Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

Page 7

20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

Muscat jipprova jirbaħ bl-istorbju... imma l-fatti juru kif fl-1997 Gvern Laburista ttratta lill-istudenti bid-deċiżjonijiet tal-Ministri Evarist Bartolo u Leo Brincat

LENTI FUQ...

Muscat jipprova jirbaħ fl-Università bl-istorbju; Lawrence Gonzi jirbaħ bil-fatti u bis-sustanza Riedet tkun ċorma nies talLabour li mhumiex studenti li f’Ras ir-Randan neħħew il-maskra tal-Labour u wrew lil kulħadd kif il-Labour jittratta lill-istudenti u lill-Università. Il-leader Laburista Muscat qata’ qalbu li fid-dibattitu fl-Università jirbaħ bil-fatti, u għalhekk ipprova jirbaħ bl-istorbju. Imma waqt li ried jirbaħ it-tellieqa tal-għajjat fis-sala u ma jħallix ħafna studenti jidħlu, Muscat tilef it-tellieqa li fiha qed jipprova jaħbi x’inhu l-Labour ta’ veru. Ir-riżultati u l-fatti Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi tkellem fuq il-kisbiet tal-Gvern Nazzjonalista fledukazzjoni u x-xogħol: nn 20,000 gradwat fl-aħħar ħames snin, nn 25,000 student jistudjaw wara s-sittax, nn studenti minn sittax ‘il fuq

igawdu l-istipenju, nn investiment tal-Gvern ta’ aktar minn 23 miljun ewro fis-sena fl-istipendji, nn 20,000 impjieg ġdid f’ħames snin li ħafna minnhom imtlew millistudenti, nn 700 kors li hemm illum flUniversità, u nn Fakultà ġdida talInformatika u laboratorji ġodda. Billi dawn huma l-fatti bl-iswed fuq l-abjad, Muscat organizza ċorma nies fl-aqwa tradizzjoni Laburista li raw kif għamlu biex jibbuwjaw u jinterrompu lill-Prim Ministru - bil-maqlub tal-impressjoni li pprova jagħti Muscat li jgħid li jirrispetta lill-Prim Ministru imma li nafu x’jagħmel fil-media tiegħu u nafu kif iċ-ċorma li tella’ l-Università ttrattat lil Lawrence Gonzi.

Il-Labour jattakka l-edukazzjoni Il-Labour fl-edukazzjoni nafuh tajjeb. Gvernijiet tal-Labour ma jistgħux jgħidu li bnew imqar żewġ skejjel pubbliċi. Kesksu lill-istudenti u lillġenituri kontra l-għalliema u għamlu gwerra kbira kontra l-iskejjel tal-Knisja. Attakkaw vjolentement lill-għalliema u lill-union tagħhom. Gvernijiet Laburisti għalqu l-MCAST – dak li kien magħruf bħala l-Polytechnic – u tellfu l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni teknika tajba lil ġenerazzjoni sħiħa ta’ żgħażagħ. U gwerra kbira li għamlu gvernijiet tal-Labour kienet lill-Università. Gwerra lill-Università Gvernijiet Laburisti tefgħu lura lill-Università. Għalqu ħafna korsijiet, itturufnaw studenti tal-mediċina, neħħew il-

fakultà tat-teoloġija u neħħew il-korsijiet kollha tal-arti hekk li ħafna studenti spiċċaw ma jistudjaw xejn inkella marru barra minn Malta. Gvernijiet Laburisti ġabu lill-istudenti jiddependu tabilfors fuq impjegaturparrinu għad-dħul flUniversità, iddiskriminaw kontra l-istudenti taliskejjel tal-Knisja, attakkaw vjolentement lill-istudenti tal-Università u lil-lecturers tagħhom għal diversi drabi.

U l-aħħar darba li l-Labour kien fil-gvern, fl-1997, ilMinistru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Ministru talFinanzi Leo Brincat neħħew l-istipendji u dawruhom f’dejn. Qabel wegħdu ripetutament li l-istipendju kien se jibqa’ kif kien qabel. Qalu li kien qed jigdeb min jgħid li l-Labour ineħħi l-istipendji. Wara telgħu fil-gvern u neħħewhom bilMinistru Evarist Bartolo jgħid li s-sistema tal-istipendji bħal Malta ma teżisti mkien.

F’sena waħda aktar gradwati minn 16-il sena Ir-riżultati tal-Labour flUniversità nafuhom ukoll. F’sena waħda llum jiggradwaw daqskemm kienu ggradwaw b’kollox f’16-il sena ta’ Gvern Laburista. Illum hemm korsijiet fl-Università aktar milli kien hemm studenti b’kollox fl-1987 - 700.

Ineħħu l-istipendju Hu għalhekk li Muscat tela’ l-Università mhux armat bil-fatti u s-sustanza imma b’ċorma nies li mhumiex studenti biex jieħdu post l-istudenti fis-sala. Imma ħabat tajjeb ħafna, għax rajna daqsxejn wiċċ il-Labour meta l-maskra tal-Karnival taqa’ nhar l-Erbgħa tal-Irmied.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.