Pubblikazzjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, fil-Belt Valletta, 2017

Page 45

10 ta' Frar 2017

kien matematiku, astronomu, astrologu u kartografu, u kien kiteb trattat fuq il-ġeografija fejn iddeskriva l-għarfien kollu li kien jaf fuq id-dinja ta’ dak iż-żmien. Għalkemm qatt ma pinġa mapep, oħrajn warajh bdew jistampaw mapep ibbażati fuq dak li rrakonta Tolomew. Wieħed minn dawn in-nies kien Sebastian Münster. Il-professur Münster, li għamel din il-mappa, iddomina l-pubblikazzjoni kartografika matul nofs is-seklu sittax u hu ġeneralment meqjus bħala wieħed minn tlieta li fasslu l-aktar mapep importanti fisseklu sittax, flimkien ma’ Abraham Ortelius (15271598) u Gerald Mercator (1512-1594). Huwa kien lingwista u matematiku, li fil-bidu kien jgħallem l-Ebrajk f’Heidelberg. L-ewwel mappa tiegħu li ħareġ, kienet tal-Ġermanja fl-1529, wara li kien ħareġ sejħa għall-informazzjoni ġeografika dwar il-Ġermanja lil skulari madwar il-pajjiż. Ir-rispons kien aħjar milli kien mistenni u għalhekk bil-materjal ġdid, għalkemm mhux neċessarjament preċiż, ħareġ il-ktieb tiegħu talġeografija fl-1540, fejn insibu din il-mappa tant sabiħa. Il-mappa li hi stampata minn mamma mnaqqxa fl-injam u mhux minn inciżjoni fir-ram, jisimha APHRICAE TABULA II. Fir-rokna, fuq in-naħa tax-xellug, magħluqa ġo gwarniċ, insibu lista talismijiet tal-bliet kollha li nsibu fil-mappa, f’ordni alfabetiku. Il-mappa m’għandha ebda boxxla biex tagħti d-direzzjoni tagħha iżda qiegħda tipponta lejn it-tramuntana. Hija mdawra b’bordura gradata biex tkun tista’ ssib l-posizzjoni tal-bliet u postijiet oħra.

ta’ Malta (Melita) u fil-fatt San Pawl jidher jgħum fl-ilma. L-illustrazzjoni tal-għarqa hija reminixxenti ferm ta’ minjaturi medjevali u l-figuri b’idejhom flajru jidhru li qegħdin jinvokaw l-intervent Divin. San Pawl fil-pruwa tal-ġifen jidher li qiegħed iwassal il-messaġġ li m’għandhomx għalxiex jibżgħu għax kulħadd se jilħaq l-art. Il-ġifen, bil-qlugħ u l-arblu mkisser, huwa mpinġi proporzjonalment żgħir ħdejn il-figuri, u dan huwa simbolu li l-bniedem huwa iżjed importanti mill-ġid materjali li jista’ jkollu. Il-kult ta’ San Pawl kien sab appell wiesa’ fis-sentiment Kristjan fl-Ewropa, u l-kartografu Abraham Ortelius kien dejjem juri, mingħajr eċċezzjoni, n-nawfraġju ta’ San Pawl, fil-mapep li għamel ta’ Malta. d

Bibljografija

1. Scott, Valerie [ed.] (1999-2004). Tooley’s Dictionary of Mapmakers, 4 vol., verżjoni riveduta, Londra. 2. Vladimiro Valerio & Santo Spagnolo (2013), Sicilia 1477-1861: la collezione Spagnolo-Patermo in quattro secoli di cartografia, Sqallija, 119−121. 3. Ganado, Albert & Joseph Schirò (2016). The Pre-Siege Maps of Malta: second century AD – 1564, Malta. 4. Ganado, Albert (2002).‘Saint Paul’s Shipwreck in European cartography’, Melitensium Amor: Festschrift in honour of Dun Ġwann Azzopardi, Toni Cortis, Thomas Freller, Lino Bugeja [ed.], Malta, 359-376.

L-ewwel edizzjoni ta’ din il-mappa ġiet stampata f’Basilea, il-Ġermanja mill-pubblikatur u stampatur Henrich Petri fl-1540 u tinsab fil-ktieb li ismu sħiħ huwa GEOGRAPHIA VNIVERSALIS VETVS ET NOVA, COMPLECTENS CLAUDII PTOLEMAEI ALEXANDRINI E NARRATIONIS Libros VIII . Din l-edizzjoni ta’ Münster fiha 48 mappa li jinfetħu f’paġna doppja. Kull mappa għandha, fuq wara, deskrizzjoni qasira. In-nofs xellugi ta’ wara ta’ din il-mappa huwa vojt u fuq in-nofs tal-lemin hemm id-deskrizzjoni tal-orjentazzjoni u tal-pożizzjoni tal-postijiet varji, inkluż insula Melita (Malta). Din id-deskrizzjoni hija magħluqa ġewwa gwarniċi elaborati, li jingħad li saru mit-tifel tal-artist Hans Holbein (1498-1543). Din l-edizzjoni għandha l-paġni mingħajr numerazzjoni iżda hemm edizzjonijiet oħra li ġew stampati wara, bil-paġni 964/965 stampati fir-rokna ta’ fuq fix-xellug u fil-lemin rispettivament. Il-kitba fuq il-wara tal-mappa ta’ dawn l-edizzjonijiet li ġew wara, m’hix magħluqa fil-gwarniċi, bħal ma nsibu fl-ewwel edizzjoni.

In-nawfragju ta’ San Pawl

Din il-mappa hija ta’ interess partikolari għallMaltin minħabba x-xena tal-għarqa fil-parti tal-lvant tal-immaġini li hija kbira u dekorattiva ħafna. Ix-xena drammatika tiddeskrivi n-nawfraġju ta’ San Pawl Appostlu, il-qaddis patrun ta’ Malta, ħdejn il-kosta

Sebastian Münster. Ritratti b'ħajr lill-awtur.

43


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Pubblikazzjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, fil-Belt Valletta, 2017 by Pawlu Mizzi - Issuu