Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Ħmistax-il Ċentru Klabb 3-16, u aktar fis-snin li ġejjin Matul din il-leġiżlatura l-Gvern Nazzjonalista imbarka fuq programm ta’ ftuħ ta’ ċentri għat-tfal wara l-ħin tal-iskola S’issa f’din il-leġiżlatura nfetħu ħmistax-il ċentru. Dawn iċċentri jibqgħu miftuħin sas-6 p.m. waqt li l-ġenituri jkunu għadhom xogħol. Dawn iċ-ċentri f’diversi bliet u rħula – magħrufa aħjar bħala Ċentri Klabb 3-16 – huma mferrxa f’diversi lokalitajiet, fosthom f’Birkirkara, fil-Mosta, filFgura, fiż-Żurrieq, f’San Pawl il-Baħar, f’Wied il-Għajn, f’San Ġwann, Ħal Qormi, f’ĦażŻebbuġ, fir-Rabat, f’Pembroke,

ii

f’Ħaż-Żabbar, fil-Ħamrun u f’Birżebbuġa. F’dawn iċ-Ċentri Klabb 3-16 qed jattendu studenti li jmorru skejjel pubbliċi, skejjel privati indipendenti u fi skejjel tal-Knisja. Fis-sessjonijiet kollha ta’ dawn iċ-ċentri qed jipparteċipaw mijiet ta’ tfal. Il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista hu determinat li fis-snin li ġejjin ikompli jiftaħ aktar ċentri minn dawn f’aktar

Fatti u Ċifri 3,000 tifel u tifla għamlu użu mis-servizz ta’ Ċentru Klabb 3-16

lokalitajiet. Sadattant qed isiru wkoll il-Homework Clubs, il-Klabb Ħilti, il-Malta Writing Programme u s-Summer Writing Camp. Dawn kollha jgħinu lit-tfal fl-istudji tagħhom. Dawn l-inizjattivi kollha jixhdu l-impenn qawwi talGvern li jinvesti b’kull mod possibbli fit-tfal sa minn ċkunithom billi jipprovdilhom it-tagħlim kollu li jkollhom bżonn.

iii

Aktar minn 3,800 student bil-faċilità ta’ Learning Support Assistant magħhom Għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jrid li ħadd ma jaqa’ lura, inkluż l-istudenti li jkollhom bżonn xi tip ta’ għajnuna biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem, allura aktar minn 3,800 tifel u tifla fliskejjel pubbliċi, tal-Knisja u Indipendenti għandhom il-faċilità ta’ Learning Support Assistant magħhom u mħallas mill-Gvern. Hawn mas-700 tifel u tifla ta’ etajiet differenti li jattendu fi 32 Nurture Group fi skejjel primarji talGvern jew Learning Support

titkellem int Skejjel tal-aqwa kwalità biex jgħinu lil uliedna jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem

vi

Zones fi skejjel sekondarji. L-istudenti jattendu f’dawn il-gruppi minħabba li jkollhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali jew ta’ mġiba u għalhekk jingħataw għajnuna partikulari biex jirbħu dawk id-diffikultajiet. It-tfal jipparteċipaw fi programmi speċjalizzati. Il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista hu determinat li jissokta blaqwa investiment possibbli għal dawn l-istudenti biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem.

muscat jagħżel ħażin Fl-1996, il-Labour wiegħed li ma jmissx l-istipendji... għamel il-maqlub


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

15-il

Ċentru Klabb 3-16 miftuħin matul din il-leġiżlatura f’diversi lokalitajiet

3,000

MILL- PROGRAMM

tifel u tifla għamlu użu mis-servizz ta’ Ċentru Klabb 3-16 bejn Ottubru 2009 u Settembru 2012

3,800

student u studenta fl-iskejjel pubbliċi, tal-Knisja u Indipendenti għandhom Learning Support Assistant imħallas mill-Gvern

700

student qed jattendu fi 32 Nurture Group fi skejjel primarji tal-Gvern jew f’Learning Support Zones fi skejjel sekondarji

150

tifel u tifla fl-iskejjel li għandhom mard kroniku jingħataw l-assistenza meħtieġa biex jieħdu l-mediċina

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista se jkompli jagħti fondi lill-iskejjel tal-Knisja biex, fost l-oħrajn, dawn iħallsu lill-għalliema u lil-LSAs

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL

SAĦĦA

EDUKAZZJONI

Inkomplu ngħinu aktar żgħażagħ b’iżjed boroż ta’ studju u riċerka Mas-settur privat niżviluppaw l-infrastruttura tar-riċerka i.

Inkomplu nrawmu komunità akkademika li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ politika għassostenibbiltà u l-immaniġġjar tal-art, l-ilma, l-enerġija u l-iskart. L-Università tagħti konsulenza lill-Gvern dwar materji ta’ natura strateġika fosthom it-tibdil fil-klima, ħajja sostenibbli, l-iżvilupp talGreen economy u l-introduzzjoni tal-Blue economy.

ii. Nixprunaw ir-rwol tal-Università li tirfed diversi oqsma innovattivi b’kunċetti xjentifiċi, fosthom Eko-Għawdex billi r-Razzett ta’ Għawdex isir ċentru ta’ riċerka, il-kumpless ta’ Marsaxlokk jitranġa biex isir Ċentru ta’ Riċerka fl-Enerġija Sostenibbli, Ilma u Immaniġġjar tal-Iskart, filwaqt li l-Ġnien tal-Argotti flimkien malġonna tal-madwar jiġu trasformati fi Ġnien Botaniku; iii. L-Università tkompli twessa’ l-funzjoni tagħha fit-trawwim ta’ intrapriżi żgħar u medji f’oqsma innovattivi; tikkollabora aktar mill-qrib mal-Kunsill Malti għallArti u Xjenza (MCST) u l-Malta Enterprise biex tiġi xprunata t-tranżizzjoni ta’ Malta lejn ekonomija msejsa fuq l-għarfien u l-innovazzjoni.

iv. Nibnu fuq is-suċċess tal-iskemi talBoroż ta’ Studju STEPS u MGSS billi nwaqqfu programm ta’ fondi għal studenti interessati li jagħmlu riċerka fl-Università wara li jġibu d-dottorat. Noħolqu opportunitajiet biex riċerkaturi Maltin jerġgħu lura Malta biex jagħmlu r-riċerka, ninvestu fondi Ewropej biex, flimkien mas-settur privat niżviluppaw l-infrastruttura tar-riċerka u b’hekk inkunu qed nersqu dejjem aktar lejn ilmiri tagħna għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Inkomplu nrawmu komunità akkademika li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ politika għas-sostenibbiltà u l-immaniġġjar tal-art, l-ilma, l-enerġija u l-iskart


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

Titkellem

Hi xi ħaġa tassew impressjonanti kif il-Gvern f’din il-leġiżlatura rnexxielu jinawgura skola ġdida kull sena. Dawn huma skejjel tal-aqwa kwalità, immirati biex jgħinu lil uliedna jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem ħalli, meta jikbru, jirnexxilhom jagħmlu suċċess fil-karriera tagħhom

Anna Calleja

Edwin Bennet

Ħaż-Żabbar

Rita Desira Bormla

Birkirkara

Wegħda miżmuma ta’ skola ġdida kull sena

Investiment għaqli favur l-istudenti Maltin u Għawdxin

Sigurtà akbar favur l-istudenti kollha

Il-Gvern żamm il-wegħda tiegħu li kull sena jiftaħ skola ġdida b’risq l-istudenti kollha li għadhom jattendu s-sekondarja, kemm tfajliet, kif ukoll subien. Dan hu importanti għax bini aħjar ifisser aktar kumditajiet, aktar spazju u t-tagħlim jingħata aħjar, filwaqt li l-għalliema, li fl-aħħar mill-aħħar huma ħaddiema u qegħdin jagħtu servizz utli ħafna, qegħdin jagħmlu dan f’bini komdu għalihom. Waħda mill-aktar skejjel li ta’ min ifaħħarhom hi dik fiż-Żokrija għax fiha ssib kollox u grawnds millaktar spazjużi.

Kull progress li jsir fil-qasam edukattiv hu ta’ min ifaħħru u jinkoraġġih għax dan hu investiment favur uliedna u favur dawk li għadhom ġejjin fil-futur. Dan l-investiment ifisser kontinwità fil-pjan nazzjonali favur l-edukazzjoni għax b’aktar spazju u kumdità akbar ifisser aktar ħidma fuq kull student, fosthom permezz ta’ spazji ikbar fil-media centre u spazji fil-klassijiet bejn student u ieħor. Wieħed mill-investiment ili laqtuni kien dak f’TalĦandaq, skola tassew moderna, spazjuża bl-aqwa grawnds kemm għall-istudenti iżda wkoll għallkomunità kollha tal-qrib.

L-iskejjel huma investiment favur uliedna iżda fuq kollox, kull skola ġdida li tinfetaħ toffri opportunitajiet ġodda lil diversi studenti li jattendu. Kull skola ġdida tiġbor fiha numru ta’ studenti li jiġu minn diversi skejjel antiki, u dan ifisser li l-ispiża ġenerali tal-Gvern fil-manutenzjoni ta’ diversi skejjel antiki issa tieqaf u tiġi allokata għall-iskejjel ġodda, fejn l-ispiża tkun inqas. Is-skejjel il-ġodda huma magħmulin b’mod li l-istudenti ma jkollhomx bżonn jaqsmu minn klassi għal oħra minn barra u b’hekk meta tkun ix-xita jibqgħu ġewwa u ma jixxarrbux.

Valerie Tonna San Ġwann

Skejjel favur l-ambjent fil-qasam tal-enerġija Skejjel moderni b’apparat teknoloġiku tal-aħjar kwalità jwasslu biex aktar studenti jmorru kuntenti l-iskola u jħossuhom parti mill-identità tal-iskola. Il-faċilitajiet li l-iskejjel għandhom għat-tfal, speċjalment fil-qasam tal-IT, sport u oħrajn, iwasslu biex l-istudent ikun jista’ jipprattika aktar attivitajiet sportivi għal saħħa aħjar u biex tintrebaħ il-ġlieda kontra l-obeżità. L-iskejjel il-ġodda huma wkoll xempju ta’ monument favur l-ambjent tant li numru kbir minnhom diġà qegħdin jipproduċu l-enerġija li jikkunsmaw permezz tal-pannelli, u dan hu ta’ eżempju għall-istudenti u l-familji tagħhom.

Warren Tonna San Ġwann

Skejjel sbieħ u ta’ kwalità li jagħtu kas is-saħħa tal-istudent Għandna skejjel moderni u li min ifaħħarhom. Issib kull apparat teknoloġiku li jkollok bżonn, kompjuter għal kull student u b’hekk l-istudenti jaħdmu aħjar. Immaġina li tant kemm huma kbar dawn l-iskejjel u mqassmin tajjeb, li llum kull student għandu l-locker tiegħu biex matul il-ġurnata ma joqgħodx iġorr ilbasktijiet bil-kotba li jistgħu jikkaġunaw uġigħ fid-dahar. Waħda mill-aktar skejjel li jogħġbuni hi dik tażŻokrija li tilqa’ fiha mijiet ta’ studenti minn madwar Malta. Ta’ min japprezza l-impenn tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista favur tagħna l-istudenti biex nimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħna.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

20 13

Il-Gvern Nazzjonalista dejjem emmen li l-aqwa investiment jista’ jsir biss billi t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jingħataw l-aqwa għalliema, l-aqwa riżorsi u l-aqwa mezzi possibbli biex ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem fittagħlim u fl-edukazzjoni tagħhom

Ċentri Klabb 3-16 ta’ tagħlim għat-tfal sas-6pm u li jagħtu serħan il-moħħ għall-ġenituri li jaħdmu

Fil-qasam edukattiv ir-riżultati tul din il-leġiżlatura nkisbu u huma mill-aktar inkoraġġanti. Dawn ir-riżultati qegħdin hemm biex jarahom kulħadd u nkisbu grazzi għall-viżjoni tal-Gvern li jħares ‘il quddiem u jippjana għall-quddiem

L-e

u jingħ

F’din il-leġiżlatura l-Gvern installa 2,642 interactive whiteboard għat-tfal, ta l-laptops lill-għalliema, għamel computer labs fl-iskejjel u ħa diversi inizjattivi oħra importanti. Issa l-Gvern se jimbarka fuq inizjattiva oħra importanti – sistema ta’ e-learning fl-iskejjel kollha li tintegra lill-istudenti, lill-għalliema u lill-ġenituri


20 13

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v

edukazzjoni hi fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u dan bl-iskop li f’pajjiżna t-tfal u ż-żgħażagħ ħataw l-aqwa u l-aħjar edukazzjoni possibbli

It-tfal u t-tagħlim tagħhom fl-iskejjel huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u matul din il-leġiżlatura l-Gvern – għax għandu għal qalbu l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin – imbarka fuq proġetti ta’ modernizzazzjoni u bini ta’ skejjel u dan wassal biex kull sena nbniet skola ġdida tal-ogħla livell


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

20 13

Muscat jagħżel ħażin... Qabel l-elezzjoni tal-1996, il-Labour Party irrepeta għal ħafna drabi li jżomm is-sistema tal-istipendji li kienet daħlet fl-1987 mill-Gvern Nazzjonalista. Il-programm elettorali tal-Partit Laburista fl-1996 kien jgħid: “Tkompli s-sistema tal-istipendji”. Evarist Bartolo fit-Times tat-8 t’April 1996 kiteb: “The Labour Party will maintain the stipend system at university so that no one is deprived of tertiary education because it is financially prohibitive”.

...u tbati int

Imma fl-4 ta’ Novembru 1997, il-Ministru tal-Finanzi Leo Brincat ressaq il-budget għall-1998 u ddikjara hekk: “Hemm ċans li l-istipendji jkollhom itiru għalkollox.” U kompla jħabbar li dawwar l-istipendju f’dejn.

Dan hu x’iddikjara l-Labour Party qabel l-elezzjoni tal1996...sena wara, fit-3 t’Ottubru 1997, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, neħħa l-istipendji u qal li sistema bħal din ma teżisti mkien fid-dinja

JIPPROVA JNESSI LIL KMB LI ATTAKKA L-ISKEJJEL TAL-KNISJA U LIL ALFRED SANT LI NEĦĦA L-ISTIPENDJI (dehret għall-ewwel darba: il-mument 19.09.10)


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

Muscat jipprova jirbaħ bl-istorbju... imma l-fatti juru kif fl-1997 Gvern Laburista ttratta lill-istudenti bid-deċiżjonijiet tal-Ministri Evarist Bartolo u Leo Brincat

LENTI FUQ...

Muscat jipprova jirbaħ fl-Università bl-istorbju; Lawrence Gonzi jirbaħ bil-fatti u bis-sustanza Riedet tkun ċorma nies talLabour li mhumiex studenti li f’Ras ir-Randan neħħew il-maskra tal-Labour u wrew lil kulħadd kif il-Labour jittratta lill-istudenti u lill-Università. Il-leader Laburista Muscat qata’ qalbu li fid-dibattitu fl-Università jirbaħ bil-fatti, u għalhekk ipprova jirbaħ bl-istorbju. Imma waqt li ried jirbaħ it-tellieqa tal-għajjat fis-sala u ma jħallix ħafna studenti jidħlu, Muscat tilef it-tellieqa li fiha qed jipprova jaħbi x’inhu l-Labour ta’ veru. Ir-riżultati u l-fatti Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi tkellem fuq il-kisbiet tal-Gvern Nazzjonalista fledukazzjoni u x-xogħol: nn 20,000 gradwat fl-aħħar ħames snin, nn 25,000 student jistudjaw wara s-sittax, nn studenti minn sittax ‘il fuq

igawdu l-istipenju, nn investiment tal-Gvern ta’ aktar minn 23 miljun ewro fis-sena fl-istipendji, nn 20,000 impjieg ġdid f’ħames snin li ħafna minnhom imtlew millistudenti, nn 700 kors li hemm illum flUniversità, u nn Fakultà ġdida talInformatika u laboratorji ġodda. Billi dawn huma l-fatti bl-iswed fuq l-abjad, Muscat organizza ċorma nies fl-aqwa tradizzjoni Laburista li raw kif għamlu biex jibbuwjaw u jinterrompu lill-Prim Ministru - bil-maqlub tal-impressjoni li pprova jagħti Muscat li jgħid li jirrispetta lill-Prim Ministru imma li nafu x’jagħmel fil-media tiegħu u nafu kif iċ-ċorma li tella’ l-Università ttrattat lil Lawrence Gonzi.

Il-Labour jattakka l-edukazzjoni Il-Labour fl-edukazzjoni nafuh tajjeb. Gvernijiet tal-Labour ma jistgħux jgħidu li bnew imqar żewġ skejjel pubbliċi. Kesksu lill-istudenti u lillġenituri kontra l-għalliema u għamlu gwerra kbira kontra l-iskejjel tal-Knisja. Attakkaw vjolentement lill-għalliema u lill-union tagħhom. Gvernijiet Laburisti għalqu l-MCAST – dak li kien magħruf bħala l-Polytechnic – u tellfu l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni teknika tajba lil ġenerazzjoni sħiħa ta’ żgħażagħ. U gwerra kbira li għamlu gvernijiet tal-Labour kienet lill-Università. Gwerra lill-Università Gvernijiet Laburisti tefgħu lura lill-Università. Għalqu ħafna korsijiet, itturufnaw studenti tal-mediċina, neħħew il-

fakultà tat-teoloġija u neħħew il-korsijiet kollha tal-arti hekk li ħafna studenti spiċċaw ma jistudjaw xejn inkella marru barra minn Malta. Gvernijiet Laburisti ġabu lill-istudenti jiddependu tabilfors fuq impjegaturparrinu għad-dħul flUniversità, iddiskriminaw kontra l-istudenti taliskejjel tal-Knisja, attakkaw vjolentement lill-istudenti tal-Università u lil-lecturers tagħhom għal diversi drabi.

U l-aħħar darba li l-Labour kien fil-gvern, fl-1997, ilMinistru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Ministru talFinanzi Leo Brincat neħħew l-istipendji u dawruhom f’dejn. Qabel wegħdu ripetutament li l-istipendju kien se jibqa’ kif kien qabel. Qalu li kien qed jigdeb min jgħid li l-Labour ineħħi l-istipendji. Wara telgħu fil-gvern u neħħewhom bilMinistru Evarist Bartolo jgħid li s-sistema tal-istipendji bħal Malta ma teżisti mkien.

F’sena waħda aktar gradwati minn 16-il sena Ir-riżultati tal-Labour flUniversità nafuhom ukoll. F’sena waħda llum jiggradwaw daqskemm kienu ggradwaw b’kollox f’16-il sena ta’ Gvern Laburista. Illum hemm korsijiet fl-Università aktar milli kien hemm studenti b’kollox fl-1987 - 700.

Ineħħu l-istipendju Hu għalhekk li Muscat tela’ l-Università mhux armat bil-fatti u s-sustanza imma b’ċorma nies li mhumiex studenti biex jieħdu post l-istudenti fis-sala. Imma ħabat tajjeb ħafna, għax rajna daqsxejn wiċċ il-Labour meta l-maskra tal-Karnival taqa’ nhar l-Erbgħa tal-Irmied.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 16 ta’ Frar

“Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista bena skola ġdida kull sena. Fis-snin li ġejjin ukoll se jinbnew aktar skejjel ġodda - skola ġdida kull sena sal-2020. Dan minbarra li l-Gvern Nazzjonalista se jissokta bil-proġett ta’ bini ta’ kampus ġdid għall-MCAST, jifrex aktar il-kampus tal-Università ta’ Malta, ikompli bil-bini ta’ ITS ġdid u ssir estensjoni fis-Sixth Form ta’ Għawdex.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.