Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Uliedna speċjali Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista tpoġġi lit-tfal tagħna fiċ-ċentru tagħha biex ikollhom l-aqwa u l-aħjar kwalità f’kollox... fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fil-faċilitajiet ta’ divertiment u rikreazzjoni

L-investimenti li għamel ilGvern matul dawn il-ħames snin fl-iżvilupp ta’ spazji rikreattivi għat-tfal u l-familji, kienu jinkludu wkoll l-iżvilupp ta’ Water Park f’Buġibba bliskop li anki fix-xhur tas-sajf it-tfal u l-familji jkollhom postijiet siguri fejn jistgħu jmorru jistrieħu, jiddevertu u jirrilassaw. Il-Water Park f’Buġibba kien ħolqa oħra fis-sensiela ta’ proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji rikreattivi li kienu żviluppati matul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura, fosthom l-Adventure Park f’Ta’ Qali, il-Park tan-Natura fi Xrobb l-Għaġin f’Delimara, Ġnien

ii

George Bonello du Puis f’Tas-Sliema, Pjazza San Ġorġ fil-Belt, Ġnien Santa Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq, ir-rinnovament ta’ Villa Rundle fir-Rabat f’Għawdex u l-iżvilupp tal-ispazju rikreattiv f’Marsalforn f’Għawdex ukoll. Permezz ta’ proġetti ta’ dan it-tip, it-tfal qed ikollhom aktar spazji fejn joħorġu l-kreattività tagħhom filwaqt li qed igawdu minn livell ta’ għajxien aħjar. Grazzi għal dan il-Water Park it-tfal jistgħu jibdew igawdu u jiddevertu f’din l-avventura ġdida li qed toffri sbatax-il water feature differenti.

Fatti u Ċifri 5 skejjel ġodda kull sena u l-istess ritmu fis-snin li ġejjin

iii

Investiment ta’ €600,000 biex it-tfal ikollhom fejn jilagħbu u jikbru b’saħħithom Il-Water Park ta’ Buġibba li kien inawgurat fis-sajf li għadda sar b’investiment ta’ €600,000 bl-iskop li t-tfal ikollhom post ieħor fejn jilagħbu u jirrikreaw ruħhom. Dan il-Water Park sar fuq medda ta’ art ta’ 800m². Il-park jikkonsisti f’area kbira tal-logħob bl-ilma għattfal attrezzata b’funtani u logħob interattiv. Il-park hu maqsum f’partijiet ikkuluriti biex it-tfal ikunu jafu f’liema areas ikunu jistgħu jmorru skont it-tul tagħhom.

Il-Water Park hu maqsum f’numru ta’ zoni għal tfal ta’ etajiet varji. Tfal ta’ kull età jgawdu minn park li joffri varjetà ta’ logħob bħal water loops, water umbrellas, parasols, bucket tower, palm spring u żewġ kanuni tal-ilma. L-ilma kollu li jintuża fil-park huwa riċirkolat u jinżamm f’reservoir taħt l-istess park. Il-Water Park f’Buġibba kompla jsebbaħ din iz-zona turistika. Bil-proġetti tal-Gvern li

titkellem int Apprezzament għall-inizjattivi kulturali fil-bliet u fl-irħula tagħna

vi

qed iseħħu f’dawn l-inħawi li jinkludu l-Proġett tarRiabilitazzjoni tas-Salini u l-Akwarju u l-proġetti li twettqu fosthom Xatt ġdid f’San Pawl il-Baħar, it-tisbiħ f’Kennedy Grove u estenzjoni tal-park tas-Salini b’aktar spazju għall-afforestazzjoni, qed jiżdiedu l-postijiet għattfal u l-familji u qed jitjieb il-prodott turistiku tagħna liema investiment iwassal biex jiżdied il-kummerċ u jinħoloq aktar xogħol għallħaddiema.

muscat jagħżel ħażin Muscat għażel lil Zapatero ta’ Spanja falliment kbir - bħala mudell tiegħu


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.