www.mychoice.pn
Is-Sibt, 2 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Investiment f’aktar faċilitajiet sportivi tal-ogħla kwalità Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ripetutament enfasizza l-politika tiegħu favur it-tkattir ta’ kultura sportiva u favur li l-poplu Malti jkollu aktar faċilitajiet fejn jagħmel xi tip ta’ eżerċizzju jew attività fiżika Il-politika tal-Gvern matul din il-leġiżlatura kienet iffukata wkoll biex titwessa’ l-parteċipazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi f’xi tip ta’ sport u attività fiżika u għalhekk kienu żviluppati għadd ta’ faċilitajiet sportivi filwaqt li oħrajn diġà eżistenti, sar investiment fihom biex tjiebu l-faċilitajiet li joffru. Dan ukoll kien mezz importanti kif ikun hemm titjib fil-kwalità tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin. Wieħed mill-investimenti kbar li saru f’dan ir-rigward kien l-investiment filKumpless Sportiv f’Ħal Kirkop. Dan il-proġett tlesta fl-2011 u l-investiment
ii
li għamel il-Gvern kien jammonta għal €3.5 miljun. Illum il-ġurata dan ilKumpless Sportiv jilqa’ fih mijiet ta’ tfal li jattendu l-Kulleġġ San Benedittu. Madankollu wara l-ħin taliskola u fi tmiem il-ġimgħa, dan il-Kumpless jilqa’ fih mijiet ta’ persuni oħra li huma membri ta’ għaqdiet sportivi. Fil-fatt f’dan il-Kumpless Sportiv modern ikunu pprattikati diversi dixxiplini sportivi, fosthom it-taħriġ talfutsal, il-badminton, in-netball l-arti marzjali u ż-żfin. Matul din il-leġiżlatura l-Gvern imbarka wkoll fuq investiment importanti flimmodernizzar tal-Kumpless
Fatti u Ċifri €3.5 miljun f’investiment għall-bini ta’ Kumpless Sportiv ġdid f’Ħal Kirkop
Sportiv tal-Kottonera biex issa dan il-Kumpless kien ċertifikat mill-UEFA biex jilqa’ fih illogħob internazzjonali talfutsal. Dan il-Kumpless jilqa’ fih ukoll diversi attivitajiet sportivi oħra bħall-volleyball, il-badminton, il-karate tradizzjonali, l-aerobics u l-yoga. Investiment ieħor importanti sar fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq li jilqa’ fih il-Pixxina Nazzjonali. Hemmhekk ukoll sar ħafna xogħol ta’ titjib u upgrading u matul is-snin, kull sena, il-Gvern baqa’ jsostni n-nefqa ta’ madwar €1.7 miljun fissena biex dan il-Kumpless jiffunzjona kif mixtieq.
iii
Erbgħin pitch ġdid tal-football f’Malta u f’Għawdex Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa bis-sħiħ biex saru malerbgħin pitch tal-football ġdid imferrxa ma’ Malta u Għawdex. Dawn il-pitches jilqgħu fihom mijiet ta’ tfal u żgħażagħ li jmorru jitħarrġu fihom. Mhux biss imma jservu wkoll ta’ rikreazzjoni għall-istess tfal u żgħażagħ. Barra minn hekk ilGvern investa wkoll fi track tal-motorsport biex ilħafna dilettanti tal-karozzi jkollhom fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom.
titkellem int L-aqwa investiment għal faċilitajiet tas-saħħa aħjar għalina lkoll
vi
Nafu li f’pajjiżna hawn ħafna li għandhom għal qalbhom dan l-isport u għalhekk il-Gvern investa f’din it-track li hi tal-aqwa kwalità. Il-Gvern investa wkoll f’numru ta’ outdoor gyms li wkoll jattiraw lejhom għadd ta’ persuni li jmorru jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku. Il-lista ta’ inizjattivi li ħa l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam sportiv hi twila ħafna u tinkludi wkoll ix-Shooting Simulator għal skop ta’ prattika professjonali.
muscat jagħżel ħażin Muscat jaħbi l-aħmar u jipprova jostor il-passat