Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 20 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Investiment f’toroq tal-aqwa kwalità Fil-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura l-Gvern għamel volum qawwi ta’ xogħol biex tejjeb l-infrastruttura tat-toroq arterjali u anki dawk residenzjali L-ispinta li ngħatat lillproġetti ta’ toroq kellha l-iskop li tkompli ssaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq fil-gżejjer Maltin. Grazzi għal dawn il-proġetti llum pajjiżna jgawdi toroq isbaħ u aktar siguri minħabba li fil-kostruzzjoni tagħhom saret enfasi biex titħares kemm jista’ jkun saħħet is-sewwieqa, il-passiġġieri u anki n-nies li jkunu għaddejjin. Illum kulħadd jaqbel li grazzi għall-investimenti li saru fil-bini tat-toroq, għandna standards ta’ kwalità ogħla minn qatt qabel.

ii

Fl-aħħar ħames snin, tlestew żewġ toroq arterjali – il-Bypass ta’ M’Skala u Triq Valletta fiżŻurrieq. Barra minn hekk bdew sitt proġetti f’toroq arterjali oħra li b’kollox jgħoddu aktar minn tnax-il kilometru. Interessanti wkoll li saru 399 triq residenzjali u għaddej xogħol fuq madwar mitt triq oħra fil-lokalitjajiet kollha. Dan barra toroq oħra relatati ma’ proġetti partikulari bħall-mina ta’ Tigne u bħall-Ambaxxata Amerikana f’Ta’ Qali. Illum aktar minn qabel il-Gvern qed jieħu ħsieb li qabel jibda kull proġett isiru

Fatti u Ċifri 500 triq residenzjali sar jew qed isir xogħol fuqhom

konsultazzjoni u laqgħat ta’ informazzjoni ma’ dawk kollha involuti – dawk li jipprovdu s-servizzi, il-komunità kummerċjali, il-Kunsilli Lokali u anke mar-residenti. Imbagħad tul il-proċess kollu tal-proġett toħroġ komunikazzjoni kontinwa kemm fuq il-post, fil-gazzetti u anke permezz ta’ ittri personalizzati. Barra minn hekk tul ittriq kollha żdiedu s-sinjali tat-traffiku biex jgħinu lis-sewwieqa jifhmu aħjar id-devjazzjonijiet li hemm biex jaslu għad-destinazzjoni tagħhom.

iii

Aktar minn 1,500 ħaddiem involuti f’xogħlijiet ta’ toroq Il-proġetti relatati mat-titjib tal-infrastruttura tat- toroq f’pajjiżna tul din il-leġiżlatura wasslu biex ħafna kumpaniji kienu involuti b’xi mod jew ieħor fix-xogħlijiet li saru. F’dawn il-proġetti ħadmu aktar minn 1,500 ħaddiem. Dan ifisser li dawn il-proġetti ta’ toroq ipprovdew diversi opportunitajiet ta’ xogħol u dħul għal għadd kbir ta’ familji. Dan ifisser li l-proġetti li saru mill-Gvern – kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq livell residenzjali – għenu

titkellem int Għawdex gawda minn diversi proġetti fil-qasam tal-infrastruttura u t-toroq

vii

mhux biss biex issaħħet l-infrastruttura tat-toroq biex issa għandna toroq ta’ kwalità aħjar, iżda wkoll biex inħoloq ix-xogħol u biex kompla jitjieb id-dħul tal-ħaddiema u l-familji Maltin. Fil-kostruzzjoni ta’ dawn it-toroq saret enfasi kbira fuq id-dettall u fuq il-kwalità. Il-Gvern esiġa xogħol mill-aqwa u dan biex ikun assigurat li l-flus li jintefqu, jintefqu tajjeb u fl-aħjar interess tal-pajjiż.

lenti fuq... Muscat jigdeb biex ikompli jaħbi... għandu jirriżenja


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.