www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Iż-żgħażagħ protagonisti għal għażla fis-sod Il-Partit Nazzjonalista għandu f’idejh il-fatti u r-riżultati. 20,000 impjieg għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema. 19,000 student igawdu l-istipendji. Dawn huma l-garanzija għal ħames snin oħra fis-sod Fil-ħames snin li għaddew pajjiżna għamel storja ta’ suċċess fid-diversi oqsma tal-ħajja, fosthom fil-ħolqien tax-xogħol, fit-tkattir ta’ aktar opportunitajiet ta’ studju u taħriġ u fit-tisħiħ tas-servizzi tas-saħħa. Storja ta’ suċċess minkejja ż-żminijiet diffiċli li għaddew minnhom pajjiżna u l-pajjiżi ġirien tagħna, wħud illum fallew u huma mimlija qgħad. Imma grazzi għall-politika tal-Partit Nazzjonalista fil-
ii
Gvern, f’dawn il-ħames snin li għaddew inħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid, 83 fil-mija taż-żgħażagħ qed jissoktaw jistudjaw jew jitħarrġu wara l-età tas-sekondarja u filqasam tas-saħħa pajjiżna ssokta jimxi ‘l quddiem u jagħmel avvanzi mill-aktar importanti b’risq il-pazjenti Maltin u Għawdxin. Dan kollu hu l-pedament li fuqu rridu nkomplu nibnu fil-ħames snin li ġejjin u ż-żgħażagħ iridu jkunu
Fatti u Ċifri €10 miljun f’investiment f’boroż ta’ studju fl-iskema STEPS
l-protagonisti ta’ din l-istorja ta’ suċċess billi nhar isSibt li ġej huma jkunu fuq quddiem biex bil-vot tagħhom jikkonfermaw lil Lawrence Gonzi Prim Ministru ta’ Malta u Gvern Nazzjonalista. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jibqa’ jmexxi lil pajjiżna b’għaqal, bi prudenza u b’viżjoni biex ikompli jitkattar il-ġid u biex jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li fil-ħames
iii
snin li ġejjin joħloq 25,000 impjieg ġdid għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin u għallħaddiema li jkunu jridu jkomplu jimxu ‘l quddiem. Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista jkompli jkabbar il-faċilitajiet filqasam tal-edukazzjoni fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw, jistudjaw u jitħarrġu biex eventwalment isibu l-impjieg li jkunu jixtiequ. Gvern Nazzjonalista jagħti 1,000 ewro liż-żgħażagħ ta’ 21
titkellem int Qabża qawwija ‘l quddiem fil-kwalità tal-ħajja f’dawn l-aħħar ħames snin
vi
biex jiskopru pajjiż Ewropew u jsiru familjari mal-kultura u l-lingwa tiegħu. Gvern Nazzjonalista ma kienx biss fuq in-naħa t-tajba tal-passat meta għażel l-Ewropa, imma hu fuq innaħa t-tajba tal-futur hu u jiftaħ aktar opportunitajiet Ewropej għaż-żgħażagħ. Nhar is-Sibt li ġej iżżgħażagħ se jkunu minn ta’ quddiem – protagonisti – biex pajjiżna jissokta jibni futur fis-sod.
muscat jagħżel ħażin Muscat jipprova jingħoġob sa nhar is-Sibt... wara jwettaq dak li jemmen