Skema 1x5

Page 1

SKEMA

1X5 PARTIT NAZZJONALISTA


Bħala parteċipant tal-programm, int se tkun qed tikkommetti ruħek li tagħmel donazzjoni ta’ €1000 kull sena għal 5 snin u għalhekk se jkollok rwol kruċjali biex tgħin il-Partit jilħaq l-għanijiet tiegħu fis-snin li ġejjin. Int se tkun aġġornat mill-Partit bil-politika tal-partit kif ukoll b’affarijiet oħra, se tkun mistieden ukoll għall-attivitajiet tal-Partit u tgħin biex tikber il-kampanja biex flimkien nipromwovu politika li tista’ tafda. Mal-impenn tiegħek għall-programm 5x1, int se tkun qed tirċievi dan li ġej: 1. Tessera tal-Partit Nazzjonalista għall-ħames snin li ġejjin li fihom int se tkun qed tikkommetti lilek innifsek mal-programm; 2. Tirċievi b’mod regolari e-newsletter tal-Partit Nazzjonalista; 3. Tirċievi stediniet għall-avvenimenti ewlenin tal-Partit, fosthom il-Kunsill Ġenerali kif ukoll il-Konvenzjoni Ġenerali; 4. Tirċievi kopji (hard-copies) tad-dokumenti politiċi tal-Partit b’mod regolari.

SKEMA

1X5

As a participant of the Programme, through which you are committing to donate €1000 per annum for a five year period, you will be playing a key part in helping the Party achieve its goals for the coming years. You will receive updates from the Party in relation to Party policy and other matters, be invited to Party events and help build a larger campaign to promote politics that you can trust. Further to your commitment to the 5x1 Programme you will receive the following: 1. Nationalist Party Membership for the five years to which you commit to the Programme; 2. Receive a regular PN e-newsletter; 3. Receive invitations to major party events, such as the General Council and the General Convention; 4. Receive hard copies of the party policy documents delivered to you on a regular basis.


Nirnexxu lkoll flimkien Il-Partit Nazzjonalista għaddej minn żmien ta' riġenerazzjoni. It-tiġdid li sar fi ħdan il-Partit mill-2013 ‘l hawn qed iħalli l-frott. Kienu tliet snin ta’ ħidma kontinwa li saħħew l-istrutturi, il-media u l-politika tal-Partit. Anki l-finanzi tal-Partit issudajnihom u kellna suċċess kbir bl-iskema ta' self b'ċedoli. It-tibdil wassal ukoll għal ġenerazzjoni ġdida ta' uffiċjali, kandidati u attivisti tal-partit, speċjalment b'aktar nisa u aktar żgħażagħ.

“ Biddilna

l-partit f’partit tan-nies, viċin in-nies, li jisma’ lin-nies u li jistma lin-nies

Konna Oppożizzjoni b'saħħitha u effettiva li żammet lill-Gvern Laburista kontinwament taħt il-lenti u taħt pressjoni. Ftit kienu dawk li stennew li b'differenza ta' disa' siġġijiet fil-Parlament xorta konna se nkunu kapaċi nagħmlu dan kollu. Iżda qed nuru li aħna mhux Oppożizzjoni b'saħħitha u effettiva biss. Qed nuru li aħna kapaċi wkoll inkunu Gvern alternattiv. Ħriġna wkoll bosta proposti. Konna l-ewwel Oppożizzjoni li ħarġet proposti qabel il-baġit. Ħriġna dokument dettaljat dwar il-viżjoni ekonomika tagħna - ekonomija għan-nies, li minnha jirnexxi tassew kulħadd u mhux jiffangaw il-ftit. Fid-dawl tal-iskandli ta' korruzjoni ma jaqtgħu xejn, ħriġna dokument importanti bi proposti radikali dwar kif nistgħu nerġgħu nibnu fiduċja ġdida fil-politika. U quddiem il-falliment tal-Gvern Laburista jindirizza l-problema tat-traffiku, ħriġna dokument b'sett ta' proposti li jistgħu jiġu mwettqa f'qasir żmien biex intaffu din il-problema. Fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin se nkomplu noħorġu aktar u aktar proposti u se nkomplu nuru li ż-żmien tagħna fl-Oppożizzjoni ma ħlejniehx, iżda użajnih tajjeb biex nirriflettu, biex noħorġu b'ideat ġodda u biex nħejju ruħna mill-ġdid biex immexxu l-pajjiż. Fuq kollox biddilna l-partit f'partit tan-nies, viċin in-nies, li jisma’ lin-nies u li jistma lin-nies. Id-demokrazija f'pajjiżna jixirqilha oppożizzjoni b'saħħitha u l-Partit Nazzjonalista qed joffri din l-oppożizzjoni. Issa lest ukoll li joffri Gvern alternattiv. Iżda għandna bżonn is-sehem tiegħek. Kull għajnuna li tagħti int hija investiment mhux biss fil-Partit Nazzjonalista, iżda fid-demokrazija u fl-aħħar mill-aħħar fil-pajjiż. Kull għajnuna li tagħti int tgħin biex tassew nirnexxu lkoll flimkien.

Simon Busuttil Kap tal-Partit Nazzjonalista


Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil: ALEX PERICI CALASCIONE Teżorier, Partit Nazzjonalista alex.pericicalascione@pn.org.mt jew ANN FENECH President, Kumitat Eżekuttiv Partit Nazzjonalista ann.fenech@pn.org.mt