 20-II-1945 p5, 26-II-1945 p.3 10. Ibid., 17-II-1948 p.7, 23-II-1948 p.5 11. Ibid., 12-II-1951 p.1 12. Ibid., 8-II-1952 p.7, 1-III1952 p.7, 12-V-1952 p.7 13. Tagħrif fil-pussess tal-awtur.


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Il-Lapidi fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta Carmel Spiteri Dan l-artiklu hu meħud minn teżi għal B. A. (Hons) mhix ippubblikata li l-awtur issottometta lid-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti, fil-Fakultà talArti ta’ l-Università ta’ Malta. Il-Memento Mori Il-lapidi li jiksu l-art meraviljuża tal-korsija tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-belt Valletta, qegħdin hemm biex ifakkru lill-ħajjin li fl-aħħar mill-aħħar il-mewt hija l-esperjenza li kulħadd irid jgħaddi minnha. Dan il-misteru ħawwad lill-bniedem tul l-eżistenza tiegħu. Nafu li bil-mewt il-ġisem jitħassar, imma wara l-mewt x’hemm? Innisrani jemmen li kull ġisem għandu wkoll ir-ruħ u li dawn jgħixu flimkien tul il-ħajja. Jinfirdu biss fil-mument tal-mewt. Il-ġisem jitħassar iżda r-ruħ tgħix għall-eternità. Il-post tad-dfin L-eqdem ċiviltajiet ħaddnu wkoll dan it-twemmin fil-ħajja eterna. Biżżejjed inħarsu lejn l-Eġizzjani1 li bbażaw il-kultura tagħhom fuq dan. Il-Griegi ppruvaw jaqbdu il-ġmiel tal-persuna umana fi statwi tal-bronż biex jimmortalizzaw is-sbuħija li tgħaddi maż-żmien.2 Ir-Rumani bħallEġizzjani, kienu jimmarkaw ukoll l-imkejjen tad-dfin. L-oqbra tal-fqir b’xi biċċa njama, oħrajn bil-ġebel3 u dawk tas-sinjuri bl-irħam. L-ewwel insara komplew b’din it-tradizzjoni. Ittip ta’ dfin u l-marka fuq il-qabar kellu x’jaqsam mal-istat soċjali tal-mejjet. Meta fl-1575 ġie Malta Pietro Duzzina, irrimarka li mhux xieraq li wieħed sempliċiment jindifen f’ħofra imma li għandhom jinbnew oqbra għal dan il-għan.4 In-nobbli kellhom saħansitra l-oqbra fil-kappelli privati tagħhom fil-Katidral tal-Imdina. Waħda minn dawn saret fl-1432 u tikkommemora lil Francesco Gatto.5 Lapidi oħra tal-ġebla tal-franka jinsabu fil-knisja ta’ Ħal Millieri6 u f’dik tas-Salvatur il-qadim f’Ħal Lija.

34

Il-Lapida tal-Isqof Astirias fil-kappellun ta' San Ġużepp.

L-użu tal-irħam L-irħam beda jintuża minn żmien il-qedem għax hu materjal li jpaxxi l-għajn u iebes allura jiflaħ għal medda taż-żmien. F’ Malta kienet l-Ordni talKavallieri ta’ San Ġwann li bdiet tuża l-irħam biex issebbaħ il-Kon-Katidral tagħha fl-1645 fil-kappella talMadonna ta’ Filermos.7 Vitale Covati, Fjorentin li kien joqgħod Messina, kien tqabbad f’ ħafna okkażjonijiet biex jaħdem ix-xogħlijiet tal-irħam fil-knisja konventwali ta’ San Ġwann.8 Meta bdew jitqiegħdu l-lapidi fuq l-oqbra beda jissawwar il-ħsieb biex ftit ftit, l-art tal-knisja, tinkesa kollha bihom.9 Hekk ġara, u din l-idea ġiet adottata fi knejjes oħra bħal dik ta’ San Pawl Nawfragu fil-belt Valletta. L-importanza tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu ġejja mill-fatt li hija s-sedja tal-Isqof kull meta dan jinżel għal ftit jiem mill-Imdina għall-belt. Fil-lista ta’ benefatturi hemm ħafna Isqfijiet.10 Għalkemm il-Kavallieri ta’ San Ġwann kellhom spejjeż kbar biex jikkuraw il-Kon-Katidral, dawn kienu wkoll benefatturi kbar talknisja ta’ San Pawl. Il-qima ta’ dawn in-nobbli Ewropej lejn San Pawl kienet hekk kbira li qalb il-Gran Mastru Emanuel de Rohan Polduc

(1775-1797) ingħatat lil din ilKolleġġjata biex tinżamm fil-knisja.11 It-teżori f’San Pawl Nawfragu Inkiteb ħafna fuq il-kollezzjoni prestiġjuża ta’ fided, relikwarji, gandlieri, għamara w oġġetti sagri li jinsabu f ’din il-knisja. Huma wkoll ta’ ċertu importanza l-pitturi ta’ fuq l-artali, dawk impittra mas-saqaf u fil-kor kif ukoll fis-sagristija. Ilħitan u l-artali huma miksija blifjen irħamijiet u l-livell tax-xogħol huwa wieħed għoli ħafna. Hija vera ħasra li l-paviment tal-knisja ma jingħatax l-importanza li jixraqlu. Huwa fatt li kuljum dan il-paviment jintrifes minn għexiren u ġieli mijiet ta’ fidili. Dan speċjalment fil-jiem ta’ festi, meta ħafna nies jiġu bi ħġarhom biex isegwu b’devozzjoni kbira l-funzjonijet reliġjużi. Ilknisja ma tistax tagħlaq il-bibien tagħha, biss wieħed irid jifhem kemm hu fraġli dan il-paviment speċjalment il-lapidi fuq l-oqbra. Hemm erbgħin lapida fil-korsija, waħda quddiem il-kappella tasSagrament. Oħra tal-Isqof Astirias fil-kappellun ta’ San Ġużepp; waħda taħt in-niċċa ta’ San Pawl u sebgħa oħra mwaħħlin mal-ħajt


27 ta' Jannar 2013 tal-kuritur li jagħti mis-sagristija għall-kor. Ħamsin b’kollox. L-intenzjoni ta’ min ikkumissjunahom kienet qabel xejn li ismu jibqa’ mfakkar u l-insara li jidħlu fil-knisja jiftakruh fit-talb tagħhom. Għalhekk insibu nies li xtaqu jindifnu f’postijiet partikulari bħal f’nofs il-kursija, viċin l-artal jew ħdejn il-fonti talilma mbierek. Jekk xi qatra minn dan l-ilma taqa’ fl-art tiġi proprju fuq il-lapida tagħhom.12 Xi wħud minn dawn il-lapidi saru minn persuni qabel mewthom, lapidi oħra ġew esegwiti minn nieshom jew oħrajn, xi żmien wara l-mewt. Kif isiru Biex issir lapida kien jintlaħaq qbil bejn il-klijent u l-marmista, dak li jaħdem l-irħam, fuq kif għandu jsir id-disinn. Xi wħud kienu jħallu għal kollox f’idejh, oħrajn kienu intiżi fl-arti u kienu jiddettaw huma saħansitra l-għażla tal-irħam. Xi disinji ġew esegwiti minn pitturi ta’ ċertu kalibru.13 Kien isir buzzett u jintgħażel l-irħam addattat skont il-kulur jew il-vina. Kienet tingħata ħafna importanza lis-simboli wżati, li l-lum ħafna minnhom ma nifhmuhomx.14 Li jinftiehem prezz u kif dan għandu jitħallas.15 Min kien tat-tajjeb seta’ jkollu disinn elaborat b’ irħamijiet fini u rari.16 L-istil kien jinbidel mal-mogħdija taż-żmien. Ix-xogħol kien isir kollu fuq irħama bajda fil-griż, x’aktarx Bianco Carrara ħoxna xi ħames ċentimetri.17 Iddisinn kien jiġi ttraċċat fuq il-wiċċ tal-carrara. Meta jinqatgħu il-biċċiet ta’ rħam ikkulurit, skont id-disinn, kienet titħaffer din il-parti filCarrara, xi ħames jew sitt millimetri fond. Il-biċċiet ħafna drabi żgħar ta’ rħam ikkulurit jitwaħħu f’posthom fuq il-Carrara bil-kolla tar-raza.18 Imbagħad il-marmista jgħaddi għall-biċċa li jmiss. Xi partijiet millwiċċ tal-Carrara ma jintmessux għax fl-aħħar kienu jagħmlu parti mid-disinn. Dan l-ewwel fażi talproċess jissejjaħ interzjar. Il-proċess li jmiss kien l-isgraffjar. Biex id-disinn jinqala’ aktar kienu jingirfu fl-irħam linji fondi xi żewġ millimetri jew tlieta u dawn il-kanali rqaq jimtlew bin-nafta sewda.19 Wara dan il-marmista kien inaqqax l-iskrizzjoni bil-Latin. Din kien

Dettall tas-simboliżmu tal-mewt f'waħda mil-lapidi tal-korsija.

jiktibha xi Latinista, x’aktarx wieħed mis-saċerdoti tal-parroċċa. Il-mejjet kien jiġi glorifikat għall-kwalitajiet tajbin tiegħu, għall-virtujiet li kien iħaddan u għall-karità li wera malproxxmu tiegħu tul ħajtu. Il-kliem kienu jitqassmu f’versi, kull vers bl-ittri u l-ispazji tiegħu. Wara li jsir it-tqassim tal-ittri, dawn jitqattgħu waħda waħda f’forma ta ‘V’ bi skripel apposta. L-iskrizzjoni x’aktarx li kienet titnaqqax dirett fuq dik il-parti tal-Carrara li tħalliet tidher. It-tipa li kienet tintuża ħafna drabi kienet it-tipa vertikali Rumana. Aktar tard, wara l-1880, minflok in-nafta kien jintuza ċomb imdewweb.20 Meta kollox ikun lest, jibda l-aħħar proċess meta l-marmista jillostra l-lapida. It-tqegħid tal-biċċiet talirħam ikkulurit ikun sar b’mod li l-wiċċ jiġi lixx kemm jista’ jkun. Biss xorta waħda jkun hemm xi ħniek. Dawn l-ewwel li jitneħħew. Jitqiegħed daqs ponn ramel talbaħar f’ biċċa xkora u bl-għajnuna ta’ tixrib kontinwu l-marmista jogħrok bir-ramel fuq l-irħam billi jdawwar fi ċrieki żgħar u jagħfas bis-saħħa. Dan il-proċess jirrepeti ruħu bosta drabi b’ramel dejjem ifjen. Fl-aħħar

għorka tintuża l-ħaffiefa. Biex illapida tiġi tleqq aktar tingħata mesħa tajba b’taħlita ta’ xema’ u reżina.21 Mill-ħanut tax-xogħol il-lapida tinġarr għall-knisja, b’attenzjoni kbira u titqiegħed f’postha. L-oqbra f’San Pawl Nawfragu Il-lapidi li jinsabu fil-knisja ta’San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta, saru min-nofs is-seklu sbatax sa l-aħħar tas-seklu dsatax. L-ewwel waħda hi dik ta’ Dun Domenico Facciol li saret fl-1636 u l-aħħar waħda ta’ Giovanni Mallia fl-1888. Wara li ġew l-Ingliżi f’Malta, d-dfin beda jsir f’ċimiterju barra mill-abitat. Kull waħda milllapidi hija magħmula skont is-sengħa u l-arti. Għalkemm il-valur artistiku jvarja, kull waħda mill-lapidi tista’ titqies bħala xogħol ta’ arti. Dawk midfuna ġew minn livelli varji tas-soċjetà Maltija. Insibu akkademiċi ta’ livell internazzjonali bħall-Konti Giovanni Antonio Ciantar u tobba; sinjuri benefatturi bħal ma kienet Caterina Valenti, li mietet fl-1683, u membri talkleru bħal Dun Pawl Camilleri, Dun Xmun Borg u saħansitra Isqfijiet bħal Lorenzo Astirias.

35


Hemm midfuna familji sħaħ bħall-familja Grech, li ġabu minn Spanja l-istatwa talMadonna tad-Duluri li tinsab fuq l-artal ta’ San Gejtanu. Membri tal-famija Fiteni li kienu nobbli u li kellhom il-barunija ta’ Budaqq. Ilkoll għażlu li jindifnu f ’San Pawl. Hemm ukoll pitturi ta’ fama u mħallfin bħal Giovanni Vella u l-familja tiegħu. Fl-akwata tal-knisja kien hemm imħazen tal-aqwa negozjanti fil-belt u xi wħud minn dawn ukoll indifnu fil-knisja. Wieħed minnhom lesta l-qabar tiegħu bl-irħam hu stess, biss indifen Ħal Luqa, raħal twelidu. Dan kien Giovanni Mallia li kien ukoll ħallas għal sett gandlieri tal-fidda għal fuq l-artal maġġur. Għall-eternità Dan kollu juri li l-poplu Malti żamm sħiħa u ħajja d-devozzjoni lejn dan l-Appostlu tal-Ġnus u adottah bħala missieru. Dawn l-oqbra huma manifest ta’ fidi għax anke wara l-mewt, li tkun midfun daqshekk viċin tal-Mulej kien joffri konfort u kważi garanzija tal-bidu ta’ ħajja li ma tintemmx. Riferenzi:

1 Micallef, M. A. The Politics of Art Mark Anthony Micallef Malta (2008) p.46 2 Ibid. P.70 3 Art, D. O. ‘Death, Burial and the Afterlife in Ancient Greece’ fi Heilbrunn Timeline of Art History. The Metropolitan Museum of Art. New York (2000) 4 Blagg, T. F. Excavations at Ħal Millieri, Malta University Press. Malta (1990) p.135 5 Buhagiar, M. F. Mdina the Cathedral City of Malta. The Central Bank of Malta. Malta (1996) p. 202 6 Blagg. Excavations. p. 207 7 Scicluna, H. P. The Church of St. John in Valletta Rome (1955) p.130 8 Debono, J. Art and Artisans in St. John’s and other Churches in the Maltese Islands ca. 16501800 John Debono Malta (2005) p.32 9 Ibid. p.42 10 Galea, M. Żewġ Personaġġi Illustri Midfunin fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu – Valletta fi Programm Festa San Pawl (2001) p. 46 11 Ciarlo’, J. Tmien Gran Mastri tal-Ordni ta’ San Ġwann li isimhom jibqa’ marbut malKnisja Kolleġġjata ta’ San Pawl fi Programm tal-Festa San Pawl (2000) p. 13 12 Ciappara, D. F. An interview with the author on the 2nd October 2010. 13 Azzopardi D. J. (2010) An interview with the author on the 20th November 2010. 14 De Giorgio Cynthia The Image of Triumph and the Knights of Malta Printex Limited Malta (2003) 15 Debono, Art and Artisans p. 41 16 This is evident from the inscriptions themselves. 17 Pace, J. (2004) The marmista of St. John’s, now retired, in an interview with the author. 18 Bartolo, J. (2010) The marmista of St. John’s Co-Cathedral, in an interview with the author 19 Azzopardi D. J. (2010) An expert in white marble in an interview on the 20th Novenber 2010 20 Ibid 21 Spiteri, C. B. Tifkiriet ta’ l-imgħoddi Malta PIN (2007)

36

Apprezzament minn Vince Farrugia

membru tal-Għaqda tal-Pawlini

Frankie Bartolo Frankie kien parruċċan attiv ħafna f'numru ta' għaqdiet fil-parroċċa tagħna. Huwa kien membru fl-Għaqda tal-Pawlini u għal xi żmien kien ukoll membru co-opted fil-Kumitat. Frankie kien ukoll miktub f`diversi fratellanzi mwaqffa fil-knisja tagħna. Fost dawn kien hemm il-Konfraternità tas-SSMU. Sagrament u l-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù. Għal xi żmien kien ukoll uffiċjal ta' din il-fratellanza. Kien ukoll fratell fil-fratellanza tal-Madonna talKarità. Kien membru fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali ta' San Pawl Nawfragu, membru fl-għaqda tal-fjuraj u fil-Leġjun ta' Marija – għaqda li tiddefendi l-isem qaddis tal-Madonna. Kien amministratur tas-Sagrament fejn kien iwassal is-sagrament lill-morda fil-Parroċċa. Frankie kien fratell flArċikonfraternità tas-SSMU Kurċifiss fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu) fejn serva bħala reviżur tal-istess fratellanza. Ta' min isemmi l-involviment tiegħu f'timijiet sportivi li tant kien jiddedika ħin għalihom. Kien bniedem ta' rispett, eżemplari u ddedikat għallfamilja tiegħu. Frankie illum jinsab fejn dak li ħabb sewwa meta kien magħna. Tlifna ħabib u missier. F'isem il-familja Pawlina Beltija u l-Għaqda tal-Pawlini nixtieq nirringrazzjak minn qalbi għallħidma tiegħek b'risq il-Parroċċa. Anġlu Micallef: Il-persuna ta’ Anġlu hija magħrufa sewwa malparruċċani ta’ San Pawl. Kien bniedem attiv għall-aħħar u filfatt kien wieħed minn tal-ewwel fil-Kumitat taż-Żgħażagħ. Wara kien ukoll fil-Kumitat tal-festa

għal snin twal. Anġlu ħadem ħafna fuq l-armar tal-festa ta’ San Pawl. Fi żmienu kienu ġew irrestawrati l-kandilabri (magħrufin b'mod komuni bħala 'lixandrini') kif ukoll ilPalk ta’ Triq Santa Luċija, wara snin twal li kienu ilhom ma jintramaw għall-festa. Anġlu kien ukoll jagħmel ix-xenarji ta’ kull pageant li kienet issir. Ħadem ukoll xi xogħol fil-Knisja ta' San Pawl Nawfragu fejn kien involut fit-tiswija tal-lanterna tal-koppla u xogħlijiet oħra, fosthom ir-restawr tas-sepulkru. Niftakar tajjeb ix-xogħol li kien sar flimkien ma’ Mario Tonna, Noel Cassar u jien. Anġlu kien ukoll reffiegħ tal-vara ta’ San Pawl għal snin twal. John Micallef: John kien membru fl-Għaqda tal-Pawlini fejn serva fl-ogħla karigi bħala Segretarju u Viċi President tal-istess Għaqda. Hu ħadem ħafna fi żmien li l-Għaqda kienet torganizza l-famużi 'Iljieli Sajfin' fil-Ġonna tal-Barrakka t’Isfel, li kienu jkunu suċċess kbir. Taħt ilPresidenza tas-Sur Hector Bruno, John kien strumentali filġbir ta' fondi b'risq il-festa. Kien attiv ħafna fl-amministrazzjoni tal-Għaqda u jħobb jagħti daqqa t’id fl-armar tal-festa. Patri Ġustin Sciortino O.F.M. Patri Ġustin kien patri Franġiskan tal-Ordni Minuri filKnisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), attiv u ħabbrieki ħafna fil-Parroċċa. Huwa kien membru fl-Għaqda tal-Pawlini u kien jipparteċipa bi ħġaru għall-attivitajiet kollha li kienet torganizza l-Għaqda. Għal xi snin kien ukoll rettur tal-Knisja tal-Madonna ta’ Liesse li tinsab fil-Parroċċa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fissliem. AMEN


27 ta' Jannar 2013

37


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Il-Festa ta’ San Pawl 1913

L-1913 hija s-sena li fiha f ’Malta kien sar il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali bejn it-23 u 27 t’April. Kien Kungress li baqa’ mfakkar għan- numru ta’ dinjitarji li kienu ġew f ’Malta. Ma naqasx ukoll li l-immaġini talvara ta’ San Pawl li nsibu fil-knisja tagħna tkun prodotta f ’diversi tifkiriet. minn Martin Gravina Il-festa ta’ din is-sena kienet saret bl-akbar solennità ġewwa l-knisja nhar l-10 ta’ Frar. It-tħejjijiet għallfesta bdew bħas-soltu bl-Ottavarju fejn il-priedki kien għamilhom Patri Dumink Azzopardi tal-Ordni tal-Predikaturi,1 filwaqt li l-priedki tat-tridijet saru minn Patri Luigi Attard tal-Minuri.2 Għall-quddiesa pontifikali kien hemm Monsinjur Arċisqof Pietru Pace, megħjun mill-kanonċi tal-Kattidral, l-Isqof Angelo Portelli, il-Kapitlu talKolleġġjata, in-nobbli kif ukoll kull skala tas-soċjetà. Il-paniġierku bit-Taljan sar mill-Agostinjan u mgħallem tat-Teologija Patri Nikol Farrugia3. Dan b’entużjażmu kbir, bil-ktieb tal-Appostli u blistorja ta’ Malta imsammrin f ’moħħu nissel paniġierku studjat li dam siegħa u kwart fejn il-folla semgħet b’attenzjoni u li wkoll tat l-approvazzjoni tagħha. Wara nofsinhar kien hemm il-priedka bil-Malti li saret minn Dun Karm Zammit, kappillan tal-knisja ta’ Liesse. Ma jistax jonqos li l-mużika f ’dawn il-jiem tal-festa kienet taħt iddirezzjoni tas-Surmast Anton Nani.4 Filwaqt li wieħed jiddiskrivi li festi ta’ ġewwa l-knisja kienu suċċess inkluż l-attendenza tannies mill-Ottavarju sal-ġurnata tal-10 ta’ Frar, fir-rigward dawk esterni ma jistax jingħad l-istess. Lejlet il-festa, l-Banda ‘La Valette’ għamlet programm fuq il-palk prinċipali ta’ ħdejn il-knisja ta’ San Pawl. F’dan il-programm indaqq l-innu l-ġdid ta’ San Pawl, kliem u mużika tas-surmast Giuseppe Vitaliti, direttur tal-istess Banda. Dan l-innu sar fuq talba li kellu mingħand 1 2 3 4

38

Malta Tagħna. 1 ta’ Frar 1913, p.3. Ibid. 8 ta’ Frar 1913, p.3. Malta. 14 ta’ Frar 1913, p.2. Il-��abib. 18 ta’ Frar 1913, p.3. Malta Tagħna. 22 ta’ Frar 1913, p.4.

Kartolini kommemorattivi tal-Kungress Ewkaristiku tal-1913 li fihom tidhar l-istatwa proċessjonali ta' San Pawl.

Dun Gużepp Francalanza u Dun Lawrenz Ferriggi, żewġ saċerdoti tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl. Vitaliti ddeskriva fi tliet partijiet in-nawfraġju u l-glorja ta’ Malta Nisranija filkompożizzjoni ta’ dan l-innu. F’dan il-programm kienu ħadu sehem ilkantanti tat-Teatru Rjal, it-tenur Italo Righi Briani, il-baritonu Albinolo Benvenuto, il-baxx Gaetano Roveri flimkien mall-kor li kien magħmul ’l fuq minn 60 tifel. Il-folla kienet immensa u straordinarja, tisma’ dan ix-xogħol tal-imsemmi surmast, però, appena spiċċa u l-miġemgħa kienet qed tapplawdi u titlob il-bis, bdiet nieżla x-xita li tellfet ir-replika. Is-surmast flimkien ma’ wħud millkumitat tal-Banda u xi artisti tatTijatru li kienu kantaw fl-innu, ġew meħudin fid-dar ta’ Dun Ġużepp Francalanza fejn kien ippreparat repò. Hawnhekk is-surmast Vitaliti bħala l-kompożitur ta’ dan l-innu, ġie rregalat brillant mill-isbaħ mill-kanonku tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Dun Manuel Pullicin.5 5 Is-Salib. 15 ta’ Frar 1913, p.2.

F’lejlet il-festa kienet ukoll ġurnata importanti b’mod speċjali għallkażin La Valette meta akkumpanjat mis-segretarju tiegħu Mons. Dun Pawl Gauci, l-Arcisqof Mons. Pietru Pace għamel viżta lill-każin. Din jidher li kienet l-ewwel viżta tal-Arċisqof Pace ġewwa każin barra dak tal-Unione Cattolica.6 Baned mistiedna għall-okkazjoni tal-festa ta’ din is-sena kellhom ikunu dik tal-Queen’s Own talIsla kemm lejlet kif ukoll nhar l-10 ta’ Frar. F’lejlet il-festa kellu jittella’ programm fi Triq San Pawl fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija li probabilment minħabba temp ħażin dan kien tħassar, filwaqt li l-għada fl-4.30p.m. kellu jsir programm fi pjazza San Ġorġ liema programm kien sar fit-trasferiment tal-festa. Anki l-banda tar-reġiment tar-Royal Malta Artillery kellha tagħmel programm nhar jum il-festa fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar fi Triq San Pawl.7 6 Malta Tagħna. 22 ta’ Frar 1913, p. 2. 7 Malta. 7 ta’ Frar 1913, p.2.


27 ta' Jannar 2013 Ix-xita barra li ħassret il-kumplament ta’ lejlet il-festa, l-għada, jum il-festa ix-xita baqgħet fitta, u għalhekk il-festi esterni kienu ġew trasferiti għall-Ħadd 16 ta’ Frar. Biss din is-sena anki fit-trasferiment talfesta kien hemm qtigħ ta’ qalb minħabba x-xita, u sa nofs in-nhar kien diġà ġie deċiż li ma jsir xejn. Imma t-temp itranġa u kontra kwalunkwe aspettativa kemm il-marċ kif ukoll il-purċissjoni irnexxew. Għalhekk fis-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar, il-Banda ‘La Valette’ żammet l-appuntament tagħha fejn b’numru ta’ standardi, fosthom talmidalji u tar-Re li kien ippreżenta lill-Banda fil-miġja tiegħu f ’Malta fl-1912, daqqet sett ta’ marċi ġodda fit-toroq prinċipali tal-Belt. Wieħed mill-marċi li ntlaqa’ tajjeb u mfaħħar għall- kompożizzjoni li kellu, kien hemm dak li kien iddedikat lis-surmast Vitaliti miktub mis-surmast P. Mazzone. Il-banda ‘La Valette’ għaddiet minn Strada Rjali, waqfet quddiem il-Palazz talGvernatur fejn Sir Henry Macleod Leslie Rundle (Gvernatur Ġenerali) sellem lill-banda mill-gallarija talPalazz. Il-Banda min-naħa tagħha, immedjatament daqqet l-innu Rjali fost l-applawsi tal-poplu. Fost atmosfera ta’ ferħ u blgħajjat ta’ ‘Viva San Pawl’, ilbanda kienet milqugħa b’applaws kbir matul it-toroq tal-Belt. Il-festa mbagħad kompliet fl-erbgħa bil-purċissjoni sinodali li kienet immexxija mill-Isqof Angelo Portelli, fejn fit-tmiem l-orkestra daqqet l-antifona Sancte Paule u wara l-istess Isqof ta l-barka sagramentali. Hekk kif il-purċissjoni daħlet fil-knisja u ngħatat il-benedizzjoni, ix-xita reġgħet bdiet nieżla u għalhekk tħassru l-kumplament tal-festi. Fosthom tħassar ukoll il-programm li l-Banda ‘La Valette’ kellha tagħmel f ’Misraħ San Ġorġ fejn kellha wkoll tesegwixxi l-innu l-ġdid ta’ Vitaliti. Però, għax-xewqa kbira li kellu l-poplu li jisma’ għal darb’ oħra l-Innu l-ġdid tas-surmast Vitaliti, dan reġa’ ndaqq nhar il-Ħadd 2 ta’ Marzu 1913 fi Pjazza San Ġorġ.8 8 Malta Tagħna. 15 ta’ Frar 1913, p.3. Is-Salib. 8 ta’ Marzu 1913, p.3. Malta. 18 ta’ Marzu 1913, p.2.

L-artal ta' San Mikiel armat għall-festa tal-2012 fejn jidhru l-fjuretti l-ġodda tal-ganutell.

Barra l-attivitajiet li kienet ġabet magħha l-festa ta’ din is-sena, wieħed ma jistax ma jsemmix l-inawgurazzjoni tal-kappella ta’ San Mikiel fejn matul is-sena kienu saru il-pilastri tal-irħam kif ukoll ornamenti tal-bronż, opra ta’ Pio Cellini. Fil-fond laterali kienu saru żewġ bassi riljevi – wieħed jirrapreżenta l-anġlu jbierek lil Ġakob, u l-ieħor lill-anġlu qiegħed juri l-art imwiegħda lil Mosè. Din

l-opra kien jimmerita għaliha Dun Ġużepp Francalanza għallimħabba u t-tħabbrik tiegħu li kellu lejn il-Kolleġġjata.9 Mitt sena wara, id-devoti ta’ din il-fratellanza wrew u komplew iżejnu din ilkappella artistika b’sett ta’ fjuretti tal-ganutell (prima u sekonda), u li kienu imżanzna fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Mikiel 2012.

Noti:Fl-okkażjoni tal-festa ta’ din issena minħabba l-fatt li kien fiżżmien ir-Randan, Monsinjur Luigi Attard, Vigarju Ġenerali kien ħareġ ċirkulari lill-Arċiprieti, Kappillani u Retturi tal-knejjes, biex jinfurmaw il-parruċċani tagħhom li t-Tnejn 10 ta’ Frar, festa ta’ San Pawl mhix ġurnata ta’ sawm u astinenza. Din kienet skont il-Motu Propio Suprimi Disciplinae tal-11 ta’ Lulju 1911. Malta Herald, 7 ta’ Frar 1913, p. 2.

ġenerali li kien sar fit-Teatru Rjali nhar is-7 ta’ Frar 1913. Aktar informazzjoni dwar dan l-innu tidher fil-Ġurnal Malta, 6 ta’ Frar 1913, p.2.

L-innu l-ġdid ta’ San Pawl kien ġie esegwit l-ewwelnett f ’kunċert

9 Is-Salib. 15 ta’ Frar 1913, p.3.

Fis-sena 1912 l-Isqof Mons. Pietru Pace kien inawgura l-kwadru talmużajk li huwa kopja ta’ Guido Reni, il-faċċata flimkien malaltar li huma ta’ l-irħam. Aktar informazzjoni :- Malta, 9 ta’ Frar 1912, p.2 ; Is-Salib, 17 ta’ Frar 1912 p.2 ; Pio Cellini u r-rabta tiegħu malKolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu – Robert Cassar, Programm talFesta San Pawl Nawfragu 2006.

39


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Sampalisi tutti ‘na uci… W SAN PAOLO! Stephen Baldacchino

President Fergħa Żgħażagħ

Din kienet l-għajta li dwiet mattoroq prinċipali tar-raħal ta’ Solarino ġewwa Sqallija hekk kif l-istatwa tal-Appostlu Missierna San Pawl feġġet fil-bieb ewlieni tal-knisja omm tal-istess raħal. Għalkemm għal dawn l-aħħar snin, il-Pawlini Beltin dejjem kienu preżenti għall-festa ta’ San Pawl firraħal pittoresk ta’ Palazzolo Acreide fi Sqallija, bl-ewwel darba tkun sebgħa u għoxrin sena ilu, ftit li xejn qatt għaddielna minn moħħna li ftit ‘il bogħod minn dan ir-raħal hemm ilvillaġġ ta’ Solarino, li bħal Palazzolo Acreide jiċċelebra festa oħra millisbaħ f’ġieħ l-Appostlu tal-Ġnus! Fl-aħħar tax-xahar t’April bdejna bil-kuntatti tagħna ma’ dan irraħal biex nibdew nippreparaw għal din il-mawra. Min-naħa ta’ Solarino ddelega magħna Salvatore Mangiafico, is-sagristan talparroċċa ta’ San Pawl tal-istess lokal. Ġew ibbukkjati t-titjira tal-ajru u l-lukanda u minn hemm bdiet maratona ta’ stennija għat-tlieta t’Awwissu, jum it-tluq minn Malta.

Festa San Paolo - Solarino 2012

40

Wasal il-jum u preparati b’dak kollu meħtieġ, fl-erbgħa u nofs ta’ filgħodu konna diġà ntasabna fil-bini talajruport internazzjonali ta’ Malta. Għadda l-ħin, tlajna fuq l-ajruplan u minn hemm bdiet din l-avventura mill-isbaħ, li żgur u mhux forsi ser tibqa’ għal dejjem f’qalb l-ewwel Pawlini Beltin li kienu parti minnha. Wara nofs ta’ nhar f’Katanja, kien wasal il-ħin li mmorru lejn dan irraħal. Għat-tlieta ta’ wara nofsinhar ġew għalina xi ħbieb tagħna minn Solarino u flimkien magħhom irħejnielha għal din l-avventura. Malwasla tagħna hemm, l-ewwel waqfa kienet fil-knisja parrokkjali. Knisja b’faċċata modesta iżda b’intern millisbaħ. Bla dubju ta’ xejn, apparti dak kollu li jżejjen lill-knisja, għajnejna mill-ewwel waqgħu fuq l-altar maġġur fejn fuqu kien hemm esposta għall-qima tal-pubbliku l-istatwa talAppostlu Missierna. Tawna l-merħba tagħhom ukoll il-kappillan, Dun Luigi Corciulo kif ukoll xi nies oħra li jagħtu sehemhom fil-knisja, fosthom Salvo Recupero, Luca Germano u Paolo Teodoro. Interessanti huwa l-fatt li maġenb il-knisja hemm il-Kafetteria ‘San Paolo’, propjetà ta’ mara Maltija. Ma naqasx li la konna

hemm billejna griżmejna għandha, filwaqt li mat-toroq ta’ Solarino kienu għaddejjin it-tlielaq tar-roti. L-għada s-Sibt, il-jum beda minn kmieni filgħodu. Flimkien ma’ Salvatore, tlaqna għal titwila sarraħal sabiħ ta’ Palazzolo Acreide. Ikolli nammetti li kont fuq ix-xwiek għax ix-xewqa tiegħi t’għaxar snin li mmur f’dan il-post kienet ser issir realtà fi ftit minuti! Mal-wasla tagħna hemm, sibna jistennewna xi ħbieb tagħna quddiem il-Bażilika ta’ San Pawl. Ħadna xi ħaġa flimkien u wara dħalna fil-knisja. Waqt li konna qed naghtu titwila lill-intern tal-bażilika, il-pittura titulari resqet lejn il-lemin u daħlet f’fetħa dejqa fil-ġenb tal-ħajt. B’sorpriża għalina, inkixfet l-istatwa titulari ta’ San Pawl. It-tradizzjoni Siċiljana ma tħallix li l-istatwi titulari jitgawdew matul is-sena. Ħadd ma seta’ jispjega x’ħassejna dak il-ħin hekk kif rajna lil San Pawl quddiemna! Bl-użu ta’ sellum twil kważi żewġ sulari tlajna wkoll fin-niċċa ħdejn il-vara fejn il-bews fuq ħaddejn San Pawl ma naqasx. Komplejna mbagħad innofs ta’ nhar ta’ filgħodu b’titwila lejn knejjes oħra f’Palazzolo fosthom il-knisja ta’ San Mikiel, tal-Immakulata u ta’ San Bastjan. Lura f’Solarino, morna kilna flimkien u striħajna sagħtejn fil-lukanda. Il-jum kompla billi filgħaxija attendejna għat-Transulazzjoni Solenni bir-relikwa ta’ San Pawl, wara quddiesa solenni filparroċċa l-oħra ta’ Solarino, dik iddedikata lill-Madonna tadDmugħ (meqjuma b’tant għożża fil-Provinċja ta’ Sirakuża). Fl-aħħar, telqet proċessjonalment ir-relikwa tal-qaddis li tista’ tgħid daret mattoroq kollha tar-raħal. Mal-wasla tar-relikwa fil-pjazza, ġew sparati xi murtali u beda kunċert ta’ talenti lokal fil-pjazza ewlenija. Ovvjament, bħalma għamilna fil-ġurnata ta’ qabel, il-pass li kien imiss kien li nerġgħu


27 ta' Jannar 2013 nbillu ftit griżmejna fil-kafetterija ta’ ħdejn il-knisja u kif il-lejl daħal ġmielu tlaqna lura lejn il-lukanda. L-għada l-Ħadd, bħall-jum ta’ qabel, il-ġurnata bdiet minn kmieni. L-atmosfera festiva kienet tinħass sewwa avolja l-kwiet tal-kmieni filgħodu kien għadu jirrenja mattoroq. Biss dan il-kwiet ma damx ma nkiser bil-ħoss tat-tnabar kbar tal-parata li ddur mar-raħal biex tħabbar jum il-festa. Eżatt wara bdiet il-quddiesa pontifikali li għaliha kellna invit speċjali u post riservat fl-ewwel bank tal-knisja. Għall-okkażjoni għamilna wkoll il-flokkijiet. B’lewn ħamran u bl-istatwa ta’ San Pawl tagħna, bilkelma PATRONO fuq quddiem u kitba oħra tal-istess okkażjoni fuq wara, ikolli ngħid li spikkajna mhux ħażin meta tqis li l-kulur li ġġib din il-festa huwa l-ikħal! Il-quddiesa tqaddset mill-Arċisqof Emeritu ta’ Sirakuża fejn waqt l-omelija għamel aċċenn għall-‘Pawlini Maltin’ li għall-ewwel darba fl-istorja attendew għall-festa ta’ San Pawl f ’Solarino. Kif spiċċat il-quddiesa, l-istatwa ta’ San Pawl intramat fl-urna tagħha u f ’nofsinhar, wara nuqqas ta’ erbgħin sena, ħarġet proċessjonalment fuq l-ispallejn (dan għax fl-aħħar erbgħin sena dejjem inġarret fuq karru). U tkun Ruma ma tarax lill-Papa? La konna hemm dħalna wkoll taħt il-bsaten tiegħu u erfajna d-dawra tal-pjazza kollha. Hekk kif il-vara feġġet fuq iz-zuntier, ġiet milqugħa bix-‘sciuta’ tradizzjonali u bin-nar tal-ajru minn nofs il-pjazza stess, ftit metri ‘l bogħod minn fejn konna aħna. Interessanti wkoll huwa l-fatt li hekk kif l-istatwa tkun fil-bieb, jiġu ppreżentati t-trabi lil San Pawl. Ta’ min isemmi wkoll li mal-urna twaħħlu wieħed mill-flokkijiet ilħomor li għamilna kif ukoll ritratt tal-istatwa ta’ San Pawl tal-Belt Valletta. L-istatwa daħlet lura fil-knisja għall-ħabta tas-siegħa. Wara kien imiss l-ikla ta’ nofsinhar. Kollha kemm aħna konna mistednin għand il-familja Mangiafico għal ikla Siċiljana ta’ veru. Ikla mżewqa bl-aqwa prodotti Sqallin u b’ikel millitjeb. Ikolli nammetti li “laqgħuna bi ħlewwa liema bħalha”. Għallerbgħa u nofs morna lura l-lukanda biex nippreparaw għal filgħaxija!

Festa San Paolo - Solarino 2012

Fis-sitta u nofs bdiet il-quddiesa kantata ta’ qabel il-purċissjoni fejn għaliha konna wkoll mistednin. Waqt l-omelija reġa’ sar aċċenn għalina l-‘Pawlini Maltin’. Hekk kif waslet biex tintemm il-quddiesa, ġejna mistiedna fuq il-presbiterju mill-kappillan u hemmhekk, f’isem l-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta, għamilna preżentazzjoni ta’ kwadru mill-isbaħ bix-xbieha ta’ San Pawl tagħna l-Beltin lill-parroċċa bħala sinjal ta’ ħbiberija u bħala grazzi għall-mod ta’ kif laqgħuna. Huma wkoll irreċiprokaw billi, filwaqt li bħala delegazzjoni Pawlina mill-belt kapitali Maltija, attendenja għall festa tagħhom fejn tawna statwa ta’ pied kull wieħed replika tal-istatwa titulari ta’ Solarino! Fis-sebgħa u nofs reġgħet ħarġet il-purċissjoni blistatwa ta’ San Pawl bid-differenza li

din id-darba l-vara nġarret fuq karru miksi f’forma ta’ bradella. Wara tliet sigħat, fejn il-vara kważi daret mattoroq tar-raħal kollu, sabet ruħha fil-pjazza prinċipali fejn daħlet lura fil-knisja għall-ħabta tal-għaxra u nofs. L-ammont ta’ nies li kien hemm kien xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Lanqas fejn toqgħod ras ta’ labra! Kif il-vara daħlet fil-knisja, semmajna wkoll leħinna b’xi taqbiliet li jingħadu waqt il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Wara kompliet serata ta’ talent lokali fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja filwaqt li fissiegħa ta’ filgħodu beda spettaklu pirotekniku mill-isbaħ fil-parti esterjuri tar-raħal li ntemm għallħabta tas-sagħtejn neqsin kwart. Biss bħal f’kollox, kull bidu għandu t-tmien u l-ispettaklu pirotekniku kien ifisser li l-avventura tagħna f’Solarino għall-festa ta’ San Pawl kienet waslet fi tmiemha. L-għada filgħodu sellimna lill-ħbieb tagħna Sampalisi filwaqt li ħallejna Solarino għal jumejn ta’ mistrieħ f’Katanja. Fl-aħħar nett qabel nagħlaq dan l-artiklu, nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil sħabna Sqallin, speċjalment lil Salvatore Mangiafico għall-mod ta’ kif ġabu ruħhom magħna u laqgħuna fir-raħal sabiħ tagħhom. Żgur li din l-avventura ser tibqa’ imnaqqxa għal dejjem f’qalbna. W SAN PAOLO – VIVA L-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL PATRUN TA’ MALTA U SOLARINO!

Solarino - L-artal titulari bl-istatwa ta' San Pawl Pellegrin.

41


outdoor and studio PHOTOGRAPHY for any occasion

www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com

e : info@photocitymalta.com

21236723

27 and 57 South street, Valletta. VLT 1102

Ta’ Jimmy Green Grocer Prop. Joseph Caruana For your daily needs St Paul’s Street, Valletta


EvErything wE do is focusEd around you A strong instinct combined with good business acumen and backed by years of experience has made us leaders in our field. We have always worked towards one goal - ‘to meet our customers needs as precisely and efficiently as possible, without negatively impacting our surroundings’. This is what drives us, what inspires us to be at the top of our league.

Head Office: Msida Road, Gzira GZR 1405, Malta | Tel: 21 345 123 Fax: 21 345 377 | insurance@gasanmamo.com

www.gasanmamo.com GasanMamo Insurance is authorized to carry on business of Insurance regulated by the MFSA


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

San Pawl tal-Gafà fis-santi Raymond Saliba Il-vara proċessjonali ta’ San Pawl li tinsab fil-Kolleġġjata li ġġib ismu fil-Belt Valletta hi bla dubju l-aktar oġġett ‘Pawlin’ li hu marbut malimmaġinazzjoni popolari tal-poplu tagħna. Għalkemm dokumenti li juru b’mod espliċitu min għamilha sa issa ma nstabux, però bosta fatturi oħra jġegħluna naħsbu li hi xogħol l-artist kbir Malti Melchior Gafà (1636 1667). Din kienet ikkummissjonata mill-familja Testaferrata (c.1659), li aktar tard irregalatha lill-knisja ta’ San Pawl xi żmien qabel l-1694. Minn dak il-mument li saret oġġett ta’ kult pubbliku, saret ukoll ilprototip jew mudell, għal parti l-kbira mix-xbihat li juru l-qaddis, sew jekk impinġija u aktar minn hekk, skolpiti. Xogħol ieħor talistess Gafà, il-vara tal-Madonna tar-Rużarju għall-knisja tadDumnikani tar-Rabat, segwa l-istess fortuna, fejn sar ukoll mudell pereċċellenza ta’ ikonografija Marjana. Huma diversi r-raġunijiet għaliex mudell ikonografiku jista’ jħalli tant impatt fuq il-psikoloġija tal-poplu. Ilfatturi determinanti dejjem jinkludu dawn it-tliet aspetti: (i) Il-kobor tal-personaġġ muri; (ii) l-istatura u l-kompetenza tal-artist u (iii) il-lok għalfejn tkun intiża l-kummissjoni. Jekk nieħdu bħala eżempju ż-żewġ opri artistiċi li semmejna qabel, naraw li dawn il-kriterji jinkwadraw tajjeb. Ix-xbihat juru tnejn millakbar qaddisin meqjuma fid-dinja Kattolika, partikolarment f ’Malta; l-artist hu l-aktar Malti li għamel suċċess fil-qasam tal-arti mondjali; filwaqt li l-post fejn jinżammu b’mod permanenti huma knejjes importanti, f ’lokalitajiet importanti wkoll. Ċertament, qatt qabel Gafà ma kellna artist lokalment, li seta’ joħloq xbihat sagri tant sbieħ u b’personalità daqshekk qawwija. Għalhekk din ix-xbieha ta’ San Pawl niżlet għasel mal-poplu tagħna u daħlet fl-immaġinazzjoni tagħhom u aktar minn hekk, fil-fond ta’ qalbhom. Xhieda ta’ kemm kienet popolari din ix-xbieha nistgħu niħduh mill-kwantità kbira ta’ oġġetti

46

li huma kopji tagħha maħduma jew impittra b’metodi diversi u fi żmien differenti, inkluż dak kontemporanju. Ix-xbihat sagri jistgħu mhux biss ikunu għall-kult pubbliku, normalment f ’qisien kbar, iżda wkoll għall-użu privat, ġeneralment f ’qies ċkejken. Dan kien il-mod kif il-fidili jew devoti jżommu tifkira tanġibbli fil-pussess tagħhom, li jistgħu jarawha; imissuha u jitolbuha meta u x’ħin jinħtieġu. Din il-forma ta’ devozzjoni reliġjuża tinkludi bosta oġġetti, bl-aktar popolari jkunu d-domni fuq il-metal u s-santi fuq il-karta. Din il-prattika, anke jekk b’forom differenti, tmur lura bosta sekli, nistgħu ngħidu qabel l-istess reliġjon Nisranija! Naturalment, Malta u Għawdex ma kinux eċċezzjoni u kellhom dawn il-karatteristiċi devozzjonali wkoll. L-interess tagħna llum hu li nuru kemm kienet popolari x-xbieha Pawlina tal-Gafà permezz tal-immagini popolari, magħrufa l-aktar bħala “santa”. Meta nħarsu lejn il-kwantità u l-kwalità ta’ dawn is-santi b’dan is-suġġett partikolari nindunaw kemm verament ixxbieha tal-Gafà kellha seħer fuq il-Maltin. Fil-fatt kienet l-aktar xbieha pawlina riprodotta fuq dawn is-santi, fejn f ’diversi eżemplari hemm stampat espressament li hi San Paolo del Gafà.! Ma nafux meta saru l-ewwel santi reliġjużi fil-gżejjer Maltin, kif ma nafux meta saru l-ewwel santi pawlini. B’dan mhux qed nifhmu l-post fejn ġew stampati iżda d-destinazzjoni oriġinali tal-ordni jew it-talba għalihom. Jista’ jkun li l-ewwel santi b’dik ix-xbieha partikolari kienu jkunu ordnati minn barra iżda dejjem jibqa’ l-fatt li d-destinazzjoni tkun Malta, għaliex l-ordni tkun saret minn hawn. Bħala eżempju nieħdu lil Ħaż-Żebbuġ li meta fl-1863 żanżnu l-vara proċessjonali ta’ San Filep, ordnaw ukoll numru ta’ santi biex jitqassmu bħala devozzjoni filwaqt li jkunu mezz ta’ qliegħ finanzjarju għall-ispejjeż tal-istess opra artistika. Fil-każ tal-vara ta’ San Pawl, dan ma

tantx kien possibbli għall-fatt li ma jidhirx li fis-seklu 17 saru f ’Malta jew ġew ordnati riproduzzjonijiet simili minn barra. L-aktar li seta’ ġara kien li saret xi inċiżjoni, normalment ta’ daqs medju u mhux tas-santa konvenzjonali, li kienet tkun intiża biex tiddokumenta l-opra artistika aktar milli għad-devozzjoni. Inċidentalment, inċiżjonijiet simili saru b’rabta ma’ xogħlijiet tal-Gafà. Insibu wkoll numru mdaqqas ta’ inċiżjonijiet marbuta mar-rakkont Bibliku Pawlin tan-Nawfraġju f ’Malta. Bi probabilità kbira, l-ewwel santi b’din ix-xbieha stampati f ’Malta kienu dawk fil-forma ta’ kurunella, li kienu ġeneralment b’numru ta’ paġni, kultant speċi ta’ ktejjeb. Żgur li dawn ilhom jiġu stampati sa mis-seklu 18. Is-santa devozzjonali b’rabta stretta mal-vara tal-Gafà lanqas ma nafu kif u meta bdiet. Nassumu li l-ewwel rapreżentazzjonijiet popolari kienu stampati f ’Malta, possibilment bħala parti min xi sunett jew avviż. Min dak li nsibu fil-kollezzjonijiet privati lokalment, is-santi l-aktar antiki huma tal-bidu tas-seklu 19 u ġew stampati barra minn Malta. Ilpostijiet minn fejn kienu jiġu ordnati kienu l-Italja; Franza u l-Iżvizzera, għalkemm santi oħra b’suġġetti differenti kienu jkunu miġjuba minn bnadi oħra wkoll. Dawn kienu kollha stampati b’mezzi mekkaniċi, l-eqdem fuq kartonċin bil-proċess ta’ kromolitografija, bil-kulur minn fuq mudell impitter. Aktar tard, fisseklu 20, bdew jiġu stampati kemm bil-kulur kif ukoll iswed fuq l-abjad fuq kartonċin jew karta, bis-sistema tal-offset, fejn bħala mudell kien jintuża disinn jew il-fotografija. Id-daqs tagħhom bosta drabi kien jiddetermina l-użu partikolari għalihom. L-iċken waħda per eżempju kienet fuq il-karta u tintlibes fuq il-pavru jew ilbies ieħor matul il-jiem ta’ solennità tal-qaddis, speċi ta’ badge. Għalkemm f ’sens ristrett din tidħol f ’kategorija differenti, però f ’sens wiesa’ tista’ titqies bħala santa. Tip ieħor interessanti hu meta s-santa kienet tintuża bħala mezz ta’ reklam għal xi prodott partikolari, magħmul lokalment jew importat.


Fil-gżejjer Maltin dawn it-tip ta’ santi kienu msejħa ‘taċ-ċikwejra’, għaliex kienu jitqassmu mal-pakketti talkafè. Kien hemm diversi settijiet, sew bil-kulur kif ukoll fuq is-sepia, però l-aktar sett imfittex kien dak li juri l-vari proċessjonali tal-parroċċi, fosthom dik ta’ San Pawl tal-Gafà. Tip ieħor kienu dawk li jsiru b’tifkira ta’ mewt, għalhekk imsejħa ‘tal-mejtin’. Dawn, maż-żmien biddlu l-format tagħhom, fil-bidu u għal bosta snin kienu f ’għamla ta’ ktieb b’erba’ faċċati, filwaqt li fi żmien aktar riċenti bdew isiru għamla ta’ bookmark. L-aktar santa popolari hi dik li jkollha faċċata waħda bl-istampa fuq quddiem u talba fuq wara, li kultant tieħu forma ta’ poeżija. Però dawn it-tip ta’ santi kienu jintużaw ukoll għal okkażjonijiet oħra ta’ tifkira. Meta s-santa kienet tiġi stampata barra min Malta normalment kienet tkun lesta mill-faċċata biss, filwaqt li l-parti ta’ wara tiġi stampata lokalment, biex hekk tkun aktar personalizzata. Irridu nżidu li s-santa barra milli għandha skop devozzjonali personalizzat, tista’ sservi wkoll bħala tifkira kommemorattiva, mhux biss b’rabta mal-mewt jew marbuta mas-sagramenti, bħal fl-Ordni Sagri,

iżda wkoll ma’ avvenimenti fuq skala parrokkjali jew nazzjonali, bħal ma ġara diversi drabi fl-1960, meta kien iċċelebrat id-19-il Ċentinarju minNawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta. L-eżemplari li qed jidhru ma’ dan l-istudju huma ftit mill-bosta santi li juru l-vara Pawlina tal-Gafà, kollha meħuda mill-kollezzjoni personali tal-awtur (kollezzjoni Saliba). Hi selezzjoni rappreżentattiva fejn wieħed jista’ jieħu idea tad-diversità ta’ xbihat, mhux tant fil-mod kif juru l-oġġett tas-suġġett, li dejjem jibqa’ l-istess, però kif dan jiġi rrapreżentat fuq il-karta. Xi ħaġa li tiddistingwi ruħha hi fis-santi bikrija meta x-xbieha kienet tiġi mpittra, sew bħala kopja eżatta tal-vara, inkella meta tingħata kuntest Bibliku bix-xeneġġjatura fl-isfond. Element ieħor hi l-burdura, daqqa magħmula speċifikament għal dik is-santa jew meta tintgħażel blokka komuni bħal ma jkun hemm fil-kotba. Is-santa offset, ġeneralment tvarja fil-kwalità tagħha, mhux biss bħala kromatura b’tonalitajiet differenti, però anke fil-kwalità tal-karta. Minn din l-għażla nistgħu nieħdu wkoll idea tal-istili prevalenti fiż-żmien li

tkun saret is-santa, kif ukoll taliżvilupp fit-teknika tal-istampar. Mhux ta’ min jinsa wkoll il-parti miktuba, li turi l-iżvilupp lingwistiku u kulturali. Fl-aħħar wieħed irid jelenka l-aspett soċjali, meta jinnota t-tifkiriet personali u kollettivi; iddjar tal-produzzjoni jew distributuri; flimkien mal-livell soċjali ta’ min jikkummissjona s-santa, li joħroġ mill-kwalità proprja tagħha. Min dak li rajna joħroġ kemm is-santa hi mportanti, imqar jekk kultant tidher insinifikanti u fraġli. Hi bħal dokument li għandu aspett reliġjuż, daqskemm storiku, fejn jirrakonta bil-mod tiegħu il-ħajja tal-poplu. Fortunatament illum, barra li s-santa għadha popolari fl-użu proprju tagħha, qed issir ukoll dejjem aktar passatemp ta’ kollezzjoniżmu u riċerka. Infatti fl-aħħar snin din it-tip ta’ riċerka żdiedet ħafna u qiegħda dejjem tiddiversifika ruħha. Jalla aktar kollezzjonisti Maltin jagħmlu tagħhom din l-avventura sabiħa u interessanti. N.B. Il- copyright tal-kontenut kemm miktub kif ukoll fotografiku hu tal-awtur.

Deskrizzjoni tas-Santi (il-qies mogħti f ’ċentimetri) 1. Rotocalco (10.5 x 7) / Malta, c.1960 Stampata fl-Empire Press Wara: Ringrazzjament tal-Kumitat Nazzjonali taċ-Ċentinarju Pawlin Ippubblikata mill-Azzjoni Kattolika Maltija 2. Cromolitografia (12.5 x 7) / Italja, l-aħħar kwart tas-seklu 19 Wara: Antifona ta’ San Pawl u l-Indulġenza mill-Papa Piju VII Ippubblikata minn Domenico Pace. 3. Cromolitografia (11x 7) / Italja, l-aħħar kwart tas-seklu 19 Quddiem: innota li taħt it-titlu jiżdied il-kliem: Protettore dei Maltesi - 10 Febbraio Wara: talba bit-Taljan Ippubblikata minn Alessandro A. Farrugia. 4. Cromolitografia (11x 7) / Italja, nofs is-seklu 19 Quddiem: innota l-kwadratura stil art deco Wara: talba bit-Taljan u l-Indulġenza tal-1898.

5. Offset (10.5 x 6.5) / Italja, l-ewwel nofs tas-seklu 20 Wara: Kurunella bl-Indulġenza tal1886 6. Cromolitografia (11x 7) / Italja, nofs is-seklu 19 Quddiem: innota l-kwadratura lixxa Wara: talba bit-Taljan u l-Indulġenza tal-1898. 7. Offset (10 x 6) / Italja c.1959-60 Quddiem: Tifkira taċ-Ċentinarju Pawlin Wara: Kurunella bl-Indulġenza tal1959 8. Offset (11x 6.5) / Malta, snin 90 tasseklu 20 Wara: Talba 9. Offset (9 x 6) / Malta, snin 80 tas-seklu 20 Wara: Talba 10. Offset (15.5 x 10.5) / Malta, 1998 Santa tal-Mejtin tinfetaħ fi tnejn Ġewwa: Silta mill-Bibbja u ritratt bilkulur tad-defunt.

11. Offset (12 x 7) / Malta, l-ewwel nofs tas-seklu 20 santa stampata fuq kartonċin b’elementi meħuda minn oħra aktar antika Wara: Talba (Kurunella) Ippubblikata minn Giovanni Zammit. 12. Offset (12.5 x 7.5) / Malta jew l-Italja, snin 70 tas-seklu 20 Wara: Vojt 13. Santa tac-Ċikwejra (9.5 x 5.5) 14. Offset (11 x 6.5) / Malta, snin 70 tasseklu 20 Wara: Talba 15. Litografija (11x 8.5) / Malta, l-aħħar kwart tas-seklu 19 jew bidu tal-20 Wara: kitba bl-idejn. 16. Offset (13 x 8.5) / Italja jew Franza, l-ewwel nofs tas-seklu 20 Quddiem: burdura tad-deheb Wara: Kurunella bl-Indulġenza tal1886. 17. Santa tal-Pavru (5 x 3)

47


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

48

1

2

3

4

5

6

7

8

9


27 ta' Jannar 2013

10

13

11

12

14

15

"…ix-xbieha tal-Gafà kellha seħer fuq ilMaltin. Fil-fatt kienet l-aktar xbieha pawlina riprodotta fuq dawn is-santi, fejn f ’diversi eżemplari hemm stampat espressament li hi San Paolo del Gafà.!” 16

17 49


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

Monsinjur Salvatore dei Conti Manduca 1872 – 1940 Michael Galea Mons. Salvatore dei Conti Manduca twieled fil-Belt Valletta fit-22 ta’ Awwissu 1872 minn familja nobbli: missieru kien il-Konti Francesco Manduca u ommu Helen xebba Montanaro. Tgħammed fil-knisja Parrokkjali ta’ San Pawl minn idejn il-Kanonku Kurat Generoso Bugeja. Il-parrini kienu l-Kanonku Kapitulari Konti Salvatore Manduca u Theresia Montanaro. 1 Fl-1881 beda l-istudji tiegħu filKulleġġ St. Ignatius tal-Patrijiet Ġiżwiti. 2 Dan il-Kulleġġ kien immexxi mill-Ġiżwiti tal-Provinċja Ngliża, u kien iwassal l-istudenti salmatrikola. Il-Kulleġġ kien twaqqaf f’Malta fl-1845 fuq talba tal-Papa Gregorju XVI (1831-46) bl-għan li jħares it-twemmin u t-tagħlim nisrani fost l-istudenti quddiem it-theddida tal-iskejjel Protestanti f’Malta. Fil-15 ta’ Mejju 1893 Mons. Isqof Pietru Pace (1889-1914) mexxa l-funzjoni tal-Ordinanzzjoni filknisja tas-Sorijiet tal-klawsura ta’ Sant’ Orsola fil-belt Valletta, meta s-seminarista Salvatore Manduca rċieva s-suddjakonat. 3 L-Isqof Pace ordnah saċerdot sena wara, sewwasew fit-22 ta’ Diċembru 1894 fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. 4 Dun Salvatore ċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu fl-istess KonKatidral fis-27 ta’ Diċembru, assistit mill-Kanonku Kapitulari Mons Salvatore Grech, Segretarju tal-Isqof, u mill-Kanonku Prof. Luigi Farrugia. Il-Parrini kienu l-Kanonku Kapitulari Mons. Salvatore Gaffiero, Vigarju Ġenerali, u s-saċerdot Dun G. Dei Conti Manduca, ziju tas-saċerdot novell. 5 Dun Salv Manduca għex ħajja mimlija ħidma żelanti u pastorali li

50

tferrxet lil hinn mix-xtut ta’ Malta. Kien imur fl-Afrika ta’ Fuq iżur il-kommunità Maltija ta’ Tuneż fil-parroċċi tas-Sacro Cuore di Gesù u ta’ Notre Dame du Rosaire. Kellu kelma faċli. Kien saċerdot erudit. F’Malta, Dun Salv Manduca kien wieħed mill-Missjunarji tal-Pia Opera della Piccola Missione magħrufa bħala l-Missjoni ż-Żgħira 6 u kienet tilħaq it-tfal, żgħażagħ u xebbiet. Kien prefett (1910) u Superjur jew Direttur (1929) ta’ din l-opera pia. 7 Dun Salv kien jieħu ħsieb iddistrett tal-belt Valletta tal-Opera della Propagazione della Fede, li kienet kanonikament imwaqqfa

fid-djoċesi Maltija u affiljata malKunsill Ċentrali ta’ Lyon, Franza. 8 Huwa kien Prokuratur tal-knisja tal-Vitorja, il-belt Valletta, fejn kien hemm l-Istitut tal-Edukazzjoni Kattolika għat-tfal taħt ilpatroċinju tal-Buon Pastur. 9 Fl-1913 ġie ċċelebrat f ’Malta l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Fost il-Kumitati organizzattivi bi tħejjija għal dak ilKungress kien twaqqaf sotto-kumitat biex jieħu ħsieb il-kungressisti; fuq dan il-Kumitat kien hemm, fost oħrajn, Dun Salvatore Manduca. Wieħed isemmi li fil-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li


nżammu f ’Kartaġni, l-Afrika ta’ Fuq, f ’Mejju 1930, Malta kienet ħadet sehem attiv. Fost ir-rappreżentanza Maltija kien hemm Mons. Salvatore Manduca, Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl u Prelat tal-Papa, li għamel diskors fuq l-Ewkaristija u t-tfal. 10 Barra mill-ħidma tiegħu fl-Istituti tad-Duttrina, Dun Salv kien attiv f ’għaqdiet oħra, fosthom ilKongregazzjoni tal-Onorati li kienet tgħin materjalment u spiritwalment il-priġunieri. Il-Kanonku Arċipriet Manduca nħatar Prokuratur talLegati ta’ din il-Kongregazzjoni. Sadattant Dun Salv kien ukoll Rettur tal-Arċikonfraternità del SS.mo Rosario della Misericordia, mwaqqfa fil-knisja parrokkjali tal-Madonna ta’ Porto Salvo (Kunvent San Duminku); okkupa din il-kariga mill-1915 sal-1923, imbagħad għas-sentejn 1925-27. Huwa kien diġà segretarju ta’ din l-Arċikonfraternità bejn l-1910 u l-1915. Il-membri magħrufa bħala Rużarjanti kienu jassistu lil dawk li kienu jkunu kkundannati għall-mewt. Mons. Manduca kien wieħed mill-Uffiċċjali nominati bħala konfortatur ta’ dawk ikkundannati għall-piena kapitali. 11 Bħala membru tas-Soċjetà San Vinċenz de Paoli li kienet imwaqqfa f ’Malta minn Mons. Paul Pullicino, Dun Salv Manduca okkupa diversi karigi fi ħdan din is-Soċjetà, fost oħrajn, dik ta’ President Ġenerali.12 L-għan ta’ din is-soċjetà kien l-għajnuna lil dawk fil-bżonn. Fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl talBelt kien hemm is-Sodalità dei Preti li kienet twaqqfet fl-1664 minn Dun Alessio Schembri biex tgħin lill-qassisin foqra u morda, u tissuffragahom wara mewthom.13 Dun Salv sar konsodali f ’din is-Sodalità fl-1894, fis-sena talOrdinazzjoni saċerdotali tiegħu, u mill-1907 sal-1916 interrottament kien elett Moderatur u Segretarju. 14 Għal ħafna snin Dun Salv Manduca kien id-direttur tal-perjodiku L’eco di Nazareth li kienet tippubblika l-Konferenza tas-Soċjetà San Vinċenz de Paoli tal-belt Valletta.

Wieħed isemmi wkoll li fl-1916 bdiet toħroġ La Diocesi – Bollettino Ufficiale Ecclesiastico di Malta, li tiegħu l-Kanonku Arċipriet Koadjutur Salvatore dei Conti Manduca kien amministratur. Ma’ din il-ħidma, Mons. Manduca kien ukoll fuq kumitati pubbliċi mwaqqfa mill-Gvernatur. Għal aktar minn għaxar snin (1928-38) kien wieħed mill-Kummissarji talKarità (Charity Commissioners). Dun Salv kien ukoll direttur spiritwali, l-ewwel tal-Iskola Elementari tas-subien, u mbagħad tal-Iskola Elementari talbniet, il-Ħamrun, u aktar tard direttur spiritwali tal-Iskejjel Elementari tal-Gvern tal-Belt. Mons. Manduca kien ġie nominat direttur spiritwali tal-Malta Union of Teachers qabel is-sena 1925, u baqa’ jokkupa din innomina għal ħafna snin wara. Fuq talba tal-Kanonku Paolo Agius u rakkomandazzjoni tal-Isqof Maurus Caruana (1915-43), il-Papa Benedittu XV (1914-22) innomina lir-Rev. Salvatore Manduca bħala Arċipriet Koadjutur tal-Parroċċa ta’ San Pawl. Ħa l-pussess fl-20 ta’ Ġunju 1916. Il-knisja kienet imżejna bħal fil-festi solenni. L-Isqof Caruana kien preżenti f ’forma privata. L-investitura saret millVigarju Ġenerali, Fra Angelo Portelli, Dumnikan. L-orkestra kienet immexxija mill-Mro. Antonio Nani. 15 Fl-1928 miet l-Arċipriet talKolleġġjata, il-Kanonku Paolo Agius. Għalhekk suċċessur tiegħu kien Mons. Salvatore dei Conti Manduca, diġà koadjutur. Ilpussess sar fil-25 ta’ Frar 1928. Meta, fuq sejħa ta’ Dr Filippo Sceberras, twaqqfet l-Assemblea Nazzjonali biex Malta tikseb mingħand il-Gvern Ingliż, gvern awtonomu u parlament, għallKapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt kien hemm f ’dik l-Assemblea, bħala rappreżentant tiegħu l-Arċipriet Manduca, flimkien mall-Kanonku Dekan Borg Olivier, u l-Kanonku Orazio Arpa tal-istess Kapitlu.

Kien att ta’ rikonoxximent u apprezzament min-naħa talAwtoritajiet Ekkleżjastiċi għallħidma tiegħu psatorali meta fi Frar 1929, il-Papa Piju XI (1929-38) ħatar il-Kanonku Salvatore dei Conti Manduca Prelat Domestiku talQdusija Tiegħu bit-titlu ta’ Monsinjur. Mons. Manduca għex dejjem filbelt Valletta. Iżda meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Kbira, kien mar joqgħod f ’Santa Venera, fejn miet fil-5 ta’ Marzu 1945 fl-età ta’ 74 sena. Miet fil-kariga ta’ Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl. L-għada l-kadavru nġieb privatament fil-knisja filjali ta’ Santu Rokku, minfejn imbagħad ġie trasportat proċessjonalment għall-Kolleġġjata. Ġie midfun fil-kannierja talknisja fejn hemm bosta prelati u kanonċi oħra midfunin. Mons. Arċipriet Salvatore dei Conti Manduca kien l-aħħar wieħed li ġie midfun fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt. Riferenzi:

1. Arkivju Parrokkjali San Pawl, Valletta Lib. Bapt. Vol. XXIII (1865-79),f.302. 2. Ex Alumni Societas Jesu – Melitenses et Gaudienses 1935,91. 3. L’Ordine – 16.5.1893. 4. Arkivju Kurja Arċiveskovili – Catalogus Ordinatorum Vol. 18891902; Calleja, J., Ordinazzjonijiet Saċerdotali 1800-2000, 36. 5. Malta – 27.12.1894. 6. Din l-opra pija ġiet imwaqqfa fl-1884 mill-Kan. Prof. Mons. Francesco Bonnici. 7. Guida di Malta 1929-30, 209. 8. Guida di Malta 1927, 215. 9. Guida di Malta 1908, 135. 10. Gauci, P., Il-Cungress Ewcaristicu ta’ Cartagni, 1930,11. 11. Elenco dei confratelli dell’Arciconfraternità del SS.mo Rosario ecc. 1939,47. 12. Guida di Malta 1931-32, 217. 13. Din is-Sodalità kienet aggregata mal-Pia Unione dei Sacerdoti ta’ Santa Maria ta’ Ruma taħt ilħarsien ta’ San Pawl Appostlu. 14. Serie dei Moderatori e Segretari della Venda Sodalità dei Malto Rev. Di Sacerdoti della Città Valletta ecc. 1926,6. 15. Malta Herald – 16.6.1916.

51


Festa Beltija – Festa Nazzjonali Mario Cassar

Viċi President, Għaqda tal-Pawlini

Din is-sena hija s-sena ddedikata lill-Fidi mill-Papa Benedettu XVI għall-Knisja Universali u bla dubju ta’ xejn, meta tissemma’ l-kelma ‘Fidi’, bilfors li aħna l-Maltin niftakru f’Missierna San Pawl. Dan għaliex kellu jkun hu permezz tan-Nawfraġju Providenzjali tiegħu fis-sena 60 W.K. li xerred il-fidi Nisranija f’dawn il-gżejjer tagħna. Sena, li bħas-Sena Pawlina tkompli tħeġġeġ aktar il-qalb tagħna għat-tagħlim li ġabilna l-Appostlu tal-Ġnus. Din is-sena li qegħdin fiha preżentament tista’ tgħid li għaddiet bħal leħħa ta’ berqa u dan għaliex il-festa tant għażiża għalina qiegħda tiġi ċċelebrata aktar kmieni mis-soltu, eżattament fis-27 ta’ Jannar. Dan jiġri bejn wieħed u ieħor darba kull

52

erba’ snin minħabba ċ-ċaqliq filKalendarju Liturġiku. Dan in-nuqqas ta’ żmien wassal għal sena aktar impenjattiva għall-Kumitat Ċentrali, il-Fergħat u l-Kummissjonijiet fi ħdan l-Għaqda tagħna.

Il-Kummissjoni Armar ma kinitx eċċezzjoni. Bħas-soltu ħasbet biex tara li kollox imur sew għall-ġranet sbieħ tal-festa tagħna fejn jidħol iddekorazzjonijiet tat-toroq prinċipali u sekondarji tal-parroċċa tagħna. Din is-sena ġie deċiż li jsir restawr fuq l-armar eżistenti u li jiġu kompluti l-proġetti mibdija s-sena li għaddiet u kif fil-fatt sar. Tkompliet l-iskultura tal-pedestall tal-Papa Ljun XIII ta’ Pjazza San Ġwann minn Eddie Hili, l-isfumar tal-pavaljuni l-ġodda ta’ Triq ir-Repubblika minn Antoine Farrugia, l-induratura tas-sopraporta l-kbira tal-pavaljun tal-pittura ta’ Triq Santa Luċija minn Simon Farrugia u

t-tkomplija tal-ħjata u l-isfumar talpavaljuni ta’ Triq San Duminku minn Mario Cassar, Stephen Baldachino, Christopher Vassallo u Alan Xerri rispettivament, li s-sena li għaddiet kellna l-ewwel sitta lesti mill-ħjata u din is-sena ser naraw is-sett kollu armat – minn Triq il-Merkanti sa Triq il-Mediterran. B’kollox 13-il pavaljun. B’dan ix-xogħol kollu għaddej, erġajna wrejna kemm il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, għadha festa mimlija b’dak kollu li jagħti identità unika lill-festa Maltija. Minn qalbi nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li bl-iċken mod jagħtu l-kontribut siewi tagħhom biex il-festa tant għażiża tagħna tkompli tibqa’ tiġi ċċelebrata fil-livell għoli tagħha. VIVA SAN PAWL PATRUN TA’ MALTA


Antifonarju qadim bil-quddiesa tal-festa, miktub u mpitter bl-idejn hekk kif kien ikun użat fil-kor għall-festa tan-Nawfraġju.

Il-Mużika Liturġika fil-Festa minn Joseph Huber

tiegħu. Jekk nibdew mit-tridwu, nafu li mill-Konċilju Vatikan II ’l hawn daħlet iċ-ċelebrazzjoni talquddiesa li fiha, fil-ħin tal-omelija, jew fi tmiemha, bħalma jiġri fil-festa li tiġi ċċelebrata fil-knisja tal-Belt Valletta, issir priedka, tingħad il-kurunella u l-funzjoni tintemm bid-daqq tal-Innu tal-Istrofi, l-Antifona, u l-Barka Sagramentali.

LRSM., Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

Fid-dinja tal-media, kemm jekk radju jew televiżjoni, kull programm nagħrfuh mill-mużika li tindaqq qabel u fit-tmiem. Bla ma nkun irriverenti ngħid li l-istess prinċipju japplika wkoll b’rabta mal-festa patrunali li niċċelebraw fil-gżejjer tagħna. Is‘signature tune’ li tiddistingwi l-festa hi l-kompożizzjoni fuq il-kliem tal-antifona tal-qaddis jew qaddisa. Imma rridu niftakru li l-antifona hija biss parti ċkejkna milliturġija li fil-festa tieħu bixra aktar solenni permezz ta’ mużika elaborata miktuba apposta. Fittradizzjoni tagħna dil-mużika hija esegwita minn orkestra u kor li, għalkemm mhux dejjem ikun magħmul minn irġiel li jkunu maqtugħin għal dan ix-xogħol.

L-Innu tat-Tridwu li jindaqq fil-festa tan-Nawfraġju hu pjuttost twil għax magħmul minn disa’ strofi u l-Glorja, li bejniet kull waħda minnhom jitkanta r-ritornell li ħafna fil-knisja u fil-kor wara l-altar jirrepetu bla ma jqisu t-tifsira invokattiva tiegħu: Mro. Paolo Nani

Kull festa prinċipali għandha l-mumenti tagħha ta’ tħejjija u tibda bit-tridwu, segwit mill-vġili solenni ta’ lejliet u l-jum tal-festa nnifsu. Kull wieħed minn dawn il-mumenti għandu l-liturġija

O Electionis inclytum – Għodda maħtura, Vas alme Doctor Gentium – Mgħallem qaddis tal-Ġnus Audi Beningnus supplices – Inti twajjeb isma’ talbna

53


Opemque egenis impetra – U aqlalna dak li nitolbuk. L-arkitettura tal-innu tat-tridwu hija: Kor, Ritornell, Tenur solo, Ritornell, Kor, Ritornell, Baxx solo, Ritornell, ripetizzjoni talistess skema u l-Glorja li tibda bi dwett bejn it-tenur u l-baxx fuq il-kliem ‘Gloria Patri et Filio’ (Glorja lill-Missier u lill-Iben) filwaqt li l-kor jingħaqad magħhom biex titkanta l-frażi ‘Et Spiritui Sancto’ (U lill-Ispirtu s-Santu). Mużikalment insibu li hemm erba’ strofi bl-orkestra: dik korali, u s-solo tat-tenur u tal-baxx, li jirrepetu ruħhom bi kliem differenti, il-Gloria u ma’ dawn, ir-ritornell imsemmi aktar ‘il fuq li jitkanta mill-kongregazzjoni bl-akkumpanjament tal-orgni. Fi tmiem l-innu tal-istrofi tindaqq l-antifona ċelebri ‘Sancte Paole Apostole’, miktuba mis-surmast Dr. Paolo Nani fl-1840, l-ewwel darba li kien idderieġa l-mużika tal-festa tan-Nawfraġju. Fil-pubblikazzjoni PIN dwar l-istorja tal-mużika f ’Malta, l-mużikologu Joe Vella Bondin isostni li din kienet l-ewwel antifona li saret element importanti fil-mużika liturġika li tat l-individwalità jew, nistgħu ngħidu saret il-karatteristika mhux biss fil-festa tan-Nawfraġju imma wkoll fi kważi l-festi kollha tagħna. Oriġinarjament l-antifona ‘Sancte Paule’ kienet miktuba b’elaborazzjoni orkestrali u vokali akbar minn kif nisimgħuha llum, bi stil teatrali nfluwenzat mill-istudju li Nani kien għadu kif temm f ’Napli, fejn fost l-oħrajn kien studja mal-famuż kompożitur tal-opra Taljan Gaetano Donizetti. Infatti l-introduzzjoni, jew aħjar il-preludju, kien itwal u l-kor kien ikanta b’erba’ vuċijiet. Hawnhekk ta’ min jinnota li l-istil tal-kompożizzjonijiet talmużika tal-festi li niċċelebraw, speċjalment l-orkestrazzjoni, jixbah aktar lil dak tal-kompożitur Sqalli Vincenzo Bellini. Iżda wara li l-Papa Piju X ħareġ ilMotu Proprio ‘Tra Le sollecitudini’

54

fl-1903, bl-iskop li l-mużika liturġika tkun ta’ servizz għat-test u tqanqal id-devozzjoni tal-fidili, u wara li matul is-snin ta’ qabel kien diġà sar xi tibdil fiha, l-antifona tqassret speċjalment ilpreludju li jiddeskrivi mużikalment ittempesta providenzjali li waslet lill-Appostlu tal-Ġnus fuq xtutna. Żgur li, minkejja t-tibdil, l-antifona ‘Sancte Paule’ma tantx issegwi s-suġġeriment tal-Qaddis Papa!

Il-kliem ta' l-Antifona tal-festa u l-Oremus ta' qabel il-barka taħtha li tinsab imwaħħla fil-kor ta' wara l-artal maġġur.

Il-Pawlini u anke dawk li jħobbu l-festi, għandhom ċar f ’widnejhom l-eċċitament mużikali li jinbena bid-dħul tal-istrumenti tar-ram wara t-trill tal-vjolini li jibda l-kompożizzjoni. L-intensità tibqa’ tiżdied sakemm fuq nota trijonfalistika l-kor jinvoka lill-qaddis bi frażi: Sancte Paule Apostole praedicator veritatis et doctor gentium – San Pawl Appostlu, predikatur tal-verità u għalliem tal-ġnus. Ftit ftit il-mużika tikkalma billi l-protagonisti jsiru l-istrumenti l-aktar ħfief tal-orkestra, l-injam, sa mal-kor jasal għat-talba: ‘intercede pro nobis ad deum qui te elegit’ (idħol għalina quddiem Alla lilna li qed nitolbuk bil-ħerqa). Però din it-talba nerġgħu nisimgħuha fi tmiem il-kompożizzjoni b’mod differenti għal kollox. L-antifona għandha żewġ taqsimiet bit-tieni waħda tibda mill-ġdid blinvokazzjoni ‘Sancte Paule Apostole praedicator veritatis’ bi trijonfaliżmu espressiv aktar sfieq fejn mnflok flimkien, il-baxxi u t-tenuri jwieġbu lil xulxin akkumpanjati min-noti tal-fanfarra tat-tromba li ddoqq għal aktar minn darba l-istess nota għal tliet darbiet. Wara l-frażi: Intercede pro nobis ad Deum qui te elegit tibda b’iktar kalma kemm ritmikament kif ukoll bħala

espressjoni ta’ intensità ta’ ħoss. Din tiġi mtennija tliet darbiet oħra u ma’ kull ripetizzjoni l-intensità ta’ ħoss. Din tiġi mtennija tliet darbiet oħra u ma’ kull ripetizzjoni l-intensità u l-volum jikbru kull darba b’mod li permezz tiegħu l-kompożitur donnu jrid iħalli nota dejjiema f ’moħħ l-Appostlu biex l-interċessjoni tiegħu għalina ma tnin qatt. L-aktar żewġ mumenti liturġiċi importanti fil-ħajja tal-Knisja huma l-liturġja tas-sigħat li minnu hu meħud l-ewwel għasar solenni ta’ lejliet il-festa u l-quddiesa. Filfesta tan-Nawfraġju dawn jissejħu wkoll pontifikali għax ikunu presjeduti mill-Arċisqof ta’ Malta. L-għasar huwa talba twila b’ħafna taqsimiet li l-Kapitlu tal-Kolleġġjata jgħid flimkien regolarment. Iżda minħabba s-solennità tal-festa waqt l-ewwel għasar l-invokazzjoni tal-bidu, l-innu u s-salmodija jitkantaw fuq melodiji komposti missurmastrijiet tal-kappella mużikali. Ċerti salmi, bħalma hu magħruf ‘Laudate Pueri’ tas-Surmast Paolo Nani teknikament insejħulu ‘kantata’.. Meta kienu jkunu jridu jelaboraw sewwa l-kompożiżżjonijiet tagħhom, is-surmastrijiet tal-kappelli kienu jinkludu wkoll vuċijiet oħra minbarra dawk liriċi maskili. X’aktarx, bħal fil-każ tal-‘Laudate Pueri’, kienu jinkludu kor ta’ ‘voci bianche’ jiġifieri ilħna tat-tfal. Dan hu biss eżempju għax il-lista tal-kompożizzjonijiet tas-salmodija hija twila.


27 ta' Jannar 2013

Qabel ma’ jibda l-għasar ta’ lejliet il-festa jkun hemm it-translazzjoni, jiġifieri proċessjoni solenni li twassal ir-relikwija tal-qaddis/a minn fejn tkun espost matul issena, għal fuq l-altar maġġur biex titqiegħed għall-qima tal-fidili. Matul din il-proċessjoni jitkanta innu li fil-festa tan-Nawfraġju huwa: Egregie Doctor Paule – O Kbir Duttur Pawlu eċċ. Jekk wieħed jagħti każ sewwa tal-linja melodika malajr jinduna li l-kompożitur ta’ din il-biċċa hu l-istess wieħed tal-antifona minħabba l-elementi mużikali komuni bejn iż-żewġ kompożizzjonijiet. Minn xi snin ’l hawn, l-għasar pontifikali ta’ lejliet il-festa m’għadux jitkanta kollu mill-gallerija tal-orgni iżda, minkejja li xorta baqa’ bilLatin, qed isir fil-forma ‘alternata’ li tfisser li wara li l-kantanti talkappella jkunu kantaw l-invokazzjoni tal-bidu tal-għasar u l-verżjoni mużikali l-oħra tal-Innu Egregie Doctor Paule, is-salmi jitkantaw vers mill-vuċijiet tal-kappella u vers minn grupp organizzat fil-kor wara l-altar maġġur biex b’hekk l-għasar jieħu bixra aktar parteċipattiva. Nhar il-festa filgħodu l-quddiesa talpaniġierku hija l-qofol tal-liturġija. Din tissejjaħ ‘quddiesa kantata’ għax il-liturġija tagħna hija differenti minn dik Ortodossa fejn il-kant baqa’ dejjem parti ntegrali mill-liturġija, u ssir distinzjoni bejn il-quddiesa letta (jiġifieri moqrija) u l-quddiesa li aktar ma’ tkun solenni aktar il-mużika li takkumpanjaha tkun elaborata. Il-kappella Nani hija għanja b’diversi kompożizzjonijiet tal-partijiet fissi tal-quddiesa: il-‘Kyrie Eleison’, il-‘Gloria’, (l-aktar silta li tingħata importanza mill-kompożituri), il-‘Credo’ (li mir-riforma konċiljari ’l hawn ma jistax isir mingħajr ilparteċipazzjoni tal-kongregazzjoni miġbura fil-knisja) is-‘Sanctus’, u l-‘Benedictus’, u l-‘Agnus Dei’. Flimkien ma’ dawn hemm ilpartijiet li jinbidlu minn quddiesa għal oħra, għalkemm, naturalment, fil-każ ta’ festa t-testi jibqgħu

Ir-ritornell li jitkanta bejn l-istrofi tat-tridwu.

dawk proprji skont il-qaddis/a li jkunu qed jiġu ċċelebrati. Dawn il-partijiet li jinbidlu huma t-talba tal-introjtu, tal-gradwal, taloffertorju, l-innu ta’ waqt it-tqarbin u mir-riforma tal-Konċilju s-salm responsorjali, u l-invokazzjoni ta’ wara l-konsagrazzjoni. L-introjtu tal-festa tan-Nawfraġju jibda bil-vers 1 mid-disa’ kapitlu tal-profeta Iżaija: Populus qui ambulabat in tenebris vidit lucem magnam – Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir, Vers li hu l-qofol tal-liturġija tallejl tal-Milied iżda hu adattat ferm għall-okkażjoni tal-festa tanNawfraġju għax bis-saħħa tal-miġja ta’ San Pawl, fuq missirijietna idda d-dawl ġdid ta’ Kristu wara d-dlam tal-qima lejn l-idoli. Nani jintroduċi l-kliem b’melodija fuq il-vuċijiet baxxi li bit-timbru skur tagħhom jannunzjaw ilvers u drammatikament il-kelma ‘tenebris’ (dlam) fiha żewġ noti b’qabża ta’ ottava minn fuq għal isfel b’risposta mmedjata mit-tenuri li bit-timbru aktar ċar tagħhom jannunzjaw li deher dawl kbir. Forsi din id-deskrizzjoni tista tidher xi ftit teknika żżejjed iżda l-liturġija hija magħmula mit-talb bil-ħsieb li jerfa’ ’l fuq l-ispirtu ta’ min ikun

qed jgħidu jew jisimgħu. Il-Papa Benedittu XVI, espert kbir talmużika u pjanist ta’ kwalità għolja, dejjem jisħaq fuq dan il-punt kull meta jkun qed jirringrazzja fi tmiem il-kunċerti li jsiru ad unur tiegħu. Għal din ir-raġuni, t-tifsir tekniku jista’ jgħin lil min ikun attent għal dak li jkun qed jitkanta biex jifhem aħjar l-ispirtu tat-test liturġiku. Qlubna jimtlew bil-ferħ u t-taħbita ta’ qalb il-Pawlini żżid ir-ritmu x’ħin nisimgħu lill-kantanti u l-orkestra jintonaw l-antifona Sancte Paule. Iżda importanti ħafna nifhmu li dan l-entużjażmu għandu jnissel fina messaġġ għal ħajjitna. L-emottività waħedha mhix biżżejjed biex niċċelebraw kif jixraq festa Nisranija. Is-solennità taċ-ċelebrazzjoni m’għandhiex ittellef il-frott spiritwali li nistgħu nieħdu mill-festi tagħna tant li jekk wara li tkun għaddiet sena, l-attenzjoni u l-entużjażmu tagħna jibqa’ biss fil-qoxra talestetika mingħajr ma’ nkunu għamilna mqarr pass ’il quddiem fil-ħajja spiritwali tagħna, il-festa Nisranija tista’ ma terġa’ tiġi xejn. Fl-għamla sempliċi jew imlibbsa bis-solennità, l-liturġija tibqa’ dejjem talb li l-għan waħdieni tiegħu hu li jsaħħaħ fina l-intimità tagħna ma’ Alla permezz tal-qaddisin li niċċelebraw bħala eżempji ta’ kif nies bħalna għamlu minn kollox matul ħajjithom biex jimitaw lil Kristu.

55


KEEPING THE WORLD’S COOLEST PLACES AS COOL AS THEY CAN POSSIBLY BE.


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

It-Tubru fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu

Robert Cassar

M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)

It-Tubru jew aħjar il-Camera Ardente kienet speċi ta’ palk li kien jintrama f’nofs il-korsija kważi taħt il-presbiterju tal-altar maġġur. Dan jintrama forma ta’ monument magħmul b’materjali u oġġetti li jistgħu jintramaw fi żmien qasir bħal drapp, injam u kartun. Dan kien jintrama l-aktar fiċ-ċelebrazzjonijiet li jikkommemoraw lil xi persuna li tkun mietet u li normalment il-fdal tagħha ma jkunx preżenti. Hawnhekk, katafalk li jintrama f’nofs it-tubru, jieħu l-post tat-tebut f’każ ta’ funeral. Normalment it-tubru kien jintrama għal ftit jiem fl-okkażjoni talmewt tal-Papa, l-Isqof, jew xi prelat ekkleżjastiku ieħor. Kien jintrama wkoll fil-kommemorazzjonijiet ta’ persuni kattoliċi lajċi importanti bħal sovrani, prinċpijiet, gvernaturi u benefatturi importanti talknisja. Għalkemm il-funeral ta’ persuna partikolari kien isir f’xi knisja oħra barra minn Malta, kull knisja lokali kienet tikkommemora lil dawn il-persuni b’dan il-mod anke fl-anniversarji mill-mewt tagħhom. Kienet użanza wkoll li xhar wara l-mewt ta’ persuni importanti bħal

It-tubru armat fil-funeral tal-Papa Piu XI fi Frar, 1939.

58

Papa, kienu jsiru tifkiriet funebri fejn iċ-ċentru ta’ dan kien jerġa’ jkun it-tubru. Dan kien jintrama wkoll f’forma ridotta tul ix-xahar ta’ Novembru biex ifakkar il-mejtin kollha fosthom dawk minn diversi għaqdiet, xirkiet, u konfraternitajiet imwaqqfa fi knisja partikolari. It-tubru li kien ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni taċċerimonja li semmejna, kien jieħu l-importanza tiegħu fil-parti msejħa tal-assoluzzjoni fejn il-monument tan-nofs li kien ikun mgħotti bi drapp iswed u b’ras ta’ mewt fuqu, kien jitbierek u jiġi nċensat daqs li kieku jkun hemm il-ġisem mejjet. Dan kien ikun magħmul minn qafas tal-injam li kien ikun mgħotti b’dik li ngħidulha faldrappa sewda ta’ drapp fin, ħafna drabi b’xi rakkmu tal-ħajt tad-deheb jew tal-fidda mal-borduri tagħha. Waqt l-assoluzzjoni, il-kruċifru kien irid joqgħod innaħa tal-artal maġġur. Fejn f ’ċerta knejjes, it-tubru ma kienx seta’ jsir, kien biżżejjed li din iċ-ċerimonja ssir madwar biċċa drapp sewda ta’ forma kwadra (pannus niger). Ma kenux permessi li jintramaw fjuri friski mattubru għalkemm l-użu tal-weraq tar-rand u ċipress kien komuni ħafna. 1 It-tubru kien ikun imdawwar minn ħafna xema’ ta’ lewn safrani skur li kienu jkunu magħmula millgħasel tan-naħal pur li jinxtegħlu u jkunu mdaħħla ġo bankijiet miżbugħa suwed, ħafna drabi b’simboli tal-mewt impittra jew skolpiti fihom. Erba’ minn dawn ix-xemgħat kienu jitqiegħdu waħda f ’kull kantuniera ġo gandlieri normalment tal-ħadid ferrobattuto miżbugħin suwed. Ma’ kull waħda minn dawn ix-xemgħat kienet tiddendel kartella bi tpinġija tal-arma araldika ta’ dik il-persuna jew konfraternità li kienet qed tkun kommemorata filwaqt li fuq tat-truf li jkunu fil-bankijiet jiddendlu kartelli mpinġija b’xi ras ta’ mewt fuqhom. L-użu tattubru fil-knejjes Kattoliċi spiċċa meta daħlu fis-seħħ ir-riformi fil-liturġija tal-Konċilju Vatikan II nhar l-1 ta’ Ottubru 1975 bil-Kostituzzjoni tar-Romano Pontefici Eligendo 2. L-aħħar darba li ntrama t-tubru papali kien għall-mewt tal-Papa Ġwanni XXIII f ’Ġunju 1963. F’Malta u Għawdex Tista’ tgħid li fil-knejjes parrokkjali ta’ Malta u Għawdex kif ukoll dawk il-knejjes importanti l-oħra, kien jintrama t-tubru b’xi tip ta’ armar jew ieħor. Ħafna drabi, dan ma kienx ikun xi armar speċifiku, imma kienu jagħmlu użu minn tiżjin ieħor bħal xi armar ta’ ġewwa tal-festa bħal tużell jew ngħidu aħna xi armar ieħor tal-festa ta’ barra. Il-knisja kienet ukoll tieħu xejra oħra, fejn flok iddamask aħmar li soltu naraw fil-festi, kien jintrama dak iswed komplut bil-pavaljuni ta’ taħt l-arkati. F’każi kienu jintramaw ukoll xi kartelluni b’iskrizzjonijiet miktuba


fuqhom, ħafna drabi b’eloġji fuq il-persuna kommemorata jew anke xi ħsibijiet fuq il-mewt 3. L-artal maġġur ukoll kien jieħu dehra oħra minn tas-soltu, u flok ix-xema’ l-bajda fil-gandlieri mbagħad minflok, isiru xi vażetti bil-fjuri jew il-fjuretti tal-ganutell, kienu jintramaw speċi ta’ erba’ piramidi f ’forma ta’ fjurett maħduma mill-friegħi taċ-ċipress u mżejna bl-istess boċċi taċ-ċipress. Din id-dehra, tista’ tgħid li ddaħħal lil kulħadd f ’qoxortu. Wieħed ma jridx jinsa l-irwejjaħ li kienu jakkumpanjaw din ix-xena kollha, bir-riħa ta’ kwantità ta’ xema’ tannaħal tinħaraq li ħafna drabi kien ikun l-uniku sors ta’ dawl fil-knisja, ir-riħa tar-rand u taċ-ċipress, ittnejn għandhom irwejjaħ partikolari fuq il-morr. Waqt iċ-ċerimonja mbagħad kienu jinxtegħlu żewġ ċnieser li kienu jitpoġġew quddiem it-tubru li kienu jieħdu ħsiebhom żewġ abbatini li kienu jibqgħu għassa magħhom waqt li jkunu jfewħu l-knisja. Dik il-kwantità ta’ xema’ kien ikun hemm għassa magħha persuna peress li setgħet kienet tkun kaġun ta’ ħruq jekk ma tintefiex. Fost l-aktar tubri importanti li konna nsibu fil-gżejjer Maltin, kienu dawk li jintramaw fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u dak tal-Katidral tal-Imdina. Dan talKon-Katidral, magħruf aħjar bħala l-‘Cappella Ardente’ 4 kien sar fl-1726 minn Mikiel Camilleri fuq disinn tal-Perit Romano Carapecchia. Din l-istruttura tant grandjuża u sabiħa tħallset mill-Comm. Giuseppe de Robins Barbante. Minħabba l-kobor tagħha u peress li kienet magħmula biex tintrama f ’nofs il-korsija talknisja għal ftit jiem biss, din sa ftit ilu kienet merfugħa fil-kripta magħrufa ta’ Bartlott 5. Proprju din is-sena għadu kemm tlesta r-restawr tagħha sabiex tibda tkun armata għal ċerti okkażjonijiet.

It-tubru armat fil-Kolleġġjata għal dawk li mietu fuq l-HMS Victoria fl-4 ta' Lulju, 1893.

It-tubru armat fil-mewt tal-Isqof Buhagiar.

It-tubru li kien jintrama filKatidral tal-Imdina huwa daqstant impressjonanti imma kemxejn differenti fl-għamla minn dak ta’ San Ġwann. Dak tal-ewwel huwa miżbugħ b’kuluri ċari minflok ilkulur skur tal-injam tat-tubru ta’ Tkompli f'paġna 62 »

It-tubru tal-Papa Piu XII armat f'San Pietru f'Ruma.

59


NATIONAL ROAD , BLATA L-BAJDA Tel: 21241307/21220644 E-mail : itcshowroom@onvol.net

30% Discount on presentation of this advert


PAVLVS

THE SHIPWRECK 60 A.D. NARRATING THE DISCOVERY OF AN ANCIENT LEAD ANCHOR, EMBOSSED WITH THE NAMES OF THE EGYPTIAN GODS ISIS AND SARAPI(S) ON THE SEABED OFF SALINA BAY ON A SUNDAY MORNING IN APRIL 2005, THIS BOOK ALSO TELLS THE STORY OF THE SEARCH FOR THE REAL SITE OF ST PAUL’S SHIPWRECK IN MALTA. IN THE PROCESS, THE AUTHOR MARK GATT SURPRISES US WITH A NOVELISTIC BUT ACCURATE ACCOUNT OF THE STORM, SHIPWRECK AND LANDING OF ST PAUL IN MALTA. HIS OWN INVESTIGATIONS ON THE SITE OF THE APOSTLE PAUL’S SHIPWRECK IS ALSO HIS OWN QUEST FOR THE SPIRITUAL MESSAGE OF SALVATION IN ST PAUL’S LIFE AND TEACHING EMBODIED IN THE REAL ‘ANCHOR’ OF CHRIST JESUS. AVAILABLE FROM LEADING STATIONERS, BOOKSELLERS AND FROM:

4, CASTILLE PLACE, VALLETTA Trade enquiries: Allied Newspapers Limited – Books Retail/Wholesale Division, ‘Strickland House’, 341, St Paul Street, Valletta. Tel: 2559 4165 Email: pgrech@timesofmalta.com


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2013

» Tkompli minn paġna 59 San Ġwann. Dan tal-Imdina mbagħad huwa magħmul f ’forma ta’ sarkofagu monumentali filwaqt li dak talBelt huwa maħdum f’forma ta’ baldakkin trijonfali fejn taħtu titpoġġa d-drapp sewda fuq qafas tal-injam. It-tubru tal-Imdina sfortunatament jinsab maħżun filknisja ta’ San Nikola fl-istess belt minħabba n-nuqqas ta’ spazju li trid għalih sabiex jintrama u jitgawda. Barra minn Malta Għalkemm l-użanza tat-tubru kont issibha fil-knejjes kattoliċi kollha, wieħed kien isib l-ispirazzjoni tiegħu sabiex jarma t-tubru minn dawk li kienu jintramaw ġewwa l-knejjes prominenti tal-belt ta’ Ruma. Fost l-aktar importanti u imponenti kien it-tubru li kien jintrama fil-Bażilika ta’ San Pietru fl-okkażjoni tal-mewt tal-Papa fil-jiem ta’ wara l-funeral. Qabel ma kien jibda l-konklavi għall-elezzjoni tal-Papa ġdid, kienu jsiru disa’ quddisiet għal ruħu madwar dan il-katafalk funebri. Fl-antik, it-tubru papali kien jintrama fil-Kappella Sistina imma mill-mewt tal-Papa Piju XI, dan beda jsir fil-korsija prinċipali tal-Bażilika ta’ San Pietru. Dan kien jikkonsisti fi tliet livelli mgħottija bil-bellus iswed. Fuq nett, jiddomina t-trirenju, simboli tal-Papa fuq din l-art. Mad-dawra ta’ dan il-katafalk u fuq kull livell kont issib kwantità kbira ta’ xema’ li kienet tinxtegħel tul il-funzjonijiet ‘De Requiem’.6 Fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Fost l-akbar tubri importanti li kienu jintramaw filKolleġġjata ta’ San Pawl, kienu dawk armati fl-okkażjoni tal-mewt tal-Papa. Però bla dubju ta’ xejn ma jistax jonqos li min jaf kemm-il darba ntrama t-tubru f’xi forma jew oħra jew biex ifakkar il-mewt ta’ xi Isqof, jew ta’ xi Kanonku jew qassis ieħor tal-Kolleġġjata tagħna, benefattur jew xi membru mill-ħafna fratellanzi li nsibu, u ħafna ħafna oħrajn li ħallew din id-dinja.

Funeral tal-Granmastru de Rohan Mal-mewt ta’ benefattur ieħor tal-Kolleġġjata, ilGranmastru Emanuel de Rohan, li seħħet nhar it-13 ta’ Lulju 1797, il-Kapitlu talab immedjatament lill-Ordni ta’ San Ġwann sabiex tittieħed u tindifen il-qalb talGranmastru fl-istess Kolleġġjata skont l-istess xewqa ta’ de Rohan. Jumejn wara, il-qalb tal-Granmastru magħluqa ġo kaxxa tal-pannu iswed, inġiebet fil-Kolleġġjata. Hemmhekk tqiegħdet fuq il-katafalk jew it-tubru armat f’nofs il-korsija u madwarha sar il-funeral solenni talGranmastru minbarra ieħor li sar fil-Knisja Konventwali.8 Il-funeral tal-Gvernatur More O’Ferral Benefattur ieħor tal-Kolleġġjata, kien il-Gvernatur Kattoliku Ingliż, Sir Richard More O’Ferral. B’suffraġju għal ruħu, sar pontifikal solenni nhar l-14 ta’ Diċembru 1880. Il-knisja ntramat bid-damask iswed u f’nofs il-korsija ntrama t-tubru mdawwar b’ħafna xema’ b’armi tal-familja O’Ferral. Maġenbu ntrama wkoll il-kwadru ritratt talGvernatur li għadu mdendel fis-sagristija tal-Kolleġġjata.9 Il-funeral tal-Isqof Antonio Buhagiar OFM Cap. Funeral solenni ieħor kien dak tal-maħbub tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, l-Isqof Kapuċċin, Antonio M. Buhagiar. Patri Anton Buhagiar kien l-ewwel Kapuċċin talprovinċja Maltija li ġie magħżul bħala Isqof. Kien Isqof titulari ta’ Ruspe. Buhagiar twieled f’Cefalonja, gżira tal-Greċja, minn ġenituri Maltin. Għal erba’ snin (1885-1888), l-Isqof Buhagiar kien amministratur appostoliku tad-djoċesi ta’ Malta. Imbagħad, hu ntbagħat bħala delegat appostoliku f’San Domingo, l-Haiti, u fil-Venezuela. Hu miet ta’ 44 sena, fl-1891.10

Sfortunatament, dawn l-okkażjonijiet kienu rarament dokumentati u l-mod ta’ kif jintrama t-tubru kien probabilment jiddependi ħafna mis-sagristana tal-Kolleġġjata li kienu bil-kreattività tagħhom jgħaqqdu ħafna armar differenti aktarx użat filfesti. Għalhekk peress li dan it-tip ta’ armar kien ivarja, it-tubru qatt ma kien ikun eżatt l-istess. Funeral tal-Granmastru Vilhena Meta miet il-Granmastru Fra Antonio Manoel de Vilhena, fit-12 ta’ Diċembru 1736, il-Kapitlu ried juri l-gratitudni tiegħu lejh peress li kien benefattur kbir lejn il-Kolleġġjata tul ħajtu. Minbarra l-funeral ‘presente catavere’ li sar fil-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann, saret funzjoni funebri b’suffraġju għal ruħ de Vilhena. Din saret it-Tnejn, 14 ta’ Jannar 1737 u għaliha l-knisja ta’ San Pawl intramat għal-luttu. Jingħad li jintramaw figuri simboliċi li jfakkru l-mewt. Fin-nofs tal-korsija twaqqaf it-tubru mdawwar b’għadd kbir ta’ xema’ mżejna bl-armi tal-familja de Vilhena. Minbarra d-damask iswed li kien iżejjen il-korsija, intramaw skrizzjonijiet bil-Latin b’eloġji jiddeskrivu l-ħajja tal-Granmastru. Mat-tliet bibien ewlenin tal-faċċata ntramaw ukoll tliet skrizzjonijiet oħra li kienu jkomplu ma’ dawk fuq ġewwa. 7

62

Il-funeral b'sufraġju ta' dawk li mietu fuq l-HMS Victoria fl-4 ta' Lulju, 1893


Għall-funeral tiegħu li sar fl-ewwel u t-tieni ta’ Diċembru 1891, il-Kolleġġjata ta’ San Pawl inksiet bid-damask iswed. Fuq l-artal maġġur intramaw ilgandlieri tal-fidda tal-festa u fihom tqiegħdet ix-xema’ safra. Saħansitra ntrama l-lampier il-kbir tal-festa. It-tubru, li flok l-iskanetru, ntramaw fuqu simboli episkopali fosthom il-mitra li kienet mgħottija b’tull iswed filwaqt li fuq quddiem il-katafalk, intramaw is-salib, il-baklu u f’nofshom il-kappell veskovili bil-ġmiemen. Max-xema’ ntramaw l-armi tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-armi tal-Isqof Buhagiar. Il-kwadru ritratt, xogħol Lazzaro Pisani li għadu espost fis-sagristija ntrama maġenb dan it-tubru. Fuq quddiem it-tubru kif ukoll mdendla ma’ kull kolonna tal-korsija, intramaw kuruni kbar tar-rand, uħud minnhom mogħnija bi skrizzjonijiet jew żigarelli skuri. Il-funeral għall-vittmi li għerqu fuq l-HMS Victoria Funeral tassew solenni u uniku fl-għamla tiegħu kien dak li sar b’suffraġju tal-baħrin li kienu mietu f ’inċident tal-baħar f ’ħabta bejn iż-żewġ vapuri talflotta Ngliża, l-HMS Camperdown u l-HMS Victoria ħdejn il-kosta ta’ Tripli tal-Libanu. Dan ġara fit-22 ta’ Ġunju 1893 waqt li kienu qed isiru xi manuvri ta’ prattika. Il-Victoria għerqet f ’temp ta’ kwarta wara l-kolliżjoni u magħha mietu mgħerrqa il-Kmandant tal-Flotta Ngliża fil-Mediterran, il-Viċi Ammiral, Sir George Tryon flimkien ma 358 baħri li kienu miegħu. Salvaw biss madwar 230 ruħ11. Minn dawk li mietu kien hemm mitt Malti12. Dan l-inċident tista’ tgħid banali u li seta’ kien evitat, kien kessaħ lil kulħadd u għalhekk mill-ewwel bdew isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex isir il-funeral solenni mill-Kapitlu ta’ San Pawl fil-Kolleġġjata għar-ruħ ta’ dawk li mietu.13. Il-gazzetta lokali, ‘il-Malta Tagħna’, irrakontat b’mod ċar dan il-funeral uniku li għalih attendew kemm Ingliżi Kattoliċi u Protestanti, li bkew u talbu flimkien nhar l-4 ta’ Lulju, 1893. Attendew ukoll l-Ammiral u l-Ġeneral tal-Flotta, fizzjali tal-baħar u tal-art, Kunsilliera tal-Gvern, u Kunsilliera talpoplu, Imħallfin, negozjanti, suldati u baħrin. Tista’ tgħid li l-Knisja Kolleġġjata kienet miżgħuda birrassa li kien hemm tant li ma setgħux jidħlu aktar nies fil-knisja. Wara l-funeral kienet saret kritika għaliex funeral bħal dan ma kienx sar ġo San Ġwann, però din kienet mill-bidu nett ir-rieda tal-Kapitlu.

It-tubru armat fil-mewt tal-Papa Piu XII fil-24 u 25 ta' Ottubru, 1958.

Fost l-organizzaturi, nsibu lill-Arċipriet u l-membri talKapitlu, b’mod speċjali l-Kanonku Dekan Borg Olivier u ħuh Dun Franġisk Borg Olivier. Il-mużika ta’ din il-funzjoni kienet immexxija mis-Surmast Nani. Jissemmew ukoll numru kbir ta’ kuruni tar-rand li tpoġġew quddiem it-tubru b’turija ta’ rispett14. Minbarra dawn il-kuruni, f ’ritratt antik ta’ dan it-tubru naraw, l-armi tal-Kapitlu flimkien ma’ dawk tal-flotta Ngliża15 li ddendlu max-xemgħat li kienu jdawwlu t-tubru. Dan l-avveniment kien anke rrapurtat filLondon Illustrated News permezz ta’ xena nterna tal-Knisja Kolleġġjata waqt iċ-ċerimonja funebri li kienet ippubblikata fuq l-ewwel paġna tal-gazzetta16. Kommemorazzjonijiet simili saru wkoll fil-Kolleġġjata

HMS Victoria fil-mument waqt li għerqet.

63


Waħda mill-armi li ntramaw mat-tubru tal-vittmi tal-Victoria (Domus Pauli).

Arma li kienet fl-aħħar tubru papali li qatt ntrama dak tal-mewt ta' Papa Ġwanni XXIII (Domus Pauli).

Waħda mill-armi li ntramat mat-tubru fil-mewt tal-Granmastru De Rohan (Domus Pauli).

ta’ Bormla, il-Birgu, u l-Isla. FilBażilika ta’ Santa Marija ta’ Porto Salvo, ta’ Santa Tereża f ’Bormla, u filknisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ17.

Mal-kartelluni bl-arma tal-Papa, intramat waħda kbira oħra bl-istess arma fuq it-tribuna flimkien ma’ erbgħa oħra bl-iskanetri. Differenza oħra kienet li ntuża l-anġlu li jġorr il-baċir tal-panini ta’ mal-istatwa tal-Madonna tal-Karità bħala gradenzina żgħira quddiem it-tubru biex jitpoġġew iċ-ċnieser li jfewħu t-tubru waqt il-funzjoni funebri.

Riferenzi:

It-tubru tal-funeral ta’ Papa Piju XI It-tubru ta’ Papa kien jirrikjedi li jintrama taħt tribuna. Il-Papa Piju XI miet proprju nhar l-10 ta’ Frar 1939. Iċ-ċerimonji funebri talKolleġġjata ta’ San Pawl għal ruħu saru lejn l-aħħar ta’ Frar. Għal dan it-tubru partikolari ntużaw it-taraġ u l-kolonni tat-tribuna tas-sepulkru. Tinkuruna din it-tribuna ntużat parti mil-loppa tat-tużell tal-festa tal-Madonna tal-Karità u d-dawra tal-gwarniċa żżejnet bil-‘friefet’ tattużell tal-festa ta’ San Pawl. It-tubru nnifsu kien magħmul minn katafalk mgħotti bi drapp bajdani (flok iswed) u fuqu partijiet tal-loppa tat-tużell (tal-Karità) bit-Trirenju (simbolu Papali) fuq l-imħadda. Quddiem tqiegħed salib bażilikari. L-armi talPapa tqiegħdu max-xema’ tal-erba’ gandlieri tat-truf u fuq quddiem tal-pedati tal-kolonni tat-tribuna. Fil-kantunieri tat-tribuna ntramaw erba’ gastri bil-prinjol ġo fihom. Tajjeb ninnutaw ukoll li l-pulptu tgħatta b’faldrappa sewda peress li serva għall-orazzjonijiet funebri. It-tubru tal-funeral tal-Papa Piju XII Il-Papa Piju XII ħalla din iddinja nhar id-9 ta’ Ottubru 1958. Iċ-ċelebrazzjonijiet funebri filKolleġġjata saru bejn l-24 u l-25 ta’ Ottubru 1958. It-tubru kien jixbah ħafna lil dak li ntrama fil-funeral ta’ Piju XI għalkemm b’xi differenzi. Il-katafalk din iddarba tgħatta bil-faldrappa sewda u t-Trirenju direttament fuqha.

64

Illum nistgħu ngħidu li l-armar tat-tubru u armar funebri ieħor li jfakkarna fil-mewt u ħajja oħra wara din, sar biss folklor tal-passat li jeħodna f ’epoka oħra tal-antenati tagħna. Dan l-armar baqa’ biss filmemorji ta’ dawk li jiftakruh meta kienu iżgħar, jew f ’xi armarju minsi ta’ xi knisja li għad fih xi affarijiet li kienu jintużaw f ’okkażjonijiet funebri bħalma semmejna. Fid-Domus Pauli nsibu diversi armi li kienu nżammu b’tifkira ta’ okkażjonijiet varji u li llum jinsabu mdendla mal-ħitan ta’ dan il-post. Insibu wkoll żewġ mudelli ta’ ras ta’ skeletru li kien jintrama fuq il-katafalk mgħotti bil-faldrappa tat-tubru, waħda tal-injam u oħra tal-irħam. Diversi gandlieri tal-‘ferrobattuto’ u bankijiet fejn kienet tintrama dik ixxema’ safra jinsabu għall-wiri, uħud minnhom armati b’xi kartelluni li jiddendlu max-xema’. Għadu jeżisti wkoll il-qafas li fuqu kienet tintrama l-faldrappa li kienet fil-kannierja u kważi spiċċat. Dawn kollha tifkiriet tal-passat li juruna kemm l-antenati tagħna kienu konċentrati mill-mewt u l-ħajja ta’ warajha li sfortunatament, il-ħajja mgħaġġla tal-lum lanqas tagħtik ċans taħseb ħlief f ’dak li qed tagħmel fl-immedjat u ftit tħalli lok sabiex naħsbu u nirriflettu fuq li ġej.

1. 2.

3.

4.

5.

6. 7. 8. 9.

www.newadvent.org/cathen/03427a. htm Bernard Berthod u Pierre Blanchard, Trèsors inconnus du Vatican Cèrèmonial et liturgie, Les Éditions de L’Amateur, Paris, 2001, p.126.

Xi ħaġa simili għal dan l-armar għadu jintrama għall-festi talĠimgħa l-Kbira fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar. Cappella Ardente tirriferi għall-fatt li meta tkun mixgħula kollha bixxemgħat waqt il-funzjoni, jew għallqima tal-poplu li jkun qed jagħti l-aħħar tislima lill-persuna li tkun mietet, it-tubru jkun qisu kappella taqbad. Mhux l-ewwel darba li kien hemm xi inċident simili, imma l-persuna nkarigata minnha tkun pronta li titfi n-nar fejn meħtieġ.

Lorenzo Zahra, ‘The Cappella Ardente at St. John’s’, in Treasures of Malta, Easter 1997, Vol. III No. 2, pp. 63-64.

Bernard Berthod u Pierre Blanchard, op cit., p. 126.

Michael Galea, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu Valletta, Malta 1974, pp. 70-71. Ibid., p.62. Ibid., p.67.

10. www.sanfranġisk.com/09Ordni/ of-06-OFMCap.htm

11. Malta Tagħna, 24 ta’ Ġunju, 1893, p.4. 12. Ibid., 1 ta’ Lulju, 1893.

13. La Gazzetta di Malta, 26 ta’ Ġunju, 1893, p.2.

14. Malta Tagħna, 15 ta’ Lulju, 1893, p.1.

15. Waħda minn dawn tinsab konservata fid-Domus Pauli.

16. London Illustrated News, 22 July, 1893, p.1. 17. La Gazzetta di Malta, 4 ta’ Lulju, 1893, p.3.


BOV Mobile fast, simple and secure

BOV 31800

Android is a registered trademark of Google Inc.

Now you can pay with BOV Mobile - a new service that allows you to pay anyone easily from your mobile phone, without having to ask for account numbers. All you need is the other person’s mobile number. It’s that simple and secure! You can also view your account balances, effect transactions and pay your bills, whenever and wherever you are. Your success is our goal.

BOV MOBILE BANKING 2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c. 58, Zachary Street Valletta VLT 1130 - Malta

Terms and conditions apply.



Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu – Valletta 2013