għall-istampar.
Il-Bord Editorjali
Nikol Bezzina M.Ed. (Editur)
Ir-Rev. Josef Mifsud
Antoine Falzon
Francesco Bonello
Carmen Bonello
Roderick Lia
Qari tal-Prov i
Nikol Bezzina M.Ed.
Stampar
Best Print Co. Ltd, Il-Qrendi Tel: 2168 0789
Ħajr tar-ritratti lil
Nikol Bezzina, John Bezzina, Anthony Mifsud u Fr Martin Micallef
Ritratt ta’ quddiem
Dettall minn kwadru ta’ Mattia Preti
fil-Museo e Real Bosco di Capodimonte f ’Napli.
Ħajr lil Fr Martin Micallef
Sinodu
“Bżonn urġenti ta’ sinodu parrokkjali!!” hekk kiteb San Nikola tal-pjazza f’messaġġ privat lit-tliet isqfijiet l-oħra: tal-knisja, tas-sagristija, u tat-tfal: “Jeħtieġ li niltaqgħu malajr kemm jista’ jkun. Tridu toħorġu minn hemm ġew u miegħi dduru mar-raħal biex naraw xi bżonnijiet għandhom il-parruċċani.”
Waqt is-sinodu San Nikola tal-pjazza ħasadhom: “L-aħwa, qed nitilfu wisq nies f’dil-parroċċa! Qed nikkuntentaw ruħna b’dawk li jiġu għall-quddies tal-Ħadd bla ma nindunaw li dawn qed jonqsu. Għalhekk jeħtieġ li mmorru aħna għandhom.” It-tlieta l-oħra qablu miegħu u ddeċidew li jxammru l-kmiem. Ftiehmu li San Nikola ż-żgħir ilaqqa’ lit-tfal tar-raħal, San Nikola tal-knisja jmur ifittex iż-żgħażagħ, San Nikola tal-pjazza jżur lill-familji, u dak tas-sagristija – bix-xieraq – joħroġ idur fost l-anzjani, għax hu l-ixjeħ fosthom l-erbgħa. Wara tmien xhur issinodu kellu jitlaqqa’ mill-ġdid biex l-erbgħa li huma janalizzaw ir-rapporti ta’ xulxin. Ħadmu kemm felħu. Ma waqfux minuta jduru u jaraw b’għajnejhom u jmissu b’idejhom ir-realtà ta’ ħajjet il-parruċċani. L-aktar li spiċċa għajjien, naturalment, kien San Nikola tas-sagristija għax mażżmien ftit li xejn kien ħareġ minn hemm!
Beda San Nikola ż-żgħir: “Jiena kellimt ħafna tfal Siġġiwin u għamilt kwestjonarju. Minnu
ħareġ li t-tfal qed iħossu n-nuqqas tal-preżenza tal-ġenituri tagħhom; l-iktar li jqattgħu ħin magħhom huwa meta jsiefru (għalhekk jaħdmu ħafna l-ġenituri tagħhom!!) ...il-bqija, proprju meta jkunu d-dar, ftit li xejn isibu ħin jitkellmu u jilagħbu magħhom ... aħseb u ara kemm jitolbu magħhom!! Għadd imdaqqas ta’ tfal stqarrew miegħi li jiddejqu ħafna meta jisimgħu lill-ġenituri jgħajtu magħhom u jillatikaw bejniethom ... donnhom saru iktar nervużi. Meta jkollhom qalbhom sewda, imorru jferrgħu kollox man-nanniet u l-għalliema. Tfal oħra fetħu qalbhom miegħi u qaluli kemm jitnikktu meta jiġu bbuljati, iżda stqarrew ukoll kemm iħossuhom kuntenti meta jgħinu lil tfal oħra bi bżonnijiet ikbar minn tagħhom.”
Kien imiss lil San Nikola talknisja: “Mort infittex iż-żgħażagħ fil-bars, il-bandli, fil-pjazza. Ftit li xejn kienu hemm. L-iktar li sibthom kien fil-kamra tagħhom fid-dar, jieklu pizza bid-delivery... fuq il-kompjuter jilagħbu jew jaraw film, f’xi chat ma’ sħabhom; u meta jkunu barra arahom medhijin bil-mowbajl li sar l-ikbar ħabib tagħhom ... u ara ma tmisshulhomx! Jeħtieġ, għalhekk, li nagħmlu użu ikbar tat-teknoloġija biex nilħquhom. Hemm bżonn ta’ paġna fuq il-Fb speċifikament għaż-żgħażagħ. Illum din hi d-dinja tagħhom u rridu nidħlu ngħixu magħhom fiha!”
Festa San Nikola 2023 1 Taqsima 1: Ħidma Pastorali
Werrej Taqsima 1: Ħidma Pastorali L-Editorjal 1 San Nikola, ħarisna mill-patrijiet! 3 Il-Proġett ‘ANZJANI TEŻOR' 4 Niċeċ u Statwi ta’ San Nikola 5 Il-ħidma tal-Media Team 7 Taqsima 2: Familja Siġġiwija Sliem, Awguri u Grazzi 8 L-esperjenzi ta’ Vincent Caruana 10 Taqsima 3: San Nikola u l-knisja tagħna Bl-interċessjoni ta’ San Nikola 12 Ir-Restawr u l-Konservazzjoni tal-Grupp tal-Golgota ������������������������� 14 Il-ħidma fil-knisja tagħna tkompli bla waqfien 19 Ir-restawr tal-kwadru tal-Assunta 23 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa X’għadda minn 26 It-Tranżlazzjoni 29 Poeżiji 31 Irziezet li għad baqa’ 32 Is-Siġġiewi... for better or worse! 36 Il-Familja Agius 38 Aktar tagħrif mill-arkivji parrokkjali (10) 39 Jum it-Tfal 45 Programm tal-Festa 46 Il-festa tat-tfal 48 Is-Siġġiewi jitqassam lil kull familja Siġġiwija. Nirringrazzjaw
li jgħinuna
biex jinfdew
L-Editorjal
lil dawk
finanzjarjament
l-ispejjeż meħtieġa
Tal-pjazza stqarr kemm ħa gost iżur ilfamilji. “Sibt familji tajbin ħafna u sibt oħrajn f’diffikultà. Lil dawn tal-aħħar irridu nżuruhom ta’ spiss, niflu l-problemi tagħhom u ngħinuhom b’mod konkret billi nikkordinaw ħidmitna malKunsill Lokali u mal-aġenziji għall-ħarsien soċjali. Sibt familji fejn hemm il-mard, inkluż mard mentali. Jeħtieġ inwaqqfu kummissjoni speċifikament għal dawn il-familji fejn mhux il-marid biss qed ibati, imma l-membri kollha tal-familja. Iltqajt ma’ familji fejn hemm il-firda: bejn il-miżżewġin, bejn l-aħwa, bejn il-ġenituri u l-ulied. Jeħtiġilna naraw kif ngħinuhom aktar u nippruvaw inressquhom lejn xulxin. Inkellmu lill-arċipriet u s-saċerdoti biex ninkuraġġuhom jagħmlu sforz ikbar fejn tidħol l-għaqda fil-familji!”
“Jien lill-anzjani kellimt,” qal b’leħnu batut ix-Xiħ. “L-ikbar problema tagħhom, bħal tiegħi: is-solitudni. L-iktar li jħossuha fil-festi meta l-familji jinġabru flimkien. Ta’ min, ngħidu aħna, għall-festa tas-sajf jew tax-xitwa – jew għat-tnejn – nibdew norganizzaw ikla għall-anzjani tarraħal li m’għandhomx min jiekol magħhom? Jew inħajru l-familji jistiednu xi anzjan/a biex nhar il-festa jqattgħuh magħhom? Ta’ min infaħħru l-programm ta’ azzjoni ‘Anzjani Teżor’ bi żjajjar regolari lil anzjani li jgħixu weħidhom minn voluntieri Siġġiwin. Prosit tassew! Jonqos pass ieħor: Meta se nibdew naħdmu, flimkien, biex issir dar għall-anzjani fir-raħal? “Għaliex fl-aħħar snin ta’ ħajjitna ġġegħluna nitturufnaw ruħna mill-post
fejn twelidna, kbirna u rabbejna familtna?” bkew bosta anzjani miegħi.
Fl-aħħar nett l-erbgħa li huma qablu wkoll li jiddiskutu kif għandhom jgħinu lil familji u persuni li ġew joqogħdu fir-raħal tagħnafosthom stranġieri - sabiex jintegraw aktar fil-komunità. Is-sinodu għalaq billi bagħtu email lill-arċipriet: “Dun Josef, wara ħidma ta’ diversi xhur fir-raħal minna l-erba’ isqfijiet, qed nehmżulek ir-rapporti, il-konklużjonijiet flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħna biex il-komunità tagħna tkun tassew Nisranija. Filwaqt li nirringrazzjawk u nuruk l-apprezzament għaxxogħol kbir pastorali li ġa qiegħed isir, nitolbuk biex inti u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali tieħdu azzjoni. Kopja ta’ din l-email qed nibagħtuha wkoll lill-Kunsill Lokali.” Fl-aħħar nett, rabtu jdejhom flimkien u b’rashom baxxuta ngħaqdu f’din ittalba:
Bierek, Mulej, il-ħidma kollha li se ssir matul dis-sena
f’dan ir-raħal li aħna tant ngħożżu.
Meta naħbtu se naqtgħu qalbna, agħtina l-kuraġġ.
Fejn ma naslux, imbuttana int.
Għinna nifhmu l-importanza li naħdmu flimkien, dejjem ispirati mit-tagħlim tiegħek. Ammen.
Il-verżjoni elettronika ta’ dan il-magazin parrokkjali se tkun disponibbli għall-qarrejja fuq il-Facebook page Parroċċa San Nikola Siġġiewi
Qabel il-ġimgħa tal-festa
se jkun aċċessibbli biss il-programm tal-festa.
Wara l-festa tkunu tistgħu taqraw il-magazin minn fuq l-istess paġna.
Nitolbukom tavżaw lil qrabatkom li ma joqogħdux fir-raħal tagħna jew li jgħixu ’l bogħod minn xtutna li jistgħu jaqraw
‘IS-SIĠĠIEWI’ bil-kumdità billi jidħlu fuq din il-paġna.
Ule! Fejn se tmur b’rasek! M’għandi xejn kontra l-patrijiet! Imma nixtieq naqsam miegħek riflessjoni li għamilt ftit ġimgħat ilu meta kelli l-grazzja li nkun
Bari għall-festa ta’ San Nikola. Minn dejjem kelli
x-xewqa li nżur din il-belt għażiża li tħaddan fiha
l-fdalijiet ta’ San Nikola, u din is-sena, il-ħolma saret realtà meta, flimkien ma’ sittin pellegrin misSiġġiewi stess, fid-9 ta’ Mejju ċċelebrajna d-936 sena mill-wasla tar-relikwi tal-Patrun tagħna f’Bari minn Mira, fit-Turkija. Kienet esperjenza sabiħa mlewna b’diversi drawwiet li għandhom
l-għeruq tagħhom fid-devozzjoni kbira li jgawdi dan il-qaddis kemm fostna l-Kattoliċi kif ukoll ma’ ħutna l-Ortodossi. Laqtuni diversi mumenti li ħallew marka f’qalbi: l-istatwa ta’ San Nikola ddur mal-port ta’ Bari waqt li jitbierku l-opri talbaħar; il-ġbir tal-manna mill-qabar tal-qaddis tawmaturgu mir-Rettur tal-Bażilka dakinhar talfesta filgħaxija; il-mument speċjali u kommoventi meta ċċelebrajna l-Ewkaristija fuq il-qabar talPatrun ...
ipproteġina mir-rizzi vojta... jew kif isejħulhom dawk midħla tas-sajd: ‘mill-patrijiet’! ‘Il-patrijiet’ hawn mhumiex dawk li nsibu fil-kunvent, imma dawk ir-rizzi sbieħ kbar b’kulur sewdieni jagħti fil-vjola li, meta tiftaħhom, minflok mimlija bilfrott kulur ħamrani, ikunu vojta.
Nistgħu biss nissopponu x’kellhom f’moħħhom eżatt is-sajjieda Bariżi bil-kitba tal-iskrizzjoni, imma fi kliem l-Isqof ta’ Bari stess, f’omelija li għamel fuq l-istess moll: “Rizzi li, għalkemm sbieħ, huma vojta hawn ħafna madwarna!”
Kos, jista’ jkun li jiena stess inġib ruħi bħallpatrijiet – bħar-rizzi kbar u sbieħ, imma vojta – li ma jkunu tajbin għalxejn ħlief li terġa’ tarmihom lura fil-baħar?
Flimkien ma’ dan kollu, laqatni dettall ieħor li mhux soltu jkun preżenti fil-festa ta’ San Nikola. Fuq il-portiku tas-suq tal-ħut, fuq il-moll ċentrali tal-port ta’ Bari, il-Bariżi waħħlu skrizzjoni bid-djalett tal-post: “San Nicola proteggici da le rizz vacand”. Fi kliemna tfisser: San Nikola,
Fost il-virtujiet il-kbar li nammiraw filPatrun tagħna San Nikola, żgur li jispikkaw l-awtentiċità, ir-radikalità u ż-żelu li kellu għal Ġesù u l-kelma tiegħu. F’ħafna episodji mill-ħajja tiegħu wera biċ-ċar li ma kienx doppja faċċa... dak li emmen u dak li pprietka, għexu hu qabel ma ppretendieh minn ħaddieħor. Kemm hija flokha u kemm hija bżonjuża din it-talba biex San Nikola jħarisna mill-għajxien ta’ ħajja vojta u superfiċjali. Int li qed taqra dawn il-kelmtejn, li għandek f’demmek id-devozzjoni lejn San Nikola, agħmel tiegħek ukoll it-talba tas-sajjieda Bariżi aħna u niċċelebraw festa li tixraq lill-Patrun tagħna: San Nikola, ħarisni mill-patrijiet... ħarisni mirrizzi vojta: ħarisni mill-ħafna wegħdiet li nagħmel u ma nżommhomx; ħarisni mid-dikjarazzjonijiet li nagħmel imma jkunu biss tpaċpiċ fil-vojt jew bżieżaq tas-sapun; ħarisni mill-għażż li jżommni lura milli nipprattika dak li nipprietka; ħarisni milli nkun Nisrani tal-isem u ngħix il-fidi tiegħi b’mod medjokri, bla ħeġġa, bla entużjażmu u bla passjoni! San Nicola proteggici da le rizz vacand! San Nikola, berikna!
2 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 3 Taqsima 1: Ħidma Pastorali
Rev. Josef Mifsud
San Nikola, ħarisna mill-patrijiet!
Il-Proġett ‘ANZJANI TEŻOR’
Tħajjar int ukoll!
Għeżież qarrejja, jien mhux is-soltu li nikteb b’dan il-mod għax wieħed mill-prinċipji fundamentali Nsara tiegħi hu: ‘La tħallix l-id ix-xellugija tkun taf x’qed tagħmel l-id il-leminija’. Imma f’din iċ-ċirkostanza tal-lum ħa nagħmel eċċezzjoni. Nistħajjilkom tgħidu: mela x’inhi din l-okkażjoni? Qed nirreferi għall-proġett ‘Anzjani Teżor’ li l-Arċipriet nieda flimkien mal-‘Western Community Services’ biex jgħin lill-anzjani fil-lokalità tagħna. Bħalma ġie nnutat fiż-żjarat regolari li l-Arċipiet jagħmel lillanzjani fir-raħal tagħna, hemm diversi għajnuniet li l-anzjani jistgħu jingħataw bħal, ngħidu aħna, ninfurmawhom dwar x’servizzi hawn għalihom, ngħinuhom kif jistgħu jsiru aktar indipendenti, nagħtuhom eżempji prattiċi kif jistgħu jgħixu l-preżent mill-aħjar li jistgħu; fi kliem ieħor, inqattgħu ftit ħin magħhom u nkomplu ngħinuhom jifhmu aktar din il-fażi tal-ħajja, u jħarsu lejha b’mod pożittiv.
L-Arċipriet beda billi għamel sejħa pubblika għall-voluntieri. Ir-rispons kien tajjeb għax għadd sostanzjali ta’ persuni, bħali, applikaw biex jipparteċipaw. Wara din is-sejħa, aħna l-voluntieri ltqajna ma’ diversi professjonisti fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) biex jagħtuna t-taħriġ meħtieġ. Għalkemm din il-ħidma hija volontarja, xorta trid tkun waħda kemm jista’ jkun tajba. Ittaħriġ kien intensiv u ffukat. Fost l-oħrajn trattajna temi bħal: komunikazzjoni effettiva, empatija, kunfidenzjalità, emozzjonijiet, u temi oħra relatati. Wara dan it-taħriġ, ġew assenjati tliet professjonisti mill-‘Western Community
Niċeċ u Statwi ta’ San Nikola fir-raħal tagħna
Services’ u l-‘Home-Based Therapeutic Services’ (HBTS) biex jekk ikollna bżonn xi assistenza, nikkuntattjawhom direttament u jiggwidawna skont il-każ. Tfassal ukoll programm ta’ laqgħat li fihom niltaqgħu regolarment. Dawn il-laqgħat ikunu maqsumin fi tnejn: prattika u terapija. Issessjoni prattika titmexxa mill-koordinatriċi talproġett li ġejja mill-‘Western Community’; iI-parti terapewtika jieħdu ħsiebha żewġ terapisti talHBTS.
Dan is-servizz issa ilu għaddej kważi sena u minn feedback li nirċievu mill-professjonisti mill-FSWS jidher li l-vista ta’ darba fil-ġimgħa li nagħmlu jiena u l-kollega, voluntier ukoll, qiegħda tagħmel differenza sostanzjali fil-ħajja tal-anzjan li nżuru. Dan lilna jagħtina sodisfazzjon kbir u jkompli jinkoraġġina biex inkomplu għaddejjin b’din il-ħidma tagħna. Il-bidla fl-anzjan hija evidenti u l-effett tagħha qed jinħass anki filfamilja tiegħu. L-apprezzament li dawn qed juruna jkompli jimliena bil-ferħ u l-paċi.
Nixtieq, għalhekk, ninkoraġġixxi lilkom li għandkom siegħa fil-ġimgħa li tistgħu tinvestuha f’dan is-servizz, biex tfittxu tikkuntattjaw lillArċipriet ħalli jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex tkunu tistgħu tarrikkixxu ħajjitkom b’dan il-mod tal-għaġeb. Kemm fuqi kif ukoll fuq il-kollega, din l-esperjenza qed tħalli effett pożittiv u fl-istess ħin qed tkompli tħejjina għall-ġejjieni qarib tagħna.
Kuraġġ, għeżież qarrejja! Il-‘Bank Anzjani Teżor’ għandu interessi għoljin ħafna u żgur li jagħmel differenza f’ħajjitkom. Il-Mulej ikompli jberikna bl-atti tajbin li nagħmlu f’ħajjitna.
L-artikli kollha li qegħdin jidhru f’dan il-magazin huma propje tà tal-awturi rispettivi. Il-Bord Editorjali mhuwiex responsabbli mill-fehmiet imfissra fl-artikli ppubblikati f’din ilħarġa. Kull awtur huwa responsabbli ta’ dak li jikteb. L-ebda p arti minn din ilpubblikazzjoni ma tista’ bl-ebda mod tiġi riprodotta jekk mhux bil-permess miktub mingħand il-Bord Editorjali.
Tfal, kieku kelli nistaqsikom jekk tħobbuhx lil San Nikola, żgur li kollha twieġbu “Iva”. Imma mbagħad, kieku nistaqsikom: “U kif turuha din l-imħabba?” jiena
żgur li jkolli ħafna tweġibiet varji u interessanti; għax hemm ħafna modi kif nistgħu nagħmlu dan, uħud jidhru minn barra u oħrajn li ma jarahom ħadd ħlief Ġesù u San Nikola. Jien żgur li intom it-tfal kollha tħobbu tgħidu xi talba lil San Nikola biex jieħu ħsiebkom u jgħinkom tħobbu lil Ġesù
bħalma kien iħobbu hu. Speċjalment fil-ġimgha talfesta kulħadd jipprova jattendi għall-funzjonijiet
sbieħ li jsiru fil-knisja, kif ukoll jersaq għall-qrar u t-tqarbin. Dawn l-affarijiet jagħtu ħafna gost lil San Nikola�
Hemm ukoll modi li jidhru minn barra li bihom nuru l-qima u l-imħabba tagħna lejn ilpatrun tagħna. Aħna s-Siġġiwin nuru mħabbitna lejn San Nikola u l-ferħ tagħna bil-mod kif, fil-jiem tal-festa, inżejnu r-raħal - speċjalment il-pjazzabil-bandieri u l-bandalori, bl-istatwi u d-dwal. Ilknisja ssaħħarna bid-dwal fuq barra u fuq ġewwa. Fuq il-każini u d-djar tara jperpru bandieri kbar u sbieħ. Ħafna nies iżejnu wkoll il-galleriji tagħhom bil-bozoz ikkuluriti (aktarx ħomor u sofor) u xi wħud idendlu xi nkwatru jew pavaljun bix-xbieha ta’ San Nikola. Oħrajn jarmaw xi tieqa bi statwa żgħira ta’ San Nikola mdawra b’bukketti talganutell jew xi par linef żgħar.
La qegħdin insemmu l-istatwi, qatt għoddejtu kemm għandna statwi ta’ San Nikola madwar irraħal kollu, ibda mill-istatwa tassew sabiħa li għandna f’nofs il-pjazza? Din żgur hija l-akbar statwa tal-patrun tagħna li għandna fir-raħal u li tgħaxxaq lil kull min jgħaddi minn quddiemha. Naħseb li f’Malta kollha diffiċli ssib statwa hekk kbira u prominenti! Din l-istatwa nħadmet milliskultur Pietru Felici fis-sena 1732, l-istess wieħed li erba’ snin wara ħadem il-vara tal-purċissjoni għal jum il-festa. Iżda madwar ir-raħal kollu, kif
ukoll fuq xi rziezet tal-qrib, insibu diversi niċeċ u statwi ta’ San Nikola. Jien dort kemm stajt masSiġġiewi u l-inħawi tal-madwar u għoddejt talanqas disgħa. Hemm xi niċeċ u statwi ta’ qaddisin oħra, imma żgur li l-ikbar għadd huwa ddedikat lill-qaddis tagħna. Xi wħud minn dawn in-niċeċ huma pjuttost żgħar u qegħdin imħaffrin fil-ħajt tal-faċċata, kemm ta’ djar kif ukoll ta’ rziezet. Oħrajn huma kbar u jidhru sewwa. Xi kultant issib xi kitba taħthom li tgħarrafna li min jgħid xi talba quddiemhom jaqla’ indulġenza li taħfirlu parti mill-piena għan-nuqqasijiet tagħna. Intom qatt indunajtu b’xi niċċa jew statwa ta’ San Nikola firraħal tagħna? Jista’ jkun li hemm xi waħda fit-triq tagħkom, jew f’xi triq mnejn tgħaddu.
Barra mill-istatwi fin-niċeċ naraw ukoll xbihat ta’ San Nikola skolpiti, ċatti mal-ħajt, dawk li nsejħulhom ‘bassoriljiev’. Jien ħa nsemmi waħda li naraha ta’ spiss. Din qiegħda fil-għoli fuq il-bieb tal-Oratorju. Hemm żewġ ċrieki skolpiti fil-ħajt: f’wieħed hemm immaġni ta’ San Pietru u fl-ieħor – dak l-iktar qrib tal-knisja – hemm xbieha ħelwa ta’ San Nikola�
Semmejna ħafna affarijiet li juru mħabba u rispett lejn San Nikola. Imma żgur li l-akbar qima li nistgħu nuru hi billi nimitawh fil-virtujiet li kellu, speċjalment fil-karità, il-ġustizzja u l-ħniena li qatt ma beża’ jurihom, kif jixhdu l-istejjer dwaru. San Nikola kien jagħmel karità mal-foqra kif turina l-istorja ta’ meta qassam boroż bil-flus lil tliet xebbiet li xtaqu jiżżewġu. Kien iħobb il-ġustizzja kif jidher meta qabeż għal xi uffiċjali li kienu ser jingħataw il-mewt għal xi att li ma kinux ħatja tiegħu. Kien ukoll iħenn u jħoss għall-batut, bħal meta pprovda l-qamħ għan-nies tal-belt tiegħu li kienu qed ibatu l-ġuħ.
Jekk aħna nagħmlu li nistgħu biex inħobbu lil Ġesù u lil ta’ madwarna, bħalma kien jagħmel San Nikola, inkunu tajnieh l-akbar qima li żgur tagħmlu kuntent bina.
Festa San Nikola 2023 5 Taqsima 1: Ħidma Pastorali
4
Joyce Vassallo
Festa San Nikola 2023
Valentino Cachia
Kompetizzjoni
Skennja dawn il-QR Codes u ibgħatilna ritratti tal-istatwi ta’ San Nikola li jinsabu fit-toroq li se ssib moħbija hawn taħt!
Dur dawra mar-raħal u ħudilhom ritratt. Ibgħat dawn ir-ritratti permezz ta’ email fuq quddiestfal@gmail.com sal-aħħar ta’ Ġunju 2023.
It-tfal kollha li jieħdu sehem jistgħu jirbħu rigali sbieħ fl-ewwel quddiesa tas-sajf għat-tfal kollha. Iktar dettalji se jkunu fuq il-paġna ta’ Facebook Quddies tat-tfal, Siġġiewi".
Il-ħidma tal-Media Team tal-parroċċa waqt il-pandemija tal-COVID-19
Fr Martin Micallef
Wara t-12 ta’ Marzu 2020, meta l-knejjes tagħna kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom u jwaqqfu ħafna mill-attivitajiet u l-ħidmiet pastorali minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija talCOVID-19, il-Media Team tal-parroċċa tasSiġġiewi mill-ewwel beda jesplora kif nistgħu nkomplu l-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni permezz tal-media soċjali.
L-ewwel inizjattiva kienet dik li nittrażmettu l-quddies tal-Ħdud fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa. L-ewwel quddiesa mill-knisja tasSiġġiewi kienet ixxandret is-Sibt 14 ta’ Marzu 2020 fl-4:00pm. L-għada xxandret quddiesa oħra fid9:00am. Dawn ix-xandiriet bdew jiġu trażmessi permezz ta’ mobile li tista’ tgħid qdiena tajjeb flewwel xhur tal-pandemija. Ta’ min jirrimarka li dawn ix-xandiriet kienu jsegwuhom b’mod dirett madwar 150 persuna kull darba.
qed tiġi installata wkoll sistema ġdida tas-sound tal-knisja u dan kompla għen biex il-kwalità taxxandir ikun tal-ogħla livell.
Minn meta ġiet installata din is-sistema u wara li reġa’ beda jsir il-quddies fil-knejjes b’mod normali, ittieħdet id-deċiżjoni li nkomplu nxandru b’mod regolari l-quddiesa tad-9:30am kull nhar ta’ Ħadd. Għall-benefiċċju tal-persuni nieqsa mis-smigħ bdejna noffru wkoll is-servizz tal-interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija.
1688
Ġabra fil-ħruġ min-niċċa 1741
Ġbir fil-knisja lejlet u nhar il-festa 2203
Ġabra fid-dħul tal-purċissjoni 1805
Ġbir għad-dawl tat-toroq 2063
Kaxxa quddiem San Nikola (ġbir minn Lulju 2021 sa Ġunju 2022) 956
Donazzjonijiet u Souvenirs
fil-bieb tal-knisja 439
Ġabra nhar is-6 ta’ Diċembru 2021 572
Total €22,793
Dħul €22,793
Ħruġ €25,310
Żbilanċ €2,517
L-offerti li ngħataw
flok bukketti għall-fond tar-restawr tal-knisja kienu ta’ €2860
Mill-ewwel inħasset ukoll il-ħtieġa li ntejbu s-servizz provdut u b’hekk bdejna r-riċerki meħtieġa biex naraw kif nistgħu nagħmlu dan. L-ewwel pass li għamilna kien li daħħalna l-internet fil-knisja parrokkjali. L-installazzjoni tal-internet kienet saret l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa, jiġifieri fit-8 ta’ April 2020. Għamilna dan biex nassiguraw li nwasslu fid-djar it-Tridu tal-Għid mingħajr qtugħ tal-internet għalkemm waqt il-glorja tal-Vejla tal-Għid xi ħadd bi żball flok xegħel id-dawl tal-knisja tefa l-main u nqatgħet ittrażmissjoni.
Wara li kkonkludejna r-riċerka tagħna, xtrajna sistema tal-istreaming kompluta li tikkonsisti minn hardware kif ukoll cameras motorizzati li ġew installati bil-wiring b’kollox minn Carlos Borg, is-sagristan. Din is-sistema l-ġdida żżanżnet nhar il-Ħadd 14 ta’ Ġunju 2020. Barra l-produzzjoni eċċellenti tat-trażmissjoni, is-sistema ġiet ikkonfigurata biex tista’ tiġi kkontrollata b’mod remot. F’dan iż-żmien kienet
Barra t-trażmissjonijiet tal-quddiesa talĦadd, il-parroċċa bdiet tittrażmetti wkoll quddies speċjali bħall-Ewwel Tqarbina, il-Griżma tal-Isqof, it-Tridu tal-festa, il-quddiesa solenni ta’ nhar il-festa u okkażjonijiet oħra. Funerali u tiġijiet bdew jiġu trażmessi wkoll meta jkun hemm talba għalihom mill-familjari speċjalment meta kellek familjari li ma setgħux jivvjaġġaw minħabba r-restrizzjonijiet jew kienu kwarantina. Diversi drabi ġejna mitluba minn Xejk TV biex ixandar ilquddiesa ta’ nhar ta’ Tnejn filgħaxija kif ukoll ta’ funzjonijiet oħra.
Matul il-pandemija, il-Media Team iffoka wkoll bis-sħiħ il-preżenza tal-parroċċa fuq ilpaġna ta’ Facebook. Dan serva ta’ sostenn lillkomunità tagħna għax bqajna nwasslu messaġġi spiritwali u l-avviżi tal-parroċċa, fost oħrajn, fiddjar tas-segwaċi. Fis-sentejn tal-pandemija, ilpaġna ta’ Facebook tal-parroċċa kellha ’l fuq minn 8,174 segwaċi u ġew ippubblikati aktar minn 1,218-il post b’medja ta’ post jew tnejn kuljum. Ta’ min jinnota li rajna żieda ta’ nies b’età ta’ bejn il35 u l-44 sena.
Nagħlaq billi nirringrazzja lill-membri kollha tal-Media Team tal-parroċċa li matul dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija tal-COVID-19 għarfu jagħmlu l-aħjar użu tat-teknoloġija tal-informatika biex jibqa’ jinżamm kuntatt mal-parruċċani kif ukoll biex din tintuża bħala għodda tajba għallevanġelizzazzjoni.
6 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 7 Taqsima 1: Ħidma Pastorali
Skennjani
Rendikont tal-Festa ta’ San Nikola Ġunju 2022 Ħruġ € Dawl tal-festa 6800 Kiri ta' meters tad-dawl tat-toroq 480 Orkestra 4160 Stampar tal-magazin IS-SIĠĠIEWI 4811 Donazzjoni lid-Dar tal-Providenza 1688 Servizzi fil-Liturġija 445 Fjuri 448 Bibiti 2453 Daqq ta' qniepen 410 Fratelli 415 Ħlas lill-Banda Unjoni 1200 Assikurazzjoni 200 Donazzjoni lill-Baned Lokali u lill-Għaqda tan-Nar 1800 Total €25,310 Dħul € Ġabra bl-envelopes u offerti għall-magazin
Reklami
5376
5950 Ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza
SLIEM - AWGURI - GRAZZI mill-Komunità Siġġiwija
li żgur se tkun apprezzata mill-komunità Siġġiwija kollha.
INSELLMU
• Lil Jesmond Schembri (mis-Siġġiewi, għalkemm fil-preżent joqgħod il-Mosta), li l-Ħadd 21 ta’ Mejju ġie ordnat Djaknu fi ħdan il-komunità Griega-Kattolika, fil-Knisja ta’ San Nikola, fil-Belt Valletta.
• Lil Sr Clementina Buhagiar FCJ li l-Ħadd 21 ta’ Mejju ċċelebrat il-50 anniversarju millProfessjoni Solenni bħala Soru Franġiskana talQalb ta’ Ġesù.
• Lil Mons. Paul C. Vella u Dun Nikol Pace, Patri Joseph Zahra O.P. u Patri Bernard Falzon MSSP li qegħdin jiċċelebraw il-35, l-20 u l-10 anniversarju rispettivament mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom.
• Lis-Sur CARMEL CASCUN li mar għal dejjem igawdi lill-Mulej fil-25 ta’ Awwissu 2022. Għal diversi snin huwa serva bħala President talFondazzjoni Patrimonju Siġġiewi li tgħin biex ilwirt kulturali u artistiku fil-parroċċa tagħna jiġi kkurat, issalvagwardjat u mkabbar.
• Lil Mons. RICHARD BORG li beda jaqsam mal-Mulej il-ferħ ta’ dejjem nhar il-Ħamis 6 t’April 2023. Fr Richard, kif konna nsibuh, kien arċipriet tal-parroċċa tagħna bejn l-1994 u l-2001. Ma ninsew qatt il-ħidma pastorali li wettaq fostna u b’mod speċjali r-restawr tal-vara tal-qaddis patrun tagħna San Nikola fl-1998. Nibqgħu niftakru fih fit-talb tagħna.
NIFIRĦU
• Lil Madre ILARIA SCHIAVONE li issa bdiet tmexxi l-komunità tas-Sorijiet Franġiskani filparroċċa tagħna. Nawgurawlha l-ħidma t-tajba u nitolbu għaliha u għal ħutha s-sorijiet li matul is-snin taw kontribut siewi fil-ħajja spiritwali u edukattiva tagħna s-Siġġiwin.
• B’ferħ nilqgħu fostna lil Rev. DUNSTAN XUEREB, wild ir-raħal tagħna, u lil Rev.
JONATHAN DEBATTISTA minn Ħal Tarxien. Wara diversi snin jagħtu
s-servizz tagħhom f’parroċċi oħra, issa bdew fażi ġdida fil-
ħidma pastorali tagħhom fi ħdan il-parroċċa tagħna. Merħba bikom!
• Lil JOSEPH MARY PACE li, fuq inizjattiva personali, ġabar fi ktieb uniku t-tagħrif kollu possibli dwar il-knisja parrokkjali tagħna. Kull familja Siġġiwija għandha tara li f’darha jkollha kopja dwar wieħed mill-isbaħ tempji li hawn f'pajjiżna.
• Lil Patri ANTON FARRUGIA OFM li qed ifakkar il-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Biex ifakkar dan l-avveniment speċjali għalih, huwa se jagħti donazzjoni lill-knisja tagħna
• Lis-Sinjuri NICHOLAS VELLA, surmast talBanda ‘San Nikola’, NIKOLA BUGEJA, BRIAN CACHIA, EPIFANIO VELLA u EMAN CIAPPARA li fl-okkażjoni ta’ Jum is-Siġġiewi 2023 irċevew l-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi mis-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca, President Emeritu, waqt serata li saret fil-knisja parrokkjali nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu li fiha tfakkar ukoll il-140
anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali u l-Banda ‘San Nikola’. Nifirħu wkoll lis-Sur FRANS MIZZI li ngħata Ċertifikat ta’ Rikonoxximent. Nirringrazzjawhom għas-servizz tagħhom lillkomunità Siġġiwija u napprezzaw il-ġid u l-ġieħ li għamlu u għadhom jagħmlu lil raħal twelidna u ’l pajjiżna.
NIRRINGRAZZJAW
Lil Dott. GEORGE SAID ZAMMIT għasservizz li ta lill-parroċċa tagħna bħala moderatur tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Nawgurawlu fil-ħidma ġdida tiegħu b’risq pajjiżna bħala ambaxxatur Malti fil-Kuwait.
Lir-Rev. JEAN CLAUDE SCHEMBRI għasservizz pastorali li ta lill-parroċċa tagħna mill2020. Nifirħulu u nawgurawlu għall-irwol ilġdid li ngħata bħala Chaplain tal-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat.
8 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 9 Taqsima 2: Familja Siġġiwija
L-esperjenzi
ta’ Vincent Caruana
Rifuġjat Senglean fis-Siġġiewi
Vincent (Ċensinu) Caruana twieled l-Isla fit-30 ta’ Ġunju 1922 u f’żgħożitu kien engine fitter il-Power Station tal-Furjana. Ħajtu kienet marbuta mal-Port ilKbir u l-attivitajiet navali tal-flotta u tal-Imperu Ingliż. Id-dinja tiegħu – li kienet tikkonsisti minn industrija fil-qalba urbana ta’ Malta – ma setgħetx tkun aktar imbiegħda minn dik li fiha kienu jgħixu s-Siġġiwin f’raħal maqtugħ għalkollox millkummerċ u mid-deċiżjonijiet tal-politika. Qatt qabel ma kellu x’jaqsam ma’ dan ir-raħal fejn innies, it-tradizzjonijiet, u l-ħajja ta’ kuljum kienu totalment differenti minn dawk kollha li Ċensinu kien trabba fosthom. Ilkriżi tal-Gwerra qallbet id-dinja ta’ taħt fuq u kellha tlaqqa’ lil dan ilġuvnott ma’ soċjetà li hu ma kellux ħjiel tagħha.
Kmieni filgħodu fil-11 ta’ Ġunju 1940, Ċensinu kien qiegħed fis-sodda jaqra l-faxxikli fuq l-istorja ta’ Toni Bajjada waqt li ommu kienet il-knisja ta’ San Filippu għall-quddiesa.
Ftit qabel is-sebgħa feġġew l-ajruplani Taljani u l-gżejjer Maltin sfaw attakkati għall-ewwel darba mill-qawwiet talajru. Dak il-ħin, oħt Ċensinu kienet fuq il-bejt taħsel il-ħwejjeġ; u taħsel baqgħet għax ħasbet li dawn kienu manuvri militari min-naħa tal-forzi Ingliżi. Ommu marret tiġri lura d-dar tħeġġeġ lil kulħadd biex jiġbor li jista’ fis-soror ħalli jmorru joqogħdu xi mkien ieħor. Missierhom u sħabu nqabdu taħt il-mina tad-Dwana fix-xatt tal-Belt u baqgħu jistkennu hemm sakemm kellhom imorru x-xogħol. Aktar tard dik il-ġurnata, Ċensinu u familtu ġew evakwati f’Raħal
Ġdid minn fejn ftit wara reġgħu nqalgħu u spiċċaw is-Siġġiewi.
L-ewwel post li l-familja Caruana kienet ġiet assenjata fih kien il-mużew tas-subien fi Triq il-Knisja l-Qadima. Matul ix-xhur ta’ wara, il-popolazzjoni tas-Siġġiewi kibret bir-riżultat
tal-gzuz ta’ rifuġjati li kienu qed jittamaw li jsibu akkomodazzjoni ’l bogħod kemm jista’ jkun millPort, kif kienet issuġġeriet l-Amministrazzjoni.
Matul it-tieni nofs tal-1940, Ċensinu kien dara
jmur ix-xogħol il-Power Station u kien ukoll dara
l-ħajja ta’ kuljum ġewwa r-raħal. Meta kien ikun is-Siġġiewi u kienet tibda tnewwaħ is-sirena minn
ġol-għassa – li dak iż-żmien kienet f’Dar Ommna
Marija – kien jara fejn se jidħol jinħeba f’leħħa ta’ berqa. Qabel ma tħaffru x-xelters, in-nies kienu jistkennu jew taħt xi mejda b’saħħitha jew inkella
taħt xi arkata. Meta x-xelters kienu tħaffru, kien
ġieli anke joqgħod fil-bokka u jara d-dogfights
bejn l-ajruplani Ingliżi u dawk Taljani u Ġermaniżi.
Fil-ħin liberu tiegħu kien imur jimxi qalb ir-raba’
tal-madwar għax, fi kliemu, mhux li kien hemm
ħafna affarijiet x’tagħmel biex tgħaddi l-ħin.
F’Diċembru kienu marru lura l-Isla għax
ħasbu li l-gwerra ma tantx
kien fadlilha. Iżda ftit
ġimgħat wara, f’Jannar tal1941, il-Ġermaniżi ħebbew
għal Malta. L-ewwel attakki
tant kienu feroċi li l-familja
Caruana ma kellhiex għażla
ħlief li tiġi lura s-Siġġiewi.
Dik id-darba r-raħal kien
donnu se jinfaqa’ bilbarranin li kienu qishom ma ridux jieqfu jiġu millKottonera. Ma kienx hemm
fejn toqgħod labra l-pjazza; kulħadd jippassiġġa barra
jittama li jsib post fejn
joqgħod. Jiftakar ċar meta
Ċensinu u żewġt iħbieb quddiem Dar Ommna Marija (dak iż-żmien l-għassa tal-pulizija)
l-1945 u l-1950
l-kappillan Dun Saver Mangion u s-surġent talpulizija kienu flimkien iħabbtu l-bibien jiċċekkjaw fejn setgħu jdaħħlu aktar familji. Is-sens ta’ solidarjetà li ntwera dakinhar kien tanġibbli, tant li l-episodju għadu stampat f’moħħu u l-memorji li reġgħu tfaċċaw kienu saħansitra jqanqlu d-dmugħ. Il-Mużew reġa’ mtela bin-nies. L-Oratorju kellu jinqasam bejn il-familji billi ddendlu lożor twal sal-art sabiex kull familja jkollha l-ispazju tagħha, u l-Palazz Ta’ Fiefu kien ingħata lir-rifuġjati.
Kulħadd kien imħallat ma’ xulxin, familja ma’ familja, u l-privatezza kienet skarsa.
F’Awwissu tal-1941, Ċensinu spiċċa nġabar
bil-lieva u qatta’ kważi ħames snin fuq il-kanuni tar-Royal Malta Artillery fejn kellu jara minn kollox. Kien stazzjonat f’diversi postijiet madwar Malta u ra wkoll lill-SS Ohio dieħel fil-Port fil15 t’Awwissu tal-1942. Inklużi ma’ dawn ilmemorji, jiftakar ukoll l-għaks tal-ikel, il-kupuni tar-razzjon, il-Victory Kitchens, il-bombi li qishom ma setgħu jieqfu jinżlu b’xejn, u fl-aħħar, ilkapitulazzjoni tal-Italja fit-8 ta’ Settembru 1943. Dakinhar inzerta kien l-Isla u ma felaħx jistenna jaqsam l-aħbar. Mexieha mill-Isla sas-Siġġiewi fejn kien wasal fl-erbgħa ta’ filgħodu.
Skont Ċensinu, l-unika ħaġa pożittiva li ġabet magħha l-Gwerra kienet il-laqgħa tiegħu f’dan irraħal (li dak iż-żmien kien għadu) trankwill. Ma seta’ kellu l-ebda idea, imma Ċensinu b’kollox kellu jqatta’ ħdax-il sena minn ħajtu fost is-Siġġiwin
fejn, fi kliemu, kien ‘fil-glorja’. Il-kunflitt serva biex ħatt il-ħitan bejn żewġ nazzjonijiet li dak iż-żmien kien hemm baħar jaqsam bejniethom f’dawn ilgżejjer. Ġie parti mill-komunità u kien għamel ħbieb ġodda tant li saħansitra għadu jsemmihom illum ’il fuq minn 80 sena wara. Kien jieħu sehem fid-drammi li kienu jsiru ċ-Ċirklu (illum iċ-ċentru taż-ŻAK, maġenb il-knisja parrokkjali), fejn wieħed mill-ikbar ħbieb tiegħu kien Ġilardu Vella (1909-1974). Tant kibret il-ħbiberija bejniethom li Ċensinu ma kienx sabha bi tqila biex jaċċetta li joqgħod parrinu u anki xhud fiż-żwieġ tat-tieni tifel tiegħu, il-mibki Emanuel ‘Lolly’ Vella (19362017). Barra Ta’ Ġilardu, il-laqmijiet Ta’ Paċpaċ, Tas-Sagristan u Tal-Ħanxul kienu faċli biżżejjed għalih biex jiftakarhom. Deċennji wara, it-tbissima fuq fomm dan ir-raġel hija frott tal-memorji sbieħ u tal-ħbiberiji b’saħħithom li Ċensinu kien fortunat biżżejjed li esperjenza. Dawn il-memorji, flimkien ma’ oħrajn, jistgħu jinstemgħu f’aktar dettall fuq is-sit www.memorja.com, proġett tal-istorja orali mmexxi mill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta.
Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lill-Arkivji Nazzjonali tar-ritratti ma’ dan l-artiklu.
10 Festa San
2023
2023 11
2:
Nikola
Festa San Nikola
Taqsima
Familja Siġġiwija
Vincent 'Ċensinu' Caruana fl-erbgħinijiet
James Baldacchino
Ġanni Zammit Tal-Ħanxul u Ċensinu waqt il-festa ta' San Nikola fis-snin 40
bejn
Edgar Pace tas-Sagristan, Ċensinu u r-rifuġjati Tommy Seychell u Frankie Camilleri ġewwa Għar Lapsi bejn l-1945 u l-1950
Bl-interċessjoni ta' San Nikola
Huwa twemmin b’saħħtu, l-aktar fostna s-Siġġiwin, li meta nduru għall-għajnuna lejn il-qaddis patrun tagħna San Nikola fi żmien ta’ bżonn, huwa ma jċaħħadniex milli jinterċedi għalina. Huma ħafna l-grazzji li nqalgħu lil min talab lil San Nikola li smajna bihom u ġew reġistrati uffiċjalment u oħrajn li baqgħu mistura fil-qlub ta’ individwi.
Jien se nikteb dwar żewġ episodji reali li kont involuta fihom personalment biex nuri li meta nfittxu l-appoġġ ta’ San Nikola, hu ma jonqosniex mill-għajnuna tiegħu.
F’Settembru tal-1973, il-Ħadd filgħaxija, hawn fis-Siġġiewi, tifla ta’ sena u nofs mimlija saħħa, f’daqqa waħda nfexxet tingħi u tibki. Flaħħar raqdet ftit; imma wara ftit reġgħet qamet tibki u għaddiet il-lejl kollu hekk. L-għada filgħodu bagħtu għat-tabib għax telgħalha d-deni. Dan eżaminaha u taha l-mediċina li kellha bżonn. Ittifla ma kinitx tiekol; u tixrob mill-inqas, u b’ħafna żegħil. Matul il-ġurnata u mal-lejl kienet torqod ftit u meta tqum tibda tibki u tingħi. Damet ġimgħa sejra hekk u għalkemm ngħatat diversi mediċini, is-sitwazzjoni tagħha baqgħet ma marritx għallaħjar. It-tabib sa demm ħadilha iżda mit-testijiet ma rriżulta xejn gravi u l-isptar qatt ma bagħatha.
Is-Sibt kienet magħdura sew, ħafna aktar mis-soltu. Ommha marret għat-tabib u baqgħet ġejja għandi għax kienet taf li jiena dejjem ikolli flixkun bil-manna ta’ San Nikola. Talbitni mmur magħha biex nagħmlilha ftit manna u fl-istess ħin ngħidu talba. Jien mort magħha u meta dħalt insib lit-tifla fis-sodda tagħha, la naf hix ħajja jew mejta, tant kemm kienet mitluqa. Ommha ma riditx tidħol ħdejha għax ħasbitha mejta. Bil-manna, jien għamiltilha salib fuq moħħha, fuq fommha u fuq sidirha u għedt it-talba. Bdejt inħares lejha, nitlob lil San Nikola li hu protettur tat-tfal. F’daqqa waħda, wara ftit minuti, din it-
tifla werżqet twerżiqa kbira tant li anki lili ħasdet! Ommha bdiet tibki u tgħajjat, “Telqitli binti! Din l-għaxwa tal-mewt!” Wara ftit it-tifla qamet bilwieqfa u bdiet taqbeż fis-sodda, qisu qatt ma kellha xejn! Saħansitra t-tabib baqa’ skantat meta raha.
Każ ieħor kien meta dħalt l-isptar biex neħles lit-tifel iż-żgħir tiegħi peress li l-ħlas kellu jsir permezz ta’ intervent ċesarju. Meta nkun qed inlesti l-basket għall-isptar, dejjem nara li nieħu miegħi l-flixkun żgħir bil-manna tal-qaddis flimkien mat-talba.
Fil-kamra maġenb dik li kont fiha jien kien hemm tliet nisa tqal li kienu hemm għall-mistrieħ u għall-ebda raġuni ma setgħu jinżlu mis-sodda. “Se ndumu hawn,” qaluli. Fl-istess kamra kien hemm mara oħra li ma kinitx taf meta se jagħlqilha
ż-żmien għall-ħlas u kellhom jagħmlulha xi testijiet. Kont spiss immur ħdejhom u d-diskors waqa’ fuq il-manna ta’ San Nikola li permezz tagħha naqilgħu l-grazzji. Qatt ma kienu semgħu biha u ħasbuha bħal tajjar, kif insibu fir-rakkont bibliku meta l-Lhud kienu fid-deżert. Xtaquni nagħtihom minnha, naħseb aktar għall-kurżità!
Sħaqt magħhom li din mhix xi ċajta u nagħmluha b’att ta’ fidi. Ilkoll għamiltilhom ftit manna u għedna talba flimkien. Il-mara li kienet qiegħda hemm għat-testijiet, xtaqet ukoll li nagħtiha s-santa ta’ San Nikola. Din kienet l-unika waħda
il-post minn fejn tinġabar il-manna ta' San Nikola
li kelli u ma xtaqtx nagħtihielha. Kont xtrajtha mingħand Dun Ġużepp Aquilina (Ta’ Randa) li kienu ġabuhomlu minn Bari. Kont qassamt diversi santi u żammejt din il-waħda għalija. Għalhekk ma xtaqtx nitlaqha minn idejja għax bejni u bejn ruħi ħassejt li, jekk nitlaqha, ma nerġax naraha iktar! Imma hi wegħditni li tibgħathieli lura bil-posta u żammet kelmtha għax wara xi żmien irċevejtha u magħha bagħtitli lira biex nixgħel xemgħa lil San Nikola. Għarrfitni li kollox mar b’wiċċ il-ġid u kellha tifel.
L-għada xtrajt lil ibni u lin-nisa tqal l-oħra ma rajthomx. Għalhekk staqsejt għalihom. Mara li kienet ħelset u li kienet fil-kamra ta’ ħdejna
Nota Editorjali
Nixtiequ iktar insiru nafu b’każijiet ta’ fejqan u bi grazzji li nqalgħu bl-interċessjoni ta’ San Nikola. Għalhekk nistednukom sabiex tgħaddulna t-tagħrif billi tkellmu lill-editur (Nikol Bezzina) jew lill-arċipriet (Rev. Josef Mifsud). Il-kunfidenzjalità tiġi rispettata.
IT-TALBA
Din it-talba tingħad meta jagħtu l-manna ta’ San Nikola lill-morda:
Il-paċi magħkom. Xejn la tibżgħu. Alla bagħatni biex nagħtikom is-saħħa.
Jiena Nikola li issa qiegħed magħkom biex nurikom kemm tassew niswa.
Antifona:
O, ta’ min ifaħħarha t-tjubija ta’ Ġesù Kristu, li din għarrfet mad-dinja kollha l-merti kbar ta’ San Nikola, għaliex minn qabru ħiereġ żejt li jagħti s-saħħa u jfejjaq kull marid.
Sinjur, ħniena. Ġesù Kristu, ħniena. Sinjur, ħniena. Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes...
- Iddaħħalniex fit-tiġrib.
- Iżda eħlisna minn kull deni.
- Isa, Sinjur, għinna u lliberana f’ġieħ l-imħabba tiegħek.
għarrfitni li l-għada, xħin il-professur mar jagħmel ir-round visit, illiċenzjahom kollha u setgħu jmorru lura f’darhom, basta joqogħdu mistrieħa.
- F’ġieħ il-qaddis Nikola.
- Għin, o Sinjur, lil dan/din is-serv/a tiegħek.
- Li fik, o Alla tiegħu/tagħha, hu/hi jittama/ tittama.
- Għinu/Għinha, o Sinjur, mis-sema
- U minn Sijon ċelesti ħarsu/ħarisha.
- Itlob għalih/a, o Beatu Missier tagħna San Nikola
- Sabiex jistħoqqlu/jistħoqqilha l-wegħdiet ta’ Sidna Ġesù Kristu.
- Sinjur, isma’ t-talb tiegħi.
- U l-għajta tiegħi tasal sa quddiemek.
Nitolbu.
O Sinjur Alla li tista’ kollox, bil-ħniena nitolbok li tagħtina dak kollu li nitolbu lill-Maestà Divina tiegħek għall-interċessjoni tal-Imqaddes Isqof San Nikola, u hekk, għall-merti tiegħu, inkunu nistgħu naqilgħu dan kollu.
F’ġieħ Ġesù Kristu Sidna. Ammen.
12
Festa San Nikola 2023
13
Festa San Nikola 2023
3:
Taqsima
San Nikola u l-knisja tagħna
Angela Cachia
Flixkun bil-manna ta' San Nikola
Ir-Restawr u l-Konservazzjoni
tal-Grupp tal-Golgota
fil-Kappella tad-Duluri
Fis-Siġġiewi sar u għadu qed isir ħafna xogħol ta’ restawr bil-għan li l-patrimonju reliġjuż tal-parroċċa jiġi rrispettat u ppreservat. F’Diċembru tal-2020 kellna l-opportunità li nlestu u ninawguraw proġett prestiġjuż ieħor: ir-restawr u l-konservazzjoni talkurċifiss u l-pittura li jżejnu l-altar tal-kappella talAgunija jew, kif inhi aħjar magħrufa, il-kappella tad-Duluri. Il-kurċifiss huwa xogħol ta’ Giovanni Battista Vanelli u l-pittura hija ta’ Michelangelo Marulli - imsejjaħ ‘il maltese’ - għax fil-fatt kien artist Malti li fl-1700 kien qed jaħdem f’Ruma.
Il-proġett beda billi l-ewwel ġbarna t-tagħrif eżistenti permezz ta’ riċerka storika. Grazzi għal din ir-riċerka tfajna dawl fuq informazzjoni li maż-żmien tkun kważi ntesiet. Sirna nafu li x-xogħol huwa tal-1700 u nħadem f’Ruma għallKonfraternità tal-Agunija fil-parroċċa tagħna. Din l-opra tal-arti hija xiehda tal-kapaċità talkomunitajiet rurali, bħal tas-Siġġiewi, li jordnaw u jakkwistaw xogħlijiet tal-arti ta’ din il-kwalità minn Ruma1, fi żmien meta l-komunikazzjoni ma kenitx daqshekk faċli bħalma hija għalina llum bil-mowbajl u l-mezzi soċjali!
Kif jikteb Debono, din il-kummissjoni hija marbuta mal-bini tal-altar tal-Kurċifiss il-ġdid li sar bejn l-1694 u l-1696. Il-knisja l-ġdida kienet għadha kemm inbniet fuq disinn ta’ Lorenzo
Gafà, ħu Melchiorre li dak iż-żmien kien ukoll qed jaħdem f’Ruma. Għaldaqstant, l-altar fil-kappella tad-Duluri kien wieħed mill-ewwel proġetti li saru fil-knisja l-ġdida2. U probabbli kien Lorenzo
Gafà nnifsu li kkomunika mal-artisti u ħa ħsieb
jissorvelja x-xogħol f’Ruma3. Dokumenti flarkivji tal-parroċċa jixhdu li sar ħlas ta’ 23 skud
Ruman lil Vanelli għall-iskultura u li saru żewġ
pagamenti separati ta’ 30 skud u 13-il skud lil
Marulli għall-pittura u possibilment
għall-polikromija tal-kurċifiss. Ixxogħlijiet waslu Malta fl-4 ta’
Jannar 1701
Proġett ta’ Konservazzjoni
Agatha Grima
Mill-bidu nett konna nafu li kemm il-kurċifiss kif ukoll il-pittura kienu qed isofru minn ħsara estensiva. Għaldaqstant l-opri ġew dokumentati u studjati fil-post sabiex nifhmu l-kundizzjoni
tagħhom u nfasslu pjan ta’ konservazzjoni u restawr. Il-proġett ġie ffinanzjat mill-Bank of Valletta u ta’ dan nixtieq nirringrazzja lis-Sur Charles Azzopardi tal-interess u l-impenn tiegħu.
Il-proġett inħadem fis-sala taċ-Ċirklu fejn aħna komplejna billi ġbarna informazzjoni permezz ta’ dokumentazzjoni xjentifika, analiżi, u investigazzjoni fiżika-ottika. B’hekk ġbarna informazzjoni dwar it-teknika oriġinali u l-kundizzjoni fraġli li kienu jinsabu fihom il-pittura u l-kurċifiss. Waqt dan iż-żmien identifikajna numru ta’ interventi li saru fil-passat fuq is-saffi oriġinali.
dgħajjef ħafna. Kellha tiċrit fil-postijiet fejn f’nofs is-seklu dsatax kienu twaħħlu kuruna u sejf talfidda. Kien hemm ukoll tiċrit ieħor lejn ix-xifer talpittura biswit il-Madonna. Waqt restawr fl-antik dawn kienu ġew imsewwija billi twaħħlu biċċiet ta’ xoqqa minn wara. L-istess bħall-kurċifiss, ilpittura kellha żebgħa żejda fuq l-oriġinal flimkien ma’ diversi legi ta’ verniċ antik li ġew applikati f’interventi differenti maż-żmien. Dawn is-saffi ta’ verniċ ossidat u skur, flimkien ma’ ħmieġ u trab li nġabar mas-snin, kienu qegħdin jaħbu palette ta’ kuluri b’saħħithom u dettalji oriġinali li qabel ittindif wieħed bilkemm seta’ jarahom.
Il-pittura bid-dawl mill-ġenb (in raking light) qabel
ir-restawr. Il-pittura kellha ħafna ħsara strutturali inkluż deformazzjonijiet, tiċrit u telf fis-saffi kollha.
Kellha wkoll ħafna saffi ta’ verniċ applikat maż-żminijiet
li skuraw u ħbew il-kuluri oriġinali tal-artist u dettalji
fil-pittura. Innotaw kif il-forma tas-salib tidher fuq wiċċ
il-pittura. Dan primarjament minħabba trattamenti
li saru fil-post waqt li s-salib kien imwaħħal quddiem
il-pittura kif ukoll minħabba li l-partijiet kienu esposti
għal ambjent differenti.
Waqt intervent antik biċċtejn xoqqa twaħħlu fuq wara tal-pittura fil-post tat-tiċrit. Kull materjal applikat waqt intervent antik ġie mneħħi waqt il-fażi tat-tindif.
Il-kurċifiss, li huwa skolpit fl-injam u mbagħad polikromat (mogħti legi ta’ ġibs u żebgħa) kellu partijiet dgħajfa minħabba infestazzjoni antika f’partijiet speċifiċi u minħabba ċ-ċaqliq talinjam li ħallew xquq u partijiet mitlufin fis-saffi ta’ fuq. Is-salib u l-iskroll tal-INRI wkoll kellhom l-istess tip ta’ ħsara. Il-korp kellu żebgħa żejda u legi ta’ verniċ antik li ġew applikati f’numru ta’ interventi matul iż-żmien. Dawn, flimkien malħmieġ u t-trab li nġabar mas-snin, kienu qegħdin jaħbu d-dehra oriġinali tiegħu.
Il-pittura wkoll instabet fi stat dgħajjef. Mażżmien iddendlet u żżaqqet peress li ġiet esposta għal tixrib u umdità żejda kif ukoll minħabba l-fatt li t-tilar awżiljarju (li kienet miġbuda fuqu) kien
B’din l-informazzjoni kollha miġbura, stajna nfasslu trattament speċifiku maqsum fuq tliet fażijiet. L-ewwel fażi kienet tinkludi t-tindif u t-tneħħija ta’ materjali żejda għall-pittura u għall-kurċifiss. It-tieni fażi inkludiet it-tisħiħ strutturali fejn kull parti tal-injam tal-kurċifiss ġiet ikkonsolidata u diżinfettata, u l-pittura ġiet konsolidata u reintelata. B’hekk il-pittura ġiet imsaħħa bil-ħsieb illi l-elementi tal-fidda setgħu jerġgħu jitwaħħlu mingħajr ma jikkawżaw ħsara jew stress żejjed lill-materjal oriġinali tagħha. Ġiet miġbuda fuq tilar awżiljarju ġdid li ppermettielna niġbduha bl-aktar mod ħolistiku. B’hekk il-pittura għandha kundizzjonijiet aktar stabbli li joffru preservazzjoni anke għall-futur. L-aħħar fażi inkludiet l-integrazzjoni estetika fejn kull lakuna ġiet mimlija b’materjal riversibbli u integrata biex taqbel mal-kuluri oriġinali tal-madwar. Fl-aħħar
Il-pittura minn wara, wara li tnaddfet u waqt il-preparazzjoni għat-tisħiħ strutturali.
14
Festa San Nikola 2023
15
Festa San Nikola 2023
3:
Taqsima
San Nikola u l-knisja tagħna
Il-pittura wara r-reintelar
nett tajna l-applikazzjonijiet ta’ saffi protettivi. Grazzi għal dan iż-żmien ta’ studju u trattament, barra li rnexxielna nsaħħu u nippreservaw ilmaterjal strutturalment, irnexxielna wkoll nippreżentaw l-opra bl-iktar mod fidil lejn l-istat oriġinali tagħha. Il-kurċifiss reġa’ ħa d-dehra u l-kuluri tiegħu, waqt li fil-pittura l-kuluri ħarġu iżjed b’saħħithom u l-figuri madwar il-kurċifiss sabu posthom. Dettalji bħas-sħab u l-belt wara l-figuri issa jistgħu jinqraw b’mod iktar ċar.
Bħalissa t-tim għaddej b’xogħol prestiġjuż ieħor tar-restawr u l-konservazzjoni tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Mariano Gerada, maħduma fl-1808. L-għan huwa li nsaħħu l-patrimonju li writna waqt li nkabbru l-għarfien fuq l-importanza li napprezzaw u nibżgħu għal dak kollu li ħadmu għalih ta’ qabilna.
Bħas-soltu nixtieq nirringrazzja lil kull min jagħti sehmu biex proġetti bħal dawn iseħħu. Grazzi lir-Rev. Arċipriet Josef Mifsud, lis-Sur Charles Azzopardi, lis-Sur Carlos Borg u lil dawk
li jassistuh fix-xogħol tal-knisja, lis-Sur Manuel Ciantar, lis-Sinjura Suzanne Ciantar Ferrito u littim tiegħi kollu.
1 Debono Sandro, ‘Michelangelo Marulli – A Maltese Painter in Rome,’ TREASURES OF MALTA, Summer 2005.
2 Fl-1708 l-Isqof Cocco Palmieri ddeskriva dan l-altar bħala altar li għandu żewġ pari kolonni fuq kull naħa tal-pittura flimkien ma’ xogħol ieħor dekorattiv fil-ġebla.
3 Debono, ibid. Nafu li Lorenzo Gafà fl-1699 kien jinsab f’Ruma sabiex jissorvelja proġett ieħor għall-knisja konventwali ta’ San Ġwann fil-Belt.
Dettall mill-kurċifiss taħt l-UVIVF fejn wieħed jista’ jaqra l-ammont kbir ta’ rtokk u ċ-ċarċir tal-verniċ antik
Eżamijiet taħt x-rays kienu parti mill-investigazzjoni xjentifika li għenitna nifhmu aħjar diversi fatturi inkluż il-mod kif ġew maħduma l-opri
Preżentazzjoni waqt iż-żmien ta’ trattament
Dettall mill-pittura waqt it-trattament
Wiċċ il-Madonna waqt investigazzjonijiet fiżiċi bl-użu tal-ultra violet induced visible fluorescence (UVIVF) fejn wieħed seta’ jagħraf il-legi ta’ rtokk u verniċ antik, kif ukoll ħmieġ fuq il-wiċċ taż-żebgħa oriġinali
Dettall mill-kurċifiss waqt it-trattament
Il-kurċifiss waqt it-tisħiħ strutturali u l-konsolidament tal-injam
16
Festa San Nikola 2023
17
Festa San Nikola 2023
3:
Taqsima
San Nikola u l-knisja tagħna
Ir-Restawr fil-Kappella tad-Duluri
Il-ħidma fil-knisja tagħna tkompli bla waqfien
Bħalma nagħmel kull sena se ngħarrafkom dwar ix-xogħol li sar mill-aħħar festa ’l hawn fil-knisja
tagħna li aħna s-Siġġiwin tant kburin biha. Tajjeb ngħid li ħafna minn dan ix-xogħol isir b’mod volontarju u bl-għajnuna ta’ diversi benefatturi li nixtieq nirringrazzjahom tal-impenn u l-qalb kbira tagħhom. Bħas-soltu se nagħtikom tagħrif fuq fuq dwar ix-xogħol prinċipali li sar fil-knisja tagħna mill-bidu tal-2021 sa issa.
Tislima, Merħba u Ħajr
Qabelxejn nixtieq insellem il-memorja
tal-eks Arċipriet Mons. Richard Borg li mexxa l-parroċċa tagħna b’dedikazzjoni u mħabba għal iktar minn seba’ snin. Fi żmienu, fost l-oħrajn, niftakru r-restawr u l-induratura tal-vara ta’ San Nikola. Nagħti merħba wkoll lir-Rev. Dunstan Xuereb u r-Rev. Jonathan Debattista li bdew jagħtu s-servizz pastorali lill-parruċċani Siġġiwin minn din is-sena. Grazzi lir-Rev. Jean Claude Schembri tal-ħidma li wettaq b’dedikazzjoni fostna u taddisinn li tana għall-pjaneti.
Xogħol fuq il-kampnar
• Wara li l-qniepen ġew inawgurati nhar Ħadd il-Palm tas-sena l-oħra, kien għad fadal ħafna xogħol xi jsir fuqhom kif ukoll fuq il-kampnar. Imlejna bejn it-travi u l-ħajt bil-konkos u għalaqnieh bil-ġebel. Waħħalna l-injam bejn it-travu u t-tlett iqniepen iż-żgħar. Waħħalna l-kalamita tas-sajjetti mat-travi. Għamilna żewġ slielem, żbajna l-ilsna tal-qniepen u rranġajna ċ-ċuqlajta. Is-saqaf tal-kamra tal-arloġġ kien bilpjanċi u issa għamilnieh tal-konkos. Żbajna u kaħħalna fuq il-fil il-kampnar kollu minn ġewwa. Sar bieb ġdid tal-aluminju għall-kamra tal-arloġġ. Barra mix-xogħol fil-kampnar fejn hemm l-arloġġ u s-sett tal-qniepen, kien imiss li nduru għallkampnar l-ieħor fejn sar ilsien ġdid għall-qanpiena li twaħħlet ma’ travu ġdid bi brakits galvanizzati.
Sar ukoll tqaxxir u tikħil fuq il-fil mal-kampnar kollu.
• Nixtieq nirringrazzja lil Kevin Mallia talKamoy Engineering; Lino Aquilina għall-vann u ċ-chainblocks; Rodney Farrugia ta’ Nicholas Industries talli offra li jagħmel b’xejn il-bieb talkamra tal-arloġġ; Michael u Sander Bonello għalliscafolding; Anġlu Micallef għall-krejn u l-injam tax-shutter; Charlie Schembri għat-titqib fl-injam għat-tlett iqniepen iż-żgħar; Emanuel Abdilla għar-rimi tal-materjal fil-barriera; u lil sħabi l-voluntiera li għenuni f’dan il-proġett li issa huwa magħluq.
18
San
2023
19
Festa
Nikola
Festa San Nikola 2023
3:
Taqsima
San Nikola u l-knisja tagħna
L-opra qabel, u wara r-restawr u l-konservazzjoni, hekk kif tpoġġiet f’postha fil-kappella tad-Duluri
Dettalji tal-kurċifiss waqt u wara t-trattament
Ritratti: Agatha Grima Conservators, Manuel Ciantar u Suzanne Ciantar Ferrito
Carlos Borg
Xogħol fuq is-soqfa
• Ikun għalxejn li taħdem fuq il-ġewwieni talknisja jekk imbagħad ma tiħux ħsieb is-soqfa minn barra. Għalhekk braxt il-bejt kollu, fuq ittanbur tal-koppla u ċ-ċinta fejn kien hemm il-fili tad-deffun, u għamilna tila bil-liquid membrane fuqu.
Il-Kor
• Komplejna fejn ħallejna s-sena l-oħra fuq il-kor wara l-altar maġġur. Qlajna n-naħa l-oħra u l-injam ħadnieh għand il-kumpanija Salvarti għall-iffumigar ħalli neħilsu minn kull tip ta’ dud bħas-susa. Nirringrazzjaw lil Borg Bros għallġarr. Sar it-tqaxxir bl-idejn fuq l-injam tal-kor u wara ngħataw ix-xalakka u l-kulur. Iżda dis-sena dax-xogħol mhux se jkun lest peress li għandu iktar ħsarat min-naħa l-oħra fejn diġà lestejna. Ixxogħol qiegħed isir b’mod volontarju grazzi għal
Benny Cachia, Saver Ciantar, u Nikola
Zammit; ħajr ukoll lil Manwel
Saliba għall-gwerniċi. Sar ukoll
tqaxxir tal-ħajt u tikħil fuq il-
fil taħt l-injam fejn kien għad hemm iċ-ċangatura li kien hemm qabel sar l-irħam. Tajna pestiċida kontra t-termites u wara tajna l-konkos ta’ kontra l-umdità biex imbagħad fuqu poġġejna madum gress.
Disinn mal-ġnub tal-altari
• Daniel Mifsud, wara li lesta d-disinjar talaltari tar-Rużarju u tad-Duluri, beda jaħdem biex jerġa’ jagħti l-ħajja lid-disinni li kien hemm mal-altari tas-Sagra Familja (ta’ San Ġużepp) u dak tal-Erwieħ. B’paċenzja kbira, bi preċiżjoni u b’dedikazzjoni qed jagħmel din il-ħidma volontarja biex nerġgħu ngawdu mill-ġdid dawn id-disinni li konna se nitilfuhom għal dejjem.
Ganutell
• Din is-sena, wara nuqqas ta’ għaxar snin, se nerġgħu naraw l-erba’ vażuni tal-fidda fuq ilbradella tal-vara ta’ San Nikola bil-fjuretti talganutell li nħadmu minn Joshua Mercieca. Dawn se jiġu inawgurati fl-aħħar tridu tal-festa. Barra minn hekk sar rinovar ta’ kif se jeħlu l-fjuretti, grazzi għax-xogħol ta’ Mario Farrugia. Għamilna wkoll erba’ kaxxi tal-injam fejn inkunu nistgħu nerfgħuhom f’post adattat.
• Il-voluntiera li jaħdmu fuq il-ganutell qegħdin jagħmlu l-fjuretti tal-Via Sagra inkluż mad-dawra tas-salib fuq kull kwadru. Grazzi minn qalbi lil Matthew Spiteri, Nikol Buhagiar, Aloisia Pace, Doris Cachia, Kelina Balzan u Rita Sammut.
Il-vari tal-Madonna tar-Rużarju u tad-Dawl
• Kien wasal iż-żmien li l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, xogħol artistiku ta’ Marjanu Gerada, tingħata dawra sew peress li kienet fi stat imwiegħer. Miexi ġmielu x-xogħol fuqha mirrestawratriċi Agatha Grima fl-istudjow tagħha. Ħajr lil Borg Bros għall-ġarr.
• Qiegħed isir ukoll xogħol biex l-istatwa tassew sabiħa u unika tal-Madonna tad-Dawl titqiegħed f’niċċa adattata biex titgawda u titpoġġa għallqima fil-knisja. Chris Ebejer lesta d-disinn tanniċċa u issa għandna l-istima ta’ kemm se tiġi tiswa. Biddilna l-bradella li kellha u minflokha għamilna dik li kellu San Nikola fl-antik u li issa ġiet restawrata.
Xogħol ieħor
• Reuben Bonello qatagħlna faxxi taċ-ċangatura biex nagħmlu lqugħ fil-passaġġ tal-koppletti.
• Il-mastrudaxxa John Borg kompla jaħdem fuq parti oħra tas-sagristija fejn għamel in-niċċa għall-Irxoxt u l-parti ta’ ħdejha kif ukoll il-parti ta’ fuq fejn jintrefgħu t-tużelli.
• Fil-presepju tal-Milied sar xi tibdil: ġie mkabbar l-għar u nħadem drapp ġdid għall-parti t’isfel u saret blata ġdida bl-injam għal taħt ilBambin fil-ġilandra. Grazzi lil Reuben Aquilina, Dale u Nathaniel Sammut, u Lino Aquilina. Ħajr ukoll lil Margareth Bonello li għal bosta snin ħadet ħsieb tkabbar il-ġulbiena kemm għall-Milied kif ukoll għall-Altar tar-Ripożizzjoni.
• Saru erba’ lasti tal-fibre resin għall-istendardi tal-fratellanzi li jintramaw fil-festa ta’ San Nikola; saret ukoll lasta oħra iżgħar għall-bandalora.
• Għamilna xogħol ta’ tikħil fuq il-gwerniċi ta’ barra fuq in-naħa t’isfel tal-faċċata.
• Madre Ilaria Schiavone ħietet żewġ pavaljuni għall-antiporti tan-navi għall-jiem tal-festa. Doris Cachia biddlet il-frenża tal-purtieri ta’ kuljum talbieb il-kbir. Lucy Borg ħietet il-bandiera tal-Irxoxt, investi għat-tużell, il-leġiju, il-kapsula u l-ktajjen tal-linef.
• Sar ibbanjar tal-lampier ta’ kuljum bi ħlas mill-benefattriċi Mary Vella u l-erba’ forċini għallġarr tal-vara ta’ San Nikola li tħallsu minn Lino Aquilina.
• Ġew restawrati, iggalvanizzati u ngħataw il-kulur il-gradenzini li ħriġt is-sena l-oħra fuq l-altari tal-ġnub biex jitgawdew minnkom ilparruċċani.
• Id-dawra taz-zokklatura tan-navi għamiltha bi njam marin. Min-naħa ta’ fuq kaħħaltha u qlajtha ’l barra minn mal-ħajt biex tkun tista’ tgħaddi l-arja. Tajtha wkoll iż-żebgħa.
20
2023
Festa San Nikola
21
3:
Festa San Nikola 2023
Taqsima
San Nikola u l-knisja tagħna
• Sar stendard ġdid tal-fratellanza ta’ San Ġużepp, bi ħjata minn Rose Sammut.
• Għamilt sitt xemgħat għal żmien ir-Randan mal-kurċifiss li jintrema fuq l-altar maġġur.
• Il-qabar tal-Irxoxt ngħata ż-żebgħa u ġie indurat bid-deheb minn Publiju Magro talFurjana.
• Għall-festa tal-Madonna tal-Providenza li nieħdu ħsiebha aħna, ġie mżanżan pavaljun ġdid li Julian Borg ta parti mill-offerta għalih. Sar ukoll sfumar ta’ disinni tat-triq u forn għall-għaġin. Ħajr lil Reuben Aquilina, Colin Baldacchino u Nathaniel Sammut.
Xogħol fuq il-faċċata
• Biddilt u żidt il-listi tal-faċċata kollha li aħna magħrufin għaliha. Biddilt ukoll il-mains, għamilt viti tal-istainless steel, irranġajt id-disinn fuq is-salib tal-fontispizju, ħdejn is-Salvatur, wara l-Madonna, il-koppletti kollha u wkoll iċ-ċinet tagħhom, taħt il-kampnari u l-papiet u n-naħa t’isfel tal-faċċata. B’hekk dan il-proġett issa ġie magħluq.
• Fuq parir ta’ professjonisti fil-qasam talarkitettura, il-kolonni ma poġġejthomx fid-drapp biex nirrispetta l-lavur uniku tagħhom u - sabiex inkompli l-użanza antika meta missirijietna kienu jagħmluhom bit-tazzi taż-żejt - dawwarthom biddawl. Salvajt għadd ta’ holders tar-ram li qlajthom mil-listi tal-injam biex nerġa’ nużahom fuq il-listi l-ġodda tal-aluminju wara li naddafthom. Niżżi ħajr lill-benefattriċi Siġġiwija Mary Azzopardi li ħallset għall-aluminju kollu biex naħdimhom mill-ġdid. Biddilt il-pavaljuni tan-naħa t’isfel talfaċċata, grazzi għax-xogħol il-ġmiel tiegħu ta’ Lucy Borg.
Ringrazzjament
Waħdi ma nkunx nista’ nagħmel ix-xogħol kollu li tirrikjedi l-manutenzjoni tal-knisja kbira tagħna. Għalhekk ma nistax ma nirringrazzjax minn qalbi lill-grupp ta’ voluntiera li jgħinuni fosthom Żaren Borg, Benny Cachia, Saver Ciantar, Matthew Spiteri, Joseph Muscat, Dale Sammut, Charlie Bonello, Karmenu Balzan, Nathaniel
Sammut, Silvio Gatt, Mark Mangion, Mario Briffa, Manuel Micallef, Noah Sammut, Ruben Aquilina, Colin Baldacchino, Charlie Schembri, Neacail Camilleri, Charlie Farrugia, Nikola Formosa, Nikola Zammit; Joe Borg (minn Ħal Qormi); John Portelli, il-kampanari li jdoqqu l-qniepen, fosthom it-tfajjel Timothy Fenech; il-grupp ‘Santa Marta’ li jieħu ħsieb inaddaf il-knisja; Nikolina Vassallo u Marija
Sammut għat-tombla fil-festa tal-Madonna talProvidenza; Karmenu Borg għall-inbid li jintuża fil-quddies; Carmen Borg u Mary Gatt għas-sehem
tagħhom f’diversi attivitajiet; Marija Vassallo
u Joe Cutajar li jieħdu ħsieb iċ-ċimiterju; Rita
Schembri li tieħu ħsieb il-kappella ta’ San Mark; Nathalie Sammut li tiftaħ il-knisja ta’ San Ġwann
għall-adorazzjoni; Mario Pellicano u Dorothy
Balzan li jieħdu ħsieb iċ-Ċentru Santissima
Trinità; Carmen Camilleri li tieħu ħsieb il-knisja tal-Madonna tal-Providenza matul is-sena kollha; dawk li jgħinuna fil-ħobż ta’ San Nikola fi żmien
il-festa; il-voluntiera li jieħdu ħsieb it-tqassim
tal-magazins fid-djar; Jason Sciberras li jsellfilna
l-vann għall-ġarr; il-Kor ‘Santa Ċeċilja’ għassehem tiegħu fil-funzjonijiet matul is-sena kollha;
l-animaturi tal-quddies u r-reċtar tar-rużarju; ilfratelli u l-abbatini; lil dawk li jżejnu l-fjuri għallMilied u l-Altar tar-Ripożizzjoni; il-voluntiera li jagħmlu l-lotterija ta’ kull xahar; il-membri kollha
tal-Fondazzjoni Patrimonju Siġġiewi kif ukoll lill-Kunsill Lokali li dejjem sibna l-koperazzjoni tiegħu; u lis-Sur Nikol Bezzina, editur ta’ din ilpubblikazzjoni, u l-membri sħabu tal-bord.
Ħajr speċjali mingħandi lil marti Alison għassapport u l-kuraġġ kbir li tagħtini, lill-Arċipriet u l-Kleru, lill-Grupp tal-Armar, liż-żewġ Każini talBanda, lill-Għaqda tan-Nar, u fuq kollox lilkom isSiġġiwin għall-ġenerożità tagħkom biex issostnu knisja li tixraq lid-dar t’Alla u tal-apprezzament li dejjem turuna.
Kemm hu sabiħ li tara għadd kbir ta’ voluntieri li individwalment jew fi gruppi jagħtu s-sehem ġeneruż tagħhom biex issir festa WAĦDA u KBIRA kif jixraq lill-qaddis patrun tagħna. Nixtieq il-festa t-tajba lil kulħadd, b’mod speċjali lil dawk il-persuni li ma jistgħux fiżikament jiċċelebraw il-festa magħna.
VIVA SAN NIKOLA!
Il-kwadru tal-Assunta ġewwa l-knisja parrokkjali tas-Siġġiewi ftit li xejn seta’ jiġi apprezzat sa qabel ma beda l-proċess ta’ konservazzjoni u restawr. F’dan il-proġett delikat, fejn ġiet stabilizzata l-pittura li kellha diversi ħsarat u fejn inħareġ l-oriġinal li kien mgħotti taħt diversi saffi ta’ verniċ u interventi antiki, reġgħet ingħatat dinjità lil din ilpittura li għalkemm ma nafux ta’ min hi, però tidher li hija influwenzata mill-artist Mattia Preti.
Il-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr sar mid-ditta ‘AMY SCIBERRAS CONSERVATORS – FINE ARTS RESTORATION’ bis-saħħa talFondazzjoni Patrimonju Siġġiewi mmexxija mis-Sur Michael Vassallo, bl-appoġġ tal-Arċipriet Rev. Josef Mifsud, u bl-għajnuna finanzjarja provduta mill-‘Gal Xlokk Foundation’, taħt l-iskema ‘Leader’.
Jiena u t-tim tiegħi bdejna nistudjaw ilpittura b’mod xjentifiku sabiex nidentifikaw ilħsarat li kellha, il-manifattura tagħha u sabiex nifhmu sewwa minn xiex għaddiet il-pittura tul is-snin. Infatti, waqt dan l-istudju skoprejna li oriġinarjament il-bażi tal-pittura kien kwadru u mhux fit-tond kif narawha llum. U dan jikkonċidi mar-riċerka li għamel Dun Nikol Aquilina li jindika li din il-pittura nġabet minn knisja antika profanata li kienet tinsab is-Siġġiewi stess.
Il-proċess ta’ studju li sar kien jinvolvi wkoll dokumentazzjoni fotografika tal-pittura li sar flimkien mal-fotografi Manuel Ciantar u Suzanne Ciantar Ferrito.
Wara dan l-istudju preliminari, bdejna billi l-ewwel injettajna konsolidant fejn is-saff
pittoriku kien qiegħed jitfarfar, u għalhekk kien ser jintilef kieku ma sarx dan l-intervent ta’ konsolidazzjoni. Dan ippermettielna li nkomplu bit-tieni fażi tal-proġett li kienet tikkonsisti fittindif ta’ verniċi sofor u żebgħat mhux oriġinali li kienu jinsabu fuq is-saff oriġinali li għamel l-artist. Neħħejna wkoll bosta titjir ta’ xemgħa li kien hemm fuq is-saff pittoriku. Għalhekk, b’dan it-tindif li kien jinvolvi l-użu ta’ kimika apposta, reġgħu ħarġu l-kuluri oriġinali li kienu ilhom mgħottija għexieren ta’ snin.
Imbagħad il-pittura poġġejnieha wiċċha ’l isfel fuq mejda apposta fejn bdejna x-xogħol tattiswija tat-tila. Fejn din kienet imċarrta jew kien hemm toqob, għalaqniehom b’metodi u prodotti tal-konservazzjoni. Minħabba li t-tila kienet
22 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 23 Taqsima 3: San
Nikola u l-knisja tagħna
1. Il-pittura tal-Assunta, qabel u wara l-proċess ta’ konservazzjoni u restawr
Amy Sciberras
Ir-restawr tal-kwadru tal-Assunta fil-knisja tas-Siġġiewi
2. Il-parti ta’ taħt tal-pittura u varji forom ta’ deterjorazzjoni li kien hemm preżenti qabel ir-restawr
ossidata ħafna, ħtiġilna li din titwaħħal ma’ tila sekondarja ppreparata minna stess, sabiex b’hekk il-pittura ġiet kompletament stabilizzata.
L-aħħar fażijiet ta’ restawr kienu jinvolvu l-applikazzjoni ta’ taħlita ta’ ġibs fejn ilpreparazzjoni oriġinali ta’ ġibs li l-artist jagħti fuq it-tila qabel jibda jpitter, kienet intilfet. L-irtokk pittoriku sar biss fuq dawn iz-zoni fejn kienet intilfet il-preparazzjoni oriġinali, u sintendi l-kulur.
Dawn l-interventi saru ġewwa l-knisja tasSiġġiewi stess bejn Marzu u Novembru 2021 u għalhekk kull min kien jidħol fil-knisja tul dan ilproċess seta’ jara lir-restawraturi jaħdmu fuq dan il-kwadru mill-isbaħ tas-seklu sbatax.
Għal min irid aktar tagħrif, ir-restawratriċi Amy Sciberras tista' tiġi kkuntattjata permezz talemail:
info@amysciberras.com
3. It-trattamenti ta’ konsolidazzjoni li saru qabel beda l-proċess ta’ tindif
Ritratti:
1-2: Manuel Ciantar u Suzanne Ciantar Ferrito, f’isem Amy Sciberras Conservators
3-5: Amy Sciberras Conservators – Fine Arts Restoration
24 Festa
2023
San Nikola
5. Il-pittura wara li twaħħlet lura f’postha fin-niċċa tagħha ġewwa l-knisja parrokkjali tas-Siġġiewi
4. Id-direttriċi tal-konservazzjoni u r-restawr, Amy Sciberras, waqt il-proċess ta’ tindif ta’ verniċ minn fuq is-saff pittoriku
Verba volant, scripta manent - Iva, hekk hu: Il-kliem itir, il-miktub jibqa’! Minn dan il-qawl li ħareġ mill-għerf tarRumani, ħassejt li għandi nikteb dwar xi fatti li jien rajt (bil-kitba) u smajt (minn għajdut) u li jagħtu tagħrif interessanti dwar ir-raħal u l-parroċċa tagħna. Se naqsamhom taħt żewġ taqsimiet: ‘X’għadda minn quddiem għajnejja’ u ‘X’għadda minn għala widnejja’.
Il-parroċċa tagħna hija kkunsidrata ‘Matriċi’. Tgħiduli: xi tfisser dil-kelma? Din hija kelma mnissla mill-kelma Latina ‘mater’ - omm. Mela, il-parroċċa tagħna hija msejħa hekk għax filkustodja tagħha kellha diversi rħajjel li kienu jagħmlu parti minnha, fosthom Ħal Kbir (fejn illum hemm il-knisja tal-Madonna tal-Providenza), Ħal Xluq u Ħal Kdieri. Bħal dik l-omm li tibża’ għal uliedha, il-kappillani tal-parroċċa tagħna dejjem raw li dawn l-irħula ċkejknin jingħataw is-servizz pastorali li kienu jeħtieġu. Biex żgur ma tħalli barra lil ħadd minn uliedha, il-Konċilju ta’ Trentu (1545-1563) ried li l-kappillan iżomm rekord ta’ kull magħmudija, żwieġ u mewt li kienu jseħħu fil-parroċċa li hu responsabbli minnha. Fil-fatt, fil-parroċċa tagħna, ir-reġistrazzjoni bdiet issir sa mill-1555!
X’għadda minn quddiem għajnejja
Jien u ngħarrex fl-arkivju parrokkjali għaddew minn quddiem għajnejja xi fatti storiċi li ħassejt li għandi naqsam magħkom, speċjalment ma’ dawk minnkom li jħobbu l-istorja. Imqanqal mill-kurżità u mill-ħeġġa biex isir jaf aktar, xogħol l-istoriku hu li jħaffer fil-passat u jifli kull dettall li jsib. Hu proprju dan li rrid nagħmel jien: inqajjem il-kurżità tagħkom il-qarrejja dwar fatti u ġrajjiet li mbagħad inħalli għalikom biex tiddiskutu u tirriflettu fuqhom. Mela, ngħaddu mill-ewwel għall-fatti:
v L-aħħar magħmudija reġistrata fisSiġġiewi QABEL l-Assedju l-Kbir tal-1565 kienet dik tat-tarbija Paola Zahra mill-Kappillan Dun Giacomo Calleja li ġġib id-data tat-12 ta’ Frar 1565, filwaqt li l-aħħar żwieġ reġistrat kien fid-9 ta’ Frar 1565 bejn Micallef Pancrazio u Agata Buttigieg. Dan jurina li l-Maltin kien diġà kellhom xamma li setgħu jiġu attakkati mit-Torok u għalhekk ħasbulu minn kmieni (tliet xhur qabel il-wasla tal-flotta Torka f’Mejju) biex jitħejjew għall-eventwalità ta’ attakk. Nafu li dawk is-Siġġiwin li ħassewhom tajbin għall-ġlied irħewlha lejn il-Birgu; l-oħrajn marru jfittxu l-kenn fl-Imdina.
v Wara din ir-reġistrazzjoni, il-kappillan Dun Giacomo Calleja kiteb b’ittri kbar il-kelma ‘DEFICIT’ biex juri li kien hemm waqfa firreġistrazzjoni, ovvjament minħabba l-assedju ta’ gżiritna.
v WARA l-Assedju, l-ewwel żwieġ reġistrat fil-parroċċa tagħna kien dak bejn Pace Domenico u Agata Mamo u huwa datat 20 ta’ Novembru 1567, filwaqt li l-ewwel magħmudija reġistrata kienet dik ta’ Ambrogio Cutajar mill-istess kappillan Calleja bid-data tat-8 ta’ Diċembru 1567, iktar minn sentejn wara li t-Torok abbandunaw l-assedju. Dan jindika li l-Maltin baqgħu beżgħanin li jistgħu jerġgħu jiġu attakkati mill-qawwiet Torok u għalhekk riedu jħallu żmien biżżejjed sakemm iserrħu rashom li l-ħajja setgħet tkompli bħal qabel fl-irħula tagħhom.
v Fl-arkivju tal-parroċċa tagħna huma reġistrati wkoll magħmudijiet, żwiġijiet u mwiet li seħħew fl-irħajjel ta’ Ħax-Xluq, Ħal Kbir u Ħal Kdieri peress li dawn kienu - u l-ewwel tnejn għadhom sal-lum - jagħmlu parti mill-parroċċa tagħna. Dwar Ħal Kdieri nsibu li l-ewwel magħmudija reġistrata fl-arkivju parrokkjali kienet fit-18 ta’
Lulju 1568. Fi spazju ta’ għoxrin sena, sal-1588, hemm 27 magħmudija oħra reġistrata. Imbagħad insibu nota interessanti li tgħid hekk: ‘Casal
Kideri pertinente a questa parochia del Siggeui fu destrutto in questo anno 1592 incirca’ (‘Ħal Kdieri, li jappartjeni lil din il-parroċċa tas-Siġġiewi, ġie distrutt f’dis-sena 1592 bejn wieħed u ieħor’).
Din in-nota tqajjem kurżità: Ma tantx tagħmel sens li tgħid ‘f’dis-sena’ (li turi ċertezza) u flistess ħin tgħid ‘bejn wieħed u ieħor’ (li tindika li m’intix ċert)! U tqajjem ukoll xi mistoqsijiet: Min jaf għala ġie distrutt? X’setgħet kienet il-kawża?
Forsi għalhekk dan l-irħajjel ma baqgħalna l-ebda
ħjiel tiegħu? Imma, allura, kif nispjegaw il-fatt li
l-aħħar żewġ magħmudijiet ta’ trabi (lil Giuliano Cassia) minn Ħal Kdieri ġew reġistrati fl-1606 u fl-1612, wara li l-irħajjel kien distrutt? Nistgħu nagħmlu mitt suppożizzjoni! Ħaġa waħda, però, hi
ċerta: wara l-1612 ma nsibu l-ebda reġistrazzjoni
oħra minn Ħal Kdieri. Dan hu sinjal li l-ħajja f’dan
l-irħajjel waqfet minn wara din is-sena u għalhekk
Ħal Kdieri ra t-tmiem tiegħu kompletament.
v L-aħħar magħmudija ta’ tarbija minn Ħal Kbir kienet dik ta’ Attard Giovanni, bin Francesco u Costanza, u hi reġistrata bid-data tas-7 ta’ Mejju 1752. L-aħħar reġistrazzjoni ta’ magħmudija minn Ħax-Xluq kienet ta’ Gauci Rosa Teodora, bint Giovanni Maria u Rosa, fit-18 ta’ Lulju 1765. Dan juri li l-ħajja f’dawn iż-żewġt irħajjel ma komplietx tikber wara l-1752 u l-1765 rispettivament.
X’għadda minn għala widnejja
Filwaqt li l-istoriku jagħti importanza lil dak li hu jsib fid-dokumenti miktuba, huwa jagħti piż ukoll lil dak li jgħidu n-nies, it-tagħrif li jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, dik li tissejjaħ ‘ittradizzjoni orali’. Għalhekk, se ngħaddilkom xi tagħrif li għadda minn għala widnejja minn xi persuni tal-affari tagħhom u li jħobbu l-istorja tar-raħal tagħna. Dawn żgur se jqajmu l-kurżità tagħkom peress li qatt ma kontu smajtuhom.
v Minbarra l-knisja l-qadima ddedikata lil San Nikola ta’ Bari, kien hemm ukoll knisja oħra ħdejha ddedikata lill-Viżitazzjoni ta’ Marija lil
Santa Eliżabetta li s-saqaf tagħha kien simili għal dak li nsibu fis-Sacra Infermeria tal-Belt.
v Meta kienet għadha tiffunzjona l-knisja
l-qadima, flok l-istatwa ta’ San Nikola fil-pjazza
(li dak iż-żmien kien għadu mhux misraħ), kien hemm ċimiterju.
v It-tużell li jintrema’ fuq l-altar maġġur fi żmien il-festa ta’ San Nikola kien inħadem minn Karmenu Bonnici (Ta’ Menz) fir-remissa li tmiss eżatt mal-post fejn illum hemm il-Klabb tal-Futbol fi Triq San Nikola. Il-ftehim għall-ħlas kien sar qabel faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija; iżda wara l-Gwerra kollox għola fil-prezz u meta ġie biex jitħallas ta’ xogħlu, Karmenu ngħata eżatt kif kien miftiehem qabel u għalhekk huwa kellu jikkuntenta u spiċċa mar minn taħt, hekk li d-differenza ħariġha minn butu.
v Il-bibien tal-knisja nħadmu minn Ambroġ Cutajar li bintu Ġużeppa (T’Ambroġ) kienet taħdem qagħaq, biskuttini u anki pastizzi fil-post li hemm fi Triq San Nikola, taħt l-istatwa tadDuluri. Il-konfessjonarji nħadmu minn Nazzareno Sammut, missier Salvu (Ta’ Kikka).
v L-istatwa tan-Nazzarenu li tintrama filknisja fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa quddiem l-altar ta’ Sant’Antnin kienet ngħatat minn Ċensu Delia b’wegħda li jekk jirnexxilu jixtri l-post ta’ maġenbu, jagħtiha bħala donazzjoni lill-knisja tagħna. Dak iż-żmien id-devozzjoni lejn Ġesù Nazzarenu kienet fl-aqwa tagħha tant li anki r-Rabat, kemm fil-knisja ta’ San Pawl kif ukoll f’dik ta’ San Ġużepp (Ta’ Ġieżu), insibu statwi eżatt bħal tagħna.
v Qabel ma waqa’ l-Oratorju fil-Gwerra, f’waħda miż-żewġt ikmamar tal-ġenb li kienet isservi bħala sagristija, kien hemm kurċifiss kbir bil-korp ta’ Kristu mejjet. Dan il-kurċifiss spiċċa ntradam taħt il-parti tas-saqaf li waqgħet. Ta’ min isemmi li l-Oratorju kien laqa’ fih diversi refuġjati min-naħa tal-Kottonera. Saċerdot minn Raħal Ġdid isemmi kif il-kuġina tiegħu kienet twieldet fil-gallerija tal-orgni.
v Fi żmien il-Gwerra f’Ta’ Kandja kienu stazzjonati diversi suldati Ingliżi li filgħaxijiet kienu jerħulha lejn il-pjazza biex jintefgħu jixorbu fil-ħwienet. Naturalment, kienu anki jittantaw xi tfajla sbejħa Siġġiwija u kien hemm saħansitra min iżżewweġ. Fejn illum hemm id-Dar tal-Providenza kien hemm Rest Camp għall-commandos Ingliżi li kienu jagħmlu taħriġ militari anki fil-parti ta’ Għar
26 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 27 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
Nikol Bezzina
X'għadda minn... Kurżitajiet u tagħrif storiku, u mhux, dwar is-Siġġiewi
Lapsi fejn illum hemm il-parking area u l-irdum ta’ faċċata.
v Diversi statwi fin-niċeċ li nsibu madwar ir-raħal kienu xogħol ta’ skultur tajjeb Rabti jismu Antonio Busuttil. Fost xogħlijiet tiegħu nsibu l-istatwi ta’ Kristu Salvatur, tal-Madonna, tas-sultan David u tal-profeta Iżaija fuq il-faċċata tal-knisja; il-Madonna ta’ Lourdes fil-kantuniera bejn Triq Santa Margerita u Triq San Nikola; Sant’Antnin fuq il-bieb tal-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani fi Triq il-Qasira; Sant’Anna fi Triq tan-Nofs; id-Duluri aħna u sejrin lejn Ta’ Kandja; il-Madonna Tal-Karmnu int u tiela’ lejn Ta’ Żuta; ilKunċizzjoni fuq dar il-familja Baldacchino fi Triq l-Imqabba, u oħrajn.
v Meta kellu madwar tlettax-il sena, Nikola Buhagiar (T’Oliva) kien jistaqsi lill-kappillan, ilMons. F.X. Mangion, jekk jagħtix lostru lill-bradella ta’ San Nikola, u l-Monsinjur kien jaċċetta. “Meta nikber għad nagħmillu l-bradella, Sur Kappillan!” kien jgħidlu Nikola. U din ix-xewqa tiegħu saret realtà iktar tard f’ħajtu meta ħadem il-bankun u l-bradella fil-ħanut tiegħu f’106, Triq il-Kbira.
v F’Bieb San Ġwann (illum Misraħ San Ġwann) wieħed għadu jista’ jara salib tal-ġebel fuq bini li jidher fuq il-lemin meta jħares minn Triq ilMitħna. Dan huwa sinjal li kien hemm knisja... u fil-fatt din kienet knisja ddedikata lil San Ġwann
Errata Corrige:
Appostlu u Evanġelista. Fejn illum hemm is-siġra taż-żebbuġ, f’nofs il-misraħ, sas-sittinijiet kien għad hemm pompa tal-ilma li minnha kien jittella’
l-ilma mit-tfal u l-kbar biex jinġarr għall-użu fiddjar�
v Matul il-jiem tat-tberik tad-djar, mhux
l-ewwel darba li l-kappillan jew is-saċerdot li jiġi jbierek kien jitlob lill-abbati li jakkumpanjah biex
jitla’ hu jbierek il-kmamar tas-sular ta’ fuq. Fiddjar tas-sinjuri kienu jlestu għal min jiġi jbierek ftit biskuttini tal-lewż u xi pastini flimkien ma’ xi grokk benedittin!
v Madwar 120 sena ilu jingħad li fil-parroċċa tagħna kien hawn iservu 33 saċerdot! Illum, meta l-popolazzjoni kibret tant, hawn madwar
5 saċerdoti u xi wieħed ’l hemm u ’l hawn li jiġu jassistu kultant f’xi servizzi pastorali, l-aktar fiċċelebrazzjoni tal-quddiesa. Dan kollu jġegħelna napprezzaw aktar il-ħidma tas-saċerdoti fi żmienna li ma ‘jirtirawx’ mal-età tal-pensjoni!
Għal din il-ħarġa se nieqaf hawn. Nirringrazzja lil Anthony Mifsud u John Bezzina talli għenuni niġbor dan it-tagħrif. Nixtieq li min għandu xi informazzjoni kurjuża fuq ir-raħal tagħna li jixtieq jaqsam mal-qarrejja tagħna, jgħaddihieli ħalli naqsamha magħkom. L-istorja hija teżor pubbliku u għajb jekk xi ħadd iżomm għalih tagħrif li jispiċċa jindifen miegħu!
Fil-ħarġa ta’ dan il-magazin parrokkjali tal-2022, f’paġna 20, inkiteb li l-pittura fil-koppletta li ħadem l-aħħar fuqha Ġużeppi Caruana ma ġġibx id-data ta’ meta saret. Iżda fil-fatt, taħt il-pittura tal-Kunċizzjoni f’din l-aħħar koppletta, mal-firma tal-pittur - GM Carwana (kiteb kunjomu bil-w mhux bil-u) - hemm ukoll is-sena 1963.
Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li għoġobhom jirreklamaw f’dan il-magazin.
Fl-istess ħin iħeġġeġ lill-qarrejja biex jużaw il-prodotti u s- servizzi li qed jiġu offruti.
Nilqgħu fostna u nawguraw il-festa t-tajba lill-emigranti Siġġi win li jkunu magħna matul il-ġranet tal-festa. Insellmu wkoll lis-S iġġiwin li jinsabu ’l barra minn xtutna u ma jistgħux ikunu magħna matul dawn il-ġranet. Minn dawn il-paġni nsellmu wkoll lill-anzjani u lill-morda li ma jistgħux igawdu magħna dawn il-festi. San Nikola jberikna lkoll!
Il-qalba tal-festa tagħna, bħal kull waħda oħra, fiha żewġ purċissjonijiet: ilpurċissjoni bil-vara u l-purċissjoni tattranżlazzjoni. Dawn il-purċissjonijiet għandhom għeruq twal u fil-fond kif ukoll aspetti oħra li jmorru lura mijiet ta’ snin.
Se niffoka fuq it-tranżlazzjoni, iċ-ċerimonja fejn ir-relikwa tal-qaddis titwassal, titqiegħed fuq l-altar ewlieni u formalment tiftaħ il-festa.
Il-bniedem minn dejjem ipprova jżomm xi forma ta’ kuntatt u rabta mal-għeżież tiegħu wara li jkunu mietu. Il-kelma relikwa toriġina mill-verb Latin relinquo u tirreferi għal dak li kien jifdal mill-ġisem ta’ persuna wara li kien ikun maħruq (ir-Rumani kienu ġeneralment jikkremaw il-ġisem wara l-mewt). Fil-bidu l-Insara ma kellhomx ċimiterji għalihom u kienu jindifnu bħall-oħrajn, allura barra l-bliet. Dan kien jgħodd ukoll għall-martri li kienu meqjusa bħala
eroj mill-Insara. Għalkemm midfuna maġenb oħrajn, l-Insara kienu juru rispett kbir lejn ilfdalijiet tal-martri. Ewsebju, l-awtur tal-ewwel storja tal-Kristjaneżmu, jgħid li l-Insara kienu jqisu l-fdalijiet tal-martri Polikarpu (maqtul fissena 156) “b’aktar għożża milli kieku kienu ħaġar prezzjuż u ifjen mid-deheb”.
Fir-raba’ seklu bdew żewġ movimenti. Aktar ma l-Kristjaneżmu beda jieħu pożizzjoni uffiċjali fl-Imperu Ruman, l-oqbra tal-martri bdew jieħdu aktar importanza. Bdiet ukoll tiżviluppa l-idea ta’ pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa fejn bdew jiġu ‘skoperti’ relikwi marbuta mal-ħajja u l-passjoni ta’ Kristu, bis-salib jiżviluppa bħala r-relikwa ċentrali.
Kif rajna, il-liġi Rumana kienet tipprojbixxi b’mod assolut id-dfin fil-bliet. X’kellhom jagħmlu l-Insara li xtaqu li l-fdalijiet (ir-relikwi) tal-eroj tagħhom isibu posthom fil-knejjes tagħhom li kienu fil-bliet? Bdew jaqilgħuhom mill-oqbra u jġorruhom.
Wisq probabbli li San Ambroġ, Isqof ta’ Milan, li miet fis-sena 397, kien l-ewwel wieħed fil-knisja tal-Punent li qala’ fdalijiet tal-martri u ħadhom fi knisja. Nhar is-17 ta’ Ġunju 336 l-Isqof Ambroġ fetaħ l-oqbra tal-martri Gervasius u Protasius u b’solennità kbira ttrasporta l-fdalijiet tagħhom għall-altar ewlieni fil-knisja tiegħu ġewwa Milan. Din iċ-ċerimonja kienet tissejjaħ ‘tranżlazzjoni’ u żviluppat bħala rit kbir fil-Knisja.
Niftakru li ċ-ċerimonja tat-tranżlazzjoni fil-festa tagħna għandha żewġ elementi: fiha titwassal ir-relikwa ta’ San Nikola fil-knisja biex titqiegħed fuq l-altar maġġur, u permezz tagħha titfakkar il-wasla tar-relikwa ta’ San Nikola fisSiġġiewi, l-ewwel tranżlazzjoni. B’xorti tajba għandna rakkont tal-wasla ta’ din ir-relikwa fis-sena 1723. Fl-1716 Dun Domenico Falson inħatar ċerimonier tal-Katidral tal-Imdina. Huwa
28 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 29 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
It-Tranżlazzjoni 300 sena mill-ewwel waħda fis-Siġġiewi
Leonard Callus
Il-purċissjoni tat-tranżlazzjoni fl-1959
ħalla n-notamenti tiegħu dwar 43 ċerimonja ta’ tranżlazzjoni solenni ta’ relikwi li serva fihom fil-manuskritt Culto e Venerazione di Corpi Santi li jinsab fl-Arkivju tal-Katidral tal-Imdina. Fi tliet faċċati (111r, 111v u 112r) Dun Domenico jiddeskrivi t-tranżlazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Nikola ta’ Bari fil-knisja tas-Siġġiewi nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru 1723, lejlet il-festa.
Irridu nżommu f’moħħna li dak iż-żmien il-knisja kienet qed titlesta u kien fadal sitt snin biex tkun konsagrata. Kien għadu kif tlesta t-tieni kampnar, tlestiet l-iskultura fil-kor u nbena l-Kamrun. Ilkappillan kien Dun Salvatore Tabone minn Ħal Għaxaq u l-popolazzjoni tas-Siġġiewi kienet ta’ 1,450 ruħ fl-1720. La kien hemm l-istatwa ta’ San Nikola fil-pjazza u lanqas l-istatwa li tinġarr fil-purċissjoni llum. Dawn saru rispettivament fl1732 u fl-1736, disa’ snin u tlettaxil sena rispettivament wara din ittranżlazzjoni.
Dun Domenico kien ta struzzjonijiet biex ilknisja tkun imżejna bl-aħjar mod u biex f’lejlet il-
festa jitkanta l-ewwel għasar. Ir-relikwa twasslet proċessjonalment fil-knisja fit-8.00 ta’ filgħodu. Filbidu tal-purċissjoni, is-salib tal-kleru nġarr minn wieħed liebes l-alba u t-tuniċella, akkumpanjat minn żewġ akkolti. Waqt il-purċissjoni kellhom
jitkantaw is-salmi u l-litaniji, jindaqqu l-qniepen u jkun sparat salut. Ir-relikwa nġarret miċ-ċelebrant liebes il-kappa. Meta l-purċissjoni waslet il-knisja, id-djaknu kellu jqiegħed ir-relikwa fuq l-altar
bejn żewġ xemgħat fejn kien hemm sitta oħra diġà mixgħula. Imbagħad kienu kantati l-antifona Sacerdos et Pontifex - mhux l-antifona Ego Sum tal-lum għax din inkitbet wara minn Paolo Nani (1814-1904) - kif ukoll il-vers Amavit u l-Oremus. Wara ħarġet il-quddiesa u r-relikwa baqgħet ġurnata sħiħa fuq l-altar.
Ir-relikwarju kien għadu kif tlesta. Nafu dan għax il-boll fuqu huwa ta’ Ramon Perellos li kien Gran Mastru ta’ Malta sal-1720. Ir-relikwarju jinkludi lit-tfajjel Bażilju bil-buqar, kif huwa filpittura tal-kwadru titulari li Mattia Preti kien għamel mal-40 sena qabel, madwar l-1682.
Sfortunatament s’issa għadna ma nafux min għamel dan irrelikwarju li huwa wieħed mill-isbaħ relikwarji Maltin tal-perjodu Barokk. Ir-raġuni hija li fuqu m’hemmx ilboll tal-Konslu li juri minn kien l-arġentier; kultant dan kien jitħalla barra biex ikun evitat il-ħlas tattaxxa!
Sentejn wara, nhar il-Ħadd 30 ta’ Settembru 1725, saret tranżlazzjoni oħra fis-Siġġiewi. Din id-darba kienet it-tranżlazzjoni tarrelikwa tas-Salib Imqaddes li kienet mogħtija lill-parroċċa tagħna millInkwiżitur Antonio Ruffo. F’dan il-każ il-purċissjoni saret millKappella ta’ San Mark għall-knisja parrokkjali u fiha nħarqu sitt irtal (4.8 kilogrammi) ta’ porvli fil-maskli.
Is-Salib tal-Għolja
Hemm tinsab fil-għoli mperreċ
Tindokra lilna l-Maltin
Mill-quċċata ta’ fuq l-għolja
Propjetà tas-Siġġiwin.
U kif tista’ Malta tagħna
Ma tifraħx bl-għelm tas-Salib, Meta l-fidi Nisranija
Twasslet lilna b’tant tiġrib?
Ftit iżjed minn mitt sena ilu Qassis twajjeb kuraġġuż, Festa Mqaddsa ried ifakkar
Tas-Salib b’mod dinjituż.
U Dun Pawl spiss beda jhewden
Kif salib kbir jista’ jsir, Jitwaħħal fuq il-quċċata
Fuq Tal-Għolja bla tnikkir.
O kemm kellu qalbu tħabbat
Għall-Mulej is-Salvatur
Għax għal fuq dil-ponta mqaddsa
Ħarset niesna xtaqha ddur!
Taħt is-Salib kappella nbniet
Kemxejn żgħira tilqa’ n-nies
Biex tadura ’l Kristu msallab
Għax imħabbtu hi bla qies!
O kemm għadha l-fidi tħeġġeġ Għalik, Kristu l-Mislub! Il-poplu hawn jiġi jqimek Għax għalih int wisq maħbub.
Il-qassis Pawlu Laferla
Qata’ xewqtu billi ried Tul it-trejqa għal tal-Għolja
Tal-Passjoni statwi żied.
O x’dehra dan Pawlu ħoloq Tul it-telgħa tas-Salib! It-tfakkira tal-Passjoni: Kristu tiela’ għat-tislib!
U fil-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira Dan iż-żmien ukoll issib Mixegħla ta’ xema’ tixgħel Li twasslek qrib is-Salib.
Lil San Nikola
- patrun tagħna s-Siġġiwin -
Dawn qlubna ma’ tiegħek magħġuna, Nikola missierna w patrun, Għax inti dħalt dejjem għalina, Bla heda ndokrajtna kuljum.
Dan ismek hu xrara li tħeġġeġ, Tkebbisna bl-imħabba għalik. Għanjieti hi fqira, magħtuba, Biex ġieħ u foħrija nagħtik.
Xbihetek f’nofs misraħ ir-raħal, Bit-tempju warajk, maestuż, Hu xhieda li niesna tal-qedem, Dar-raħal għażiż riedu jtuk.
U b’ħarsa ta’ mħabba fuq wiċċek Int tnissel it-tama, is-sliem, Fil-fqajjar, fil-minsi, fl-imwarrab, U tagħti fil-fidi l-ħelsien.
Ħallina, allura, ngħannulek Mal-marċi, mal-qniepen, man-nar, Man-noti qawwija tal-’Ego’, Int tarka tal-kbar u taż-żgħar.
30 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 31 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
Poeżija miktuba minn Julia Curmi Cassar
Poeżija miktuba minn Mario Mangion
Ir-relikwarju ta’ San Nikola ta’ Bari fil-parroċċa tas-Siġġiewi
Estratt mill-manuskritt ta’ Dun Domenico Falson dwar it-tranżlazzjoni fis-Siġġiewi fl-1723
Irziezet li għad baqa’ fis-Siġġiewi u xi aneddoti
dwarhom
Peress li s-Siġġiewi huwa raħal agrikolu, l-irziezet fl-għelieqi huma parti millidentità tiegħu. Jiena ġej minn familja tal-bdiewa u minn dejjem interessajt ruħi filbiedja. Kont dejjem inżomm f’buti lapes u xi karti biex meta nisma’ xi bidwi jgħid xi ħaġa relatata mal-biedja, kont nieħu nota tagħha. Għalhekk dissena xtaqt li nġibilkom xi tagħrif dwar l-irziezet li nsibu fid-diversi nħawi tar-raħal tagħna.
L-irziezet mhumiex kollha ta’ daqs wieħed. Fi wħud minnhom kont issib il-barumbara talħamiem fejn ibid u jfaqqas il-ħamiem. Fir-razzett kont issib ukoll kamra magħrufa bħala d-dar fejn kieni jerfgħu xi affarijiet li kien ikollhom. Fiha kont issib il-kanapew, speċi ta’ sufan fis-salott. Kien hemm ukoll l-imqawel (plural ta’ maqjel), bil-btieħi quddiemhom, għall-annimali li kienu jrabbu.1 Fil-matmura l-bidwi kien jaħżen it-tgħam (il-ġwież, qmuħ u kull xorta ta’ żrieragħ li jittieklu mill-annimali għall-proviżjon) u għall-muna (ilbidwi jrid ikollu nofs l-għalf għall-annimali sa Sant’Andrija [30 ta’ Novembru], kif jgħid il-qawl agrikolu: “Sant’Andrija nofs il-muna”). Fir-razzett kien hemm ukoll l-għorof (plural ta’ għorfa) fejn kienu jaħżnu t-tiben u s-silla, u parti oħra li kienu jorqdu fiha. Kont issib ukoll il-ħwat (plural ta’ ħawt) minn fejn l-annimali kienu jixorbu l-ilma. Kellhom saħansitra l-kċina fejn kienu jsajru bilħatab fuq il-kenur. Fuq quddiem tar-razzett kien hemm ir-remissa li fiha kienu jqiegħdu l-karettun. F’xi razzett kont issib ukoll il-gorboġ li kien mandra tal-ħnieżer.
Lejn nofs is-snin tmenin tas-seklu li għadda, fis-sagristija kont smajt lil Karmnu Scicluna - li kien is-sagristan tal-knisja tagħna bejn l-1924 u l-1995 - jgħid hekk: “Fi żmien it-tberik tal-Għid il-kappillan kien ibierek mal-mija u ħdax-il razzett.”
Lista tal-irziezet b’mod alfabetiku
(Illum, grazzi għall-Internet, wieħed jista’ faċilment jieħu idea tal-inħawi kollha msemmija fil-lista li ġejja)
1� Tal-Bajda - F’dan ir-razzett fit-triq li tieħu lejn il-Fawwara kien joqgħod bidwi mlaqqam ‘TasSittin’. Kien raġel twil u, għalkemm iħobb isajjar, kien niexef għuda! Nismagħhom jgħidu li darba ħejja ravjula kbira. Wara li sajjarha, qabadha bilborma b’kollox u poġġieha fit-tieqa biex tibred. Meta ġie biex iqegħedha fil-platt, żelqitlu u spiċċat mal-art. Wara kellu joqgħod isajjar xi ħaġa millġdid għax żaqqu baqgħet tgedwed!
2 Tal-Bajjada - Fl-istess triq li twassal għallFawwara. Illum restawrat. Dar-razzett isejħulu hekk minħabba l-kulur abjad tal-ħamrija. Maġenbu, nhar it-Tnejn 19 ta’ Novembru 1928, waranofsinhar, Nikola Schembri, iz-ziju ta’ missieri, ta’ 62 sena, ħassu ħażin, waqa’ u miet. Huwa ttieħed l-Isptar Ċentrali għall-awtopsja.2
3� Tal-Baloks - Fl-inħawi tal-Girgenti. Miegħu hemm niċċa bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.
4� Tal-Bandieri (iż-żgħir u l-kbir) - Fit-triq lejn il-Fawwara. Jgħidulhom hekk biex jingħarfu minn xulxin.
5� Tal-Barnuż l-Aħmar - Fit-triq li twassal għad-Dar tal-Providenza, fejn hemm l-arkati u l-akkwidott tal-Fawwara.
6� Ta’ Barranka - Fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi (Il-Bypass), f’salib it-toroq fejn triq tmur ġo Ħa(ra) Ramija u l-oħra tieħdok lejn Wied Xkora. Illum dar privata.
7� Ta’ Bellu - Fl-akkwati ta’ bejn iż-żewġt irziezet Tal-Fond u Tal-Mitqub, ’l isfel mit-triq tad-Dikkiena.
8� Tal-Berbri - L-ewwel kamra tan-nar li kellhom id-dilettanti tan-nar Siġġiwin. Jinsab fl-inħawi talIbraġ u tal-Għaqba. F’dan ir-razzett Pawlu Tonna (iz-Zliz) u sħabu kienu jaħdmu n-nar għall-festa ta’ San Nikola
9� Ta’ Bondin - Jinsab fit-triq panoramika ta’ fuq Lapsi u Wied iż-Żurrieq. Kienu joqogħdu fih u jaħdmu r-raba’ Karmnu Bondin u martu Karmni.
10� Tal-Brimb - Fl-inħawi tal-kappella talMadonna tal-Providenza. Illum restawrat.
11� Ta’ Bur/Bir il-Felu - Fi Triq il-Fawwara, finnaħa magħrufa bħala Ta’ Fonzu.
12� Ta’ Bur il-Kbir - Fit-triq li mir-roundabout ta’ tarf Triq Lapsi tmur lejn ir-Rabat. Bur tfisser post fejn ir-raħħal jieħu l-merħla tiegħu biex tirgħa.
13� Ta’ Ċilja - Fi Triq tal-Bajjada, int u sejjer lejn ilFawwara. Huwa kunjom Malti. Fil-Miklem ta’ Erin Serracino Inglott naqraw: “Ċilja huwa isem ta’ raħal antik li kien jinsab bejn is-Siġġiewi u l-Imqabba”. 3
14� Ta’ Ċiskatu - Fl-akkwati ta’ Sant’Agata, fit-triq lejn l-Imqabba u Bur Ġabrun.
15� Ir-Razzett tal-Baqar (Deyl el Bakar) - Finnaħat ta’ taħt is-Salib tal-Għolja u l-Girgenti. 4
16� Ta’ Demnuq - Nofsu mġarraf, fi Triq l-Imqabba. Kellu niċċa bl-istatwa ta’ San Pawl. Il-Prof. Charles Briffa jgħidilna li demnuq kien gandott għallilma waqt in-newba, jiġifieri meta tagħmel ħafna xita fl-istaġun tagħha tax-xitwa.5 Tajjeb ngħidu li fis-Siġġiewi għandna Triq id-Demnuq u Triq inNewba, żewġ termini agrikoli.
17 Ta’ Difermu - Fil-bidu ta’ Triq Lapsi. Illum dar privata. Mal-faċċata tad-dar hemm salib minqux fil-ġebla. L-annu ma jidhirx.
18 Tad-Dikkiena - Fl-inħawi ta’ Ħabel Barru u ta’ Ġnien Dors. Dikkiena tfisser bank tal-ġebel malħajt ta’ bitħa.
19 Ta’ Dirrenzi - Fil-madwar ta’ fuq Wied ilGirgenti. Fit-triq ta’ San Lawrenz, f’Tal-Għolja.
20 Tad-Domnija - Jinsab fin-naħat mat-telgħa tas-Salib tal-Għolja.
21 Ta’ Dovik - Fl-inħawi tal-Għajn il-Kbira u l-Girgenti.
22� Ta’ Fazzi - Fl-akkwati tal-Lawrenti, ta’ Rwieġ u ta’ San Blas int u tiela’ t-triq li tagħti għall-Buskett.
23� Tal-Fieres - Irrestawrat, fit-triq lejn ilFawwara, ftit ’il fuq miċ-ċimiteru ta’ San Dawdar. Mal-faċċata tar-razzett hemm niċċa bl-istatwa ta’ San Ġużepp.
24� Tal-Fond - Irrestawrat, fl-inħawi tal-Wied Ta’ Bellu, lejn Tal-Providenza.
25� Tal-Fulija - Fil-Girgenti, maġenb il-post hekk magħruf bħala l-Pulptu u l-Minġba.
26� Il-Ġdid - Fit-triq minn Tal-Providenza u jmiss mar-razzett Tal-Brimb.
27� Il-Ġnien ta’ Krispu - Fl-inħawi tal-Fawwara, taħt l-għolja tal-Fuqanija.
28 Tal-Girgenti - Ġan Franġisk Abela jgħid li dan il-ġnien huwa msemmi għal Falaride, ħakkiem u ħabib tal-Maltin. Huwa msemmi għall-post minn fejn kien ġej Falaride, jiġifieri Agrigento (fi Sqallija).6
29� Tal-Gżira ta’ fuq Lapsi - Fil-madwar tarReverse Osmosis ta’ Għar Lapsi u l-Munxar.
30� Tal-Għabid - Fl-akkwati tal-Barriera ta’ Belula (illum iktar nafuha bħala taċ-Ċaqnu). Darba bidwi qal li għabid tfisser li l-gawwi tela’ jbid fuq l-art f’dawk l-inħawi.
31� Tal-Għaqba jew t’Għajata - Fl-inħawi talBerbri u tal-Ibraġ, fuq il-Wied il-Kbir li jagħti għal Ħaż-Żebbuġ.
32� Tal-Għajn il-Kbira - Taħt il-Palazz talInkwiżitur Dorini, int u tiela’ lejn Ta’ Żuta.
33� Tal-Għasfur - Fl-inħawi ta’ Ta’ Karlozzu u TalGħaqba, fuq Wied Xkora.
34� Tal-Ħamrija - Fin-naħat ta’ Ta’ Brija u Wied ilĦesri.
35� Ta’ Ħax-Xluq - Quddiem il-kappella ta’ Santa Marija, fl-istess irħajjel.
36� Ta’ Ħbulet Manġun - Fit-triq għall-Fawwara, fl-inħawi tal-Bajjada u l-Ħażżien.
37� Tal-Ħnejjiet - Fit-triq għal Għar Lapsi. Ġie mibni fi żmien il-gwerra (1939-1945) minflok ir-razzett Tal-Ħerba li kien quddiem il-mitjar tal-Qrendi peress li kien ta’ xkiel għall-ajruplani. Mal-faċċata tar-razzett hemm niċċa bl-istatwa tad-Duluri maħduma minn Ġlormu Buhagiar (TasSilla).
38� Tal-Ibwar - Fl-akkwati bejn Ta’ Kandja u ĦaxXluq, fejn illum hemm tal-Caritas.
39� Tal-Imwieġel - Fi Triq Lapsi. Illum dar privata.
32 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 33 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
Joseph Schembri
40� Tal-Inkejja - Fil-madwar tad-Dar talProvidenza, int u nieżel lejn Għar Lapsi.
41� L-Irziezet - Ftit ’il fuq minn Wied il-Ħesri, int u sejjer lejn Tar-Ramel.
42� Ta’ Kafkaf - Fl-inħawi tal-Girgenti, qrib irRazzett tal-Baqar.
43� Ta’ Mas jew Tat-Tliet Qaddisin - Fi Triq Blat il-Qamar, meta taqbeż iċ-ċimiteru int u sejjer lejn ir-Rabat. Is-sid ta’ dan ir-razzett kellu miegħu żewġ ħaddiema: wieħed Siġġiewi u l-ieħor Żebbuġi. It-tnejn li huma kienu jħobbu jiftaħru bil-qaddis patrun rispettiv tagħhom u sidhom semagħhom kemm-il darba jiftaħru fuq hekk. Għalhekk, biex iferraħhom, għamlilhom żewġ niċeċ bi statwi: waħda ta’ San Nikola u l-oħra ta’ San Filep.7
44 Ta’ Kilpa - Fl-akkwati tal-Imwieġel u l-Wied ta’ Sant’Andrija. Illum it-triq saret traffikuża ħafna.
45 Ta’ Lanza - Fl-inħawi ta’ Ta’ Xurraf u San Niklaw tal-Merħla.
46� Tal-Lewża - Fl-akkwati tal-Wied ta’ Bellu u Ta’ Manduka, eżatt quddiem il-ġibjun fit-triq li tieħu għal Għar Lapsi. Fil-wied, mar-razzett hemm salib b’tifkira u bix-xbieha ta’ ċerta Marija Inguanez li għerqet bl-ilma tax-xita nhar it-Tlieta 24-11-1936, festa ta’ Santa Katerina.
47 Ta’ Rwieġ/Lwieġ - Fl-inħawi tal-Lawrenti ’l fuq mill-kappella ta’ San Blas. Għandu niċċa blistatwa tal-Kunċizzjoni.
48 Ta’ Manduka - Fil-wied f’Ta’ Manduka, flinħawi tal-Lewża.
49 Tal-Merħla - Fin-naħat ta’ San Niklaw.
50 Tal-Mitqub - Lejn Ta’ Bellu u d-Dikkiena.
51� Tal-Miżrut - Fl-inħawi tal-Ibraġ u l-Berbri. Imsemmi għal-laqam tal-familja.
52� Ta’ Ngħajsa - Fl-akkwati taċ-ċimiteru ta’ San Dawdar.
53� Tal-Palazz - Wara tmiem il-Gwerra (19391945) il-Militar Ingliż ħa parti kbira mir-raba’ flinħawi ta’ Ta’ Xwajjaħ, Ta’ Żajbra u parti kbira minn Ta’ Qanpiena, parti mill-Ħofor, Tal-Kubrit u Tal-Kaboċċi. F’dawn kien hemm ir-razzett Tal-Palazz, li għadu jeżisti, u ttieħed ukoll. Il-palazz
kellu niċċa bl-istatwa ta’ San Pawl.
54 Ta’ Parsottu - Magħruf hekk għax warajh kien hemm is-siġar tal-parsott. Il-parsott huwa
t-tielet frotta tas-sena tas-siġra tat-tin li ssajru
f’Settembru. Kien hemm ukoll is-siġar tal-bajtar ta’ San Ġwann. Fil-Gwerra, fit-13-1-1942, f’dan ir-razzett kienu mietu z-ziju Ċensu Farrugia ta’ 23 sena, ħija Wiġi ta’ tliet snin u tliet xhur, u Ġovanna Micallef ta’ Barbarija li kellha 14-il sena.
55� Tal-Pinċott - Jgħidulu wkoll il-Wied talPinċott, fit-triq li tieħu għall-Fawwara.
56� Ta’ Sgħajtra - Fit-triq lejn il-Fawwara.
57� Tal-Providenza - Maġenb il-kappella talProvidenza. Parti minnu ġiet restawrata.
58� Ta’ Qanpiena - Fit-triq lejn Lapsi, quddiem l-akkwedott tal-Fawwara jew l-arkati, viċin id-Dar tal-Providenza.
59� Tar-Rellu - Fi Triq Lapsi. Irrestawrat.
60� Tar-Rellu - Fil-bidu tat-triq lejn l-Imqabba. Imsemmi hekk għal-laqam tal-familja.
61� Ta’ Rokku - Fin-naħat tal-Lawrenti, ’il fuq minn San Blas.
62 Ta’ Sant’Agata - Fit-triq li twassal għallImqabba. Mal-faċċata hemm niċċa bl-istatwa ta’ Sant’Agata.
63� Ta’ San Blas - Fl-akkwati bejn il-kappella ta’ San Blas u l-Lawrenti.
64 Ta’ San Lawrenz - Imiss ma’ dik li kienet ilkappella ta’ San Lawrenz. Fl-10 t’Awwissu, festa talqaddis, kienu jagħmlu festa kbira. Wara l-funzjoni u l-barka, kienu jitqassmu l-kafè u t-te. Il-knisja kien jieħu ħsiebha ċertu Sapiano li kien jagħmel ukoll il-maġija.
65� Ta’ San Nikola - Fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fil-bidu int u nieżel lejn Wied Xkora. Mill-għalqa ta’ mar-razzett kienu nqatgħu żewġ ġebliet kbar li bihom l-iskultur Pietru Felici għamel l-istatwa ta’ San Nikola tal-pjazza.
66� Ta’ San Nikola tal-Inbid - Fl-inħawi ta’ Bur ilKbir u fil-kantuniera quddiem l-istatwa tar-ruħ.
67� Tas-Sruġ - Wara d-Dar tal-Providenza, int u sejjer lejn it-taraġ ta’ Lapsi.
68� Tat-Tarġa l-Ħamra jew Tal-Ingliż - Fl-inħawi tal-Fawwara.
69� Tal-Waħx - Fl-akkwati tad-Dar tal-Providenza. Mal-faċċata kellu salib minqux fil-ġebla. Dan kien ifisser li żmien ilu kien hemm kappella żgħira u x’aktarx kienet ta’ San Nikola.
70� Ta’ Xriħa - Fin-naħat ta’ wara ċ-ċimiteru ta’ San Dawdar u fil-bidu tal-wied (illum triq) ta’ San Lawrenz.
71� Ta’ Xurraf - Fl-inħawi ta’ Ta’ Lanza u ’l isfel mill-ġibjun tal-Qrendi.
72� Ta’ Bur ix-Xewk jew Tal-Qaddisin - Fin-naħat Ta’ Kandja.
73� Taz-Ziklejtu - Fit-triq li twassal għallFawwara, fl-akkwati ta’ taħt il-Fuqanija ta’ San Lawrenz.
Darb’oħra, jekk Alla jrid, inkompli nagħtikom tagħrif dwar l-irziezet li kien hawn.
Riferenzi:
1 F’kull maqjel kien ikun hemm il-maxtura wkoll għall-għalf talbhejjem.
2 Mill-gazzetta ‘Ix-Xemx’ tal-20-11-1928.
3 Il-Miklem ta’ Erin Serracino Inglott - Vol. 1, paġ. 255.
4 Ġan Franġisk Abela, Della Descrittione di Malta, Fol. 95.
5 Prof. Charles Briffa, Leħen is-Sewwa, 8-7-2018, paġ.13.
6 Ġan Franġisk Abela, Della Descrittione di Malta, Fol. 95.
7 Dan it-tagħrif ingħatali minn Ġanni Cutajar tal-Miżrut.
Minn Venezja għas-Siġġiewi
Aħna nassoċjaw lil San Nikola mal-belt ta’ Bari minħabba t-tranżlazzjoni tal-fdalijiet tiegħu li seħħet minn Mira fid-9 ta’ Mejju tas-sena 1087. Imma ftit jafu li kien hemm translazzjoni oħra tal-għadam ta’ San Nikola li ġrat xi snin wara, bejn l-1099 u l-1100 waqt l-Ewwel Kruċjata, meta xi baħrin, din id-darba Venezjani, waslu Mira u fil-qabar vojt ta’ San Nikola sabu li kien għad baqa’ kwantità kbira ta’ biċċiet żgħar ta’ għadam li ħaduhom magħhom Venezja, flabbazija li saret magħrufa bħala San Nicolò al Lido�
Il-Professur Luigi Martino ikkonkluda li l-fdalijiet tal-ġisem ta’ San Nikola jinsabu
maqsuma: f’Bari jinsab l-għadam il-kbir filwaqt li f’Venezja hemm il-biċċiet iż-żgħar, pratikament nofs l-iskeletru u dawn jaqblu malbqija tal-għadam il-kbir li jinsab Bari.
X’aktarx li bil-għaġla l-baħrin ta’ Bari, meta waslu Mira, ġabru l-għadam il-kbir u ħallew filqabar l-għadam iż-żgħir li llum jinsab f’Venezja.
Minn dawn il-biċċiet iż-żgħar tal-għadam ta’ San Nikola, Patri Anton Farrugia OFM, talab u qala’ relikwa awtentika li fl-okkażjoni talfesta se jkun qiegħed joffriha lill-parroċċa tasSiġġiewi fejn trabba, f’għeluq il-25 sena talordinazzjoni saċerdotali tiegħu
Ħajr lill-Każin tal-Banda ‘San Nikola’, lis-Siġġiewi Festival Brass Band, lill-Għaqda tan-Nar ‘San Nikola’ u lill-Grupp tal-Armar ‘6 ta’ Diċembru’
għall-ħidma tagħhom b’risq il-festa. Għal dettalji dwar il-programmi u s-sehem tagħhom, ara l-magazins rispettivi tagħhom.
34 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 35 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
Is-Siġġiewi… for better or worse!
The village I came to, as a curious tourist, many years ago was the quintessential Maltese village clustered around the church and the piazza, the old narrow streets threading their way through the village core and out to the outskirts, and to the fields, the workplaces of so many farmers, and to the paths towards the old chapels of Ħax-Xluq, San Niklaw and Ħal Kbir in the limits of the village. This became my home.
I have seen the changes in the village in so many ways over the years. I wanted nothing to change as the tradition, the atmosphere and cosiness of this small village was the perfect mix.
But places grow or die, and Is-Siġġiewi has grown. Look at a Google map today to see the shape
Maura Marlow
and expanse of the built-up area. No longer within a few minutes on foot from the church; people now drive from the outskirts towards the cemetery, from the new planned streets across the bypass in the Triq In-Nirien area, to the far reaches of Triq Ġuża Mifsud, to the Triq it-Tank area, newly discovered by me. The size, still small in comparison to other villages like Ħaż-Żebbuġ and Iż-Żurrieq, but like others growing horizontally and vertically.
That Google map tells us how the layout and physical areas of the village have changed. The street pattern in the village core shows winding narrow and shorter streets; those in the newly built areas are straighter and wider, with parking spaces provided to reflect the ever-growing number of cars that the 8,000 or so residents of
Is-Siġġiewi need to get to somewhere else. These new settlements show the attraction of our village as a very desirable place to live in. The balance of the countryside nearby, the tradition of the village with its magnificent church, the band clubs and long history, the architecture and its reputation as a lovely village means it will continue to grow.
We were first attracted to Is-Siġġiewi all those years ago by how the village looked. The old narrow Triq il-Kbira, once an important route through the heart of the village, was lined with a mix of historic houses, some grand and towering, some small, hiding their true size behind a single door or window. Now those old houses still remain, but the changes are seen in the new apertures, no longer small windows to keep out the heat, and doors with new shapes, new materials and new designs, allowed within the planning laws that govern this village heart. The facades are rendered with new materials, the plaques with house names now in stainless steel, coloured metal or glass, some still with traditional names of saints, but many cryptic ones indicating a new start. Look beyond the front door and those small separate rooms from the old days are now knocked through for the open-plan space that symbolizes the new modern way of living. Change within!
The streets were noisy then with people walking to church, to buy and stand and chat or sit on the steps or on chairs outside their doors in the evenings. The community came together like that. Not so much traffic then. These habits have changed as newer people moved in, especially into apartments (no private doorstep to sit on now), and a mix of nationalities with their own languages, traditions and celebrations. The density of traffic now keeps kids from playing street games, the coming together of family now often taking place in the field or a hotel somewhere else.
The changes, too, are reflected in the shapes and colours that paint the way forward for IsSiġġiewi. From the path out towards Il-Kappella tal-Providenza, the skyline of the village is no longer low, of houses, usually two-storeys built after the war, or three for the government flats; now the straight towers of five or six storeys of clusters of apartments define the skyline. The
visual impact can be seen in the blank walls, white or grey, windowless and rectangular, permitted by DC 15 that allowed the extra floors. But thankfully, the church still dominates from a far distance! The straight walls, the right angles mean the softer curves and weathered facades of the old stone architecture are disappearing fast. Land is money, so the best way to maximize this asset is to build upwards! The streetscapes, where your eye followed the height of the older uniform twostorey houses with balconies, are disrupted by invasive apartments, the symmetry broken. The golden limestone that reflects the light so well, the colours of old Maltese villages is replaced by the rendered concrete block facades in grey, beige, white, blue with the balconies not of wrought iron but of glass and stainless steel, materials of modernity and success! This architecture is now the defining visual elements of Is-Siġġiewi, ever growing!
The new projects, the social housing by the Monument and out towards the football ground, will again change the village in so many ways. The urban sprawl will continue, but the new communities formed there will integrate…or not! The parish church might not be their church. But the school, with its excellent reputation, is also key to attracting new residents. The planned New Family Park along Triq Salvu Borg again will change the face of that part of the village, providing muchneeded safe play spaces for children and families.
How well the village is doing, helped by its new residents, is seen in the changing businesses flourishing in all parts, and in those newer cars, parked in every available space. Beauty salons, a variety of grocery shops, our new smart restaurants, a new dental clinic, again changes to show the wealth and needs of a new generation, a far cry from the farming village of years ago. Change, indeed!
I look again at the Google map and wonder what shape and size Is-Siġġiewi will be in another five years’ time. Any guesses?
Festa San Nikola 2023 37 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa 36 Festa San Nikola 2023
Il-Familja Agius Benefattriċi tal-parroċċa tagħna
Is-Sur Ġużeppi Agius kien surmast taliskola u benestant mill-Furjana, bin Angelo u Caterina xebba Bondin. Kien joqgħod fid-dar kbira li huwa u martu kellhom f’57, Triq il-Knisja l-Qadima. Din id-dar, wara mewtu ħalliha lis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM). Matul is-snin f’din id-dar it-tfal kollha subien tar-raħal tagħna ġew imħejjija (kif għadhom) fit-tagħlim Nisrani. Ġużeppi miet fis-26 ta’ Jannar 1936 fl-età ta’ 84 sena u ġie midfun filknisja tas-Siġġiewi.
‘Is-Surmast Agius’, kif kienu jirreferu għalih is-Siġġiwin, kien miżżewweġ lil Maria Antonia xebba Pace minn Ħal Luqa, bint Giovanni u Bartolomea xebba Zammit. Kienet Maria Antonia li xtaqet li joħorġu l-flus biex fuq l-altar talkoppletta fejn in-niċċa ta’ San Nikola fil-knisja, jitwaħħal kwadru ta’ Sant’Andrija li hu l-qaddis patrun tal-Ħalluqin. Din il-
Aktar tagħrif mill-arkivji parrokkjali (10)
Għall-artiklu ta’ din is-sena se nkompli ngħaddi xi tagħrif miġbur minn tliet volumi tal-Imwiet li fl-Arkivju jġibu n-numri 158 sa 160. Qed nagħmel dan għall-fatt li dawn il-volumi qegħdin miġburin f’Indiċi li jibda mis-sena 1833 sal-1915 iżda se nqassam it-tagħrif skont kif inhuma f’kull volum. Dawn il-volumi huma mqassmin hekk: mill-1833 sal-1849; mill1850 sal-1896; u mill-1897 sa parti mill-1915, b’tul totali ta’ 82 sena. L-ewwel mewt irreġistrata ġġib id-data tad-19.1.1833 u l-aħħar waħda hija dik li seħħet fis-26.7.1915. B’xorti ħażina, tul dan iż-żmien kollu, Malta reġgħet kienet milquta minn mard serju, din id-darba mhux bil-pesta iżda għal ħames darbiet mill-kolera, iżda dwar dan nagħti tagħrif aktar ’il quddiem.
Volum 158 – Mill-1833 sal-1849: 1237 mewt reġistrata
Bejn is-snin 1833 u 1837 niltaqgħu ma’ tlett imwiet mill-istess familja. Nibdew bit-Tabib Pawlu Antonio Azzopardi, bin il-mejjet Mikelanġ, tabib ukoll, u Domenica Maria Camilleri. Dan miet fit30.7.1833 fl-età ta’ 45 sena, kaġun ta’ puplesija. Kważi sentejn wara, fit-2.7.1835, mietet bintu Ġovanna, ta’ 13-il sena. Anqas minn sentejn wara, jiġifieri fit-28.4.1837 mietet omm Ġovanna u l-armla tat-Tabib Pawlu Antonio, jiġifieri Katarina, bint is-Sur Ġużeppi Ellul u s-Sinjura Franġiska Magri, fl-età ta’ 51 sena.
pittura hi xogħol maħdum fl-1871 minn Ignazio Carlo Cortis. Fuq tarġa li tieħu għall-altar naraw imnaqqax l-isem ta’ binhom, Dun Mikelanġ Agius, biex jibqa’ mfakkar fis-Siġġiewi. Maria Antonia mietet fl-età ta’ 57 sena fit-2 ta’ Novembru 1906.
Dun Mikelanġ, imwieled fit-28 t’April 1888, kien l-iben uniku tal-koppja Agius. Kien twajjeb, karitatevoli, u eżatt fid-doveri tiegħu. Kellu devozzjoni kbira lejn is-Santissmu Sagrament u d-Dar t’Alla. Kien ukoll eżemplari fil-ħajja qasira tiegħu li fiha serva biss għal sitt snin fil-parroċċa tagħna. Miet fl-4 ta’ Jannar 1919, fil-5.30 ta’ flgħaxija, fl-età ta’ tletin sena, wara marda qasira ta’ tmint ijiem li huwa laqa’ b’rassenjazzjoni kbira, mibki mill-kleru u s-Siġġiwin kollha. Dun Mikelanġ indifen fiċ-ċimiterju tal-Addolorata fil-kripta tasSodalità tas-Saċerdoti tal-Belt Valletta.
(Ħajr lil Anthony Mifsud għat-tagħrif u lil John Bezzina għar-ritratti)
Bħalma fissirt u ktibt dwarhom drabi oħra, mhux se noqgħod nagħti tagħrif ripetut dwar imwiet ta’ trabi li fost is-6301 reġistrati f’dawn ittliet volumi jagħmlu persentaġġ qawwi ta’ mwiet minnhom. Ħafna mietu kaġun ta’ korriment; oħrajn mietu mat-twelid jew twieldu mejta u kienu jiġu mgħammdin mill-majjistra jew xi tabib jew anke qarib tal-omm. Dawn l-imwiet ta’ trabi jkunu akkumpanjati xi drabi mill-mewt tal-omm ukoll. Tul dan iż-żmien li se nikteb fuqu nsibu aktar u aktar imwiet ta’ nies li seħħew barra darhom; minbarra s-soltu postijiet li ġieli semmejt, bħal pereżempju Santu Spirtu, l-Isptar tal-Belt eċċ., issa nsibu postijiet oħra, bħal ġewwa xi dar tal-anzjani (Little Sisters of the Poor fil-Ħamrun), l-Isptar Ċentrali tal-Furjana, u oħrajn. Anke d-dfin ma sarx kollu fisSiġġiewi iżda jissemma ċ-ċimiteru tal-Blata l-Bajda u għall-ewwel darba dak tal-Addolorata.
Ngħaddi issa sabiex nibda nagħti xi tagħrif li ġbart minn kull volum, bl-ewwel wieħed ikun dak li jkopri l-iqsar perjodu (17-il sena) u anke l-inqas għadd ta’ mwiet (1237 mewt).
Fil-5.8.1834 insibu reġistrata l-mewt tasSinjura Katarina Morello, bint il-mejjet Franġisku Baldacchino, mart is-Sinjur Lorenzo, ta’ 74 sena. Fletà ta’ 18-il xahar, fit-30.12.1838, mietet Katarina Morello, bint is-Sinjur Antonio li kien Locumtenens (persuna li temporanjament tissostitwixxi lil xi ħadd f’awtorità) fir-raħal tas-Siġġiewi u martu s-Sinjura Rosaria Farrugia. Hawnhekk ippermettuli nagħti titwila u naqbeż għall-volum 159 biex ngħaqqad ma’ dawn l-imsemmija mwiet dik tas-Sinjur Antonio Morello ta’ 82 sena li seħħet fis-7.6.1861 li, kif għedt, għal żmien twil kien Locumtenens fis-Siġġiewi. Imbagħad fis-6.1.1880 mietet Rosaria, l-armla ta’ Antonio u bint il-mejtin Mikiel Farrugia u Antonia Vella, fl-età ta’ 70 sena. Hija kienet 12-il sena iżgħar minn żewġha u għalhekk, meta fl-1838 kienet mietet Katarina ta’ 18-il xahar, Rosaria kien għad kellha biss 28 sena u żewġha kien ħafna akbar fl-età. Fit-8.6.1839 insibu li mietet Anna Agius ta’ 50 sena u, għalkemm ilmewt tagħha hija rreġistrata s-Siġġiewi, insibu li mietet f’darha l-Belt. Hija ġiet midfuna fil-knisja ta’ Santa Marija Verġni taħt it-titlu tal-Karmelu fil-Belt stess. Ta’ min isemmi wkoll il-mewt fil-5.7.1867 tal-Konti (Comis) Lwiġi Sant, bin il-mejjet Konti Jo. Franġisku mill-Belt, fl-età ta’ 89 sena, u li kien ilu jgħix fis-Siġġiewi għal 14-il sena. Dan il-Konti
Festa San Nikola 2023 39 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
Festa San Nikola 2023
Anthony Mifsud
Nikol Bezzina
Ġużeppi Agius
38
Dun Mikelanġ Agius
Maria Antonia Agius
Id-Dar tal-familja Agius li tħalliet lis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM)
kien ukoll Kavallier (Eques) fl-Ordni ta’ San Mikiel u San Ġorġ li kien ġie maħluq fit-28.4.1818 minn Ġorġ, Prinċep Reġġenti, u li wara sar ir-Re Ġorġ IV, fuq inizjattiva tal-Gvernatur ta’ Malta Sir Thomas Maitland (magħruf ukoll bħala ‘King Tom’).
Ngħaddi issa biex inwassal xi tagħrif dwar imwiet b’diżgrazzji, aċċidenti jew li seħħew barra pajjiżna. Mikiel Bonello, bin Pasquale u Maria Zarb, miżżewweġ lil Anna Borg, ta’ 22 sena, fis-sena 1834 (data mhux magħrufa) fi triqtu lejn Civitate Juliae Cesarea (Cercel fl-Alġerija) kiteb lil martu f’Novembru tas-sena ta’ qabel biex jgħidilha li kien marid; hemm ukoll aktar tard miet u ndifen. Kien imiss lil Ġovanni Muscat, bin il-mejtin Salvatore u Vinċenza, u miżżewweġ lil Marija Borg, li ta’ 29 sena, f’xi jum ta’ Lulju 1834, waqt li kien ifittex ix-xogħol f’Civitate Hipponensi (Annaba fl-Alġerija) marad u miet. Rosaria Micallef, bint il-mejtin Ġammarì Vella u Roża Cauchi, mart Girgor, fis-sena 1835 mietet u ndifnet f’Corcyra (Corfù) fejn kienet tgħix għal xi żmien. Warajha mess lil Ġużeppi Micallef, bin ilmejtin Nikola u Marija Xerri, ta’ 50 sena, li jmut ukoll ’il bogħod minn xtutna u f’parti oħra tal-Greċja. Dan Ġużeppi, imlaqqam ‘Galiox’, aktarx f’Ġunju tal1835 miet f’Pyro (belt f’Lesbos) fejn kien mar biex jaħdem xi tliet snin qabel. F’xi jum fis-sena 1835 ukoll, nerġgħu lura għall-Alġerija u fl-istess belt ta’ Hipponensi (Annaba) insibu li Gaspare Cachia, bin Franġisku u Katarina Borg, kien siefer għal skop ta’ xogħol fejn marad sakemm miet kif ġie mfisser lillkappillan minn xi parruċċani li jgħixu f’dik il-belt. Lura għall-Greċja fejn Katarina Agius, mart Ġużeppi u bint il-mejtin Girgor Calleja u Margerita Cutajar, fis-sena 1836 (data mhux magħrufa) kienet tul issentejn ta’ qabel tgħix f’Corcyrae (Corfù) fejn, kif ommha Margerita infurmat lill-kappillan, kienet mietet u hemm tinsab midfuna.
Ngħaddi issa għal xi pajjiżi ġirien filMediterran. Fit-Tuneżija nsibu li Lawrenz Farrugia, bin il-mejtin Beninju u Agata Schembri, żewġ Marija, kien mar Tuneż għal skop ta’ xogħol u skont kif jingħad miet fil-jum ... (spazju vojt) fis-sena 1836. Nerġgħu lura lejn il-Greċja, iżda din id-darba fil-kapitali, u nsibu nota li fis-sena 1836 ukoll Nikola Mallia, bin Ġużeppi u Anna Gambin, miżżewweġ lil Marija
Pisano, ta’ 18-il sena mar sabiex
jaħdem f’Ateni fejn marad u wara ftit jiem miet. Lura fl-Alġerija nsibu li Nikola Borg, bin Stiefnu u Roża Cutajar, ta’ 18-il sena, fis-6.1.1836 jingħad li kien miet fil-Belt ta’ Hipponensi (Annaba). Mill-ġdid naqsmu lejn il-Lvant tal-Mediterran u mmorru f’Ateni fejn, bejn Jannar u Frar tal-1836, Lawrenz Spiteri ta’ 23 sena, bin il-mejjet Injazju u Anna Caruana, miet wara li f’Awwissu ta’ qabel kien mar hemm biex jaħdem; Ġużeppi Pulis, parruċċan, irrakkonta lill-kappillan li rah mejjet. Għal darb’oħra fis-sena 1836 - iżda data eżatta m’għandniex minħabba li dak iż-żmien ma kienx hemm il-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-lum u meta kienet tasal xi aħbar dwar mewt għand il-kappillan dan kien jirreġistraha kif tingħadlu - skont ittra miktuba/mibgħuta lil mart il-mejjet u lill-kappillan minn Nikola Mallia, parruċċan, minn Julia Cesarea (Cercel fl-Alġerija), jirriżulta li Ġanni Vella, bin Nikola u Roża Galea, kien miet hemm xi erba’ xhur qabel wara li kien mar ifittex ix-xogħol. L-aħħar każ ta’ mewt barra pajjiżna tħallina fl-Alġerija fejn fissena 1837 Salvatore Camilleri, bin il-mejtin Nikola u Marija, kien mar fl-Alġeri fejn ġie milqut b’daqqa ta’ xabla u wara ftit jiem miet.
Minn dan kollu nistgħu nindunaw kemm ilpoplu Malti kien minn dejjem ifittex l-emigrazzjoni għal raġunijiet ta’ xogħol u llum nistgħu ngħidu li l-folja qed tinqaleb. B’parentesi żgħira dwar dan kollu nixtieq ngħid li fl-Uffiċċju Parrokkjali regolarment nirċievu ittri, aktarx minn Franza, ta’ Maltin dixxendenti ta’ emigranti li kienu marru filpajjiżi tal-Afrika Ta’ Fuq li għal żmien twil kienu taħt il-ħakma Franċiża sakemm kisbu l-Indipendenza, u dan sabiex jitolbu riċerka dwar l-arblu tar-razza tagħhom.
Nissokta bi ħdax-il każ ieħor ta’ diżgrazzji u aċċidenti. Nibda bl-ewwel wieħed, ta’ Mikiel Cachia, bin il-mejjet Albert, u miżżewweġ lil Gratia Mallia li, ta’ 52 sena, fl-1.1.1834 miet b’diżgrazzja waqt li kien qed jiksi bil-ġir il-ħitan fil-Palazz tal-Konti Nikola Sciberras Bologna fis-Siġġiewi meta poġġa siequ fuq l-għatu tal-bir li ċeda bih, waqa’ fih u hemm miet. Fit-8.3.1834 Dominus Nikola Martines, bin il-mejtin Salvatore u Rosalea, ta’ 78 sena, wara li kien għadda xi jiem il-Belt għal xi qadjiet tiegħu, waqa’ wara sturdament u kiser l-għadma ta’ riġlejh u tant kien ħażin li ġie meħud f’daru l-Belt fejn miet
u wara ġie midfun fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu. Ngħaddi issa għall-mewt ta’ Saver Bartolo, bin ilmejtin Mattew u Marija Aquilina, miżżewweġ lil Marija Camilleri, ta’ 78 sena, li fit-23.4.1835 mar biex jaħsad il-ħaxix fl-għalqa fl-art imsemmija Wied Xkora u hemm instab il-katavru tiegħu u wara
ttieħed fl-Isptar Ċivili tal-Belt fejn ġie eżaminat minn professur tal-mediċina u ndifen fl-istess sptar. Fis-6.12.1835 miet Ġużeppi Bonello, bin ilmejtin Pawlu u Anna Sammut, ta’ 35 sena, li kien
ġie kkundannat għal xogħlijiet pubbliċi meta qatta’
l-aħħar jiem tiegħu fl-Isptar il-Belt u ndifen f’San
Publiju fil-Furjana. Nikola Buttigieg, bin il-mejtin
Franġisku u Hyeronima Farrugia, żewġ Marija
Farrugia, ta’ 44 sena, miet fit-18.12.1835 wara li
kien għal ħafna xhur iservi lis-Sur Caen (sic) fil-Belt
Vilhena (Floriana) fejn miet zoptu u ndifen fil-knisja
tal-post. Diżgrazzja oħra laqtet lil Baptista Debono, iben il-mejjet Tumas u miżżewweġ lil Marija, ta’ 60 sena, fis-26.7.1836 fit-territorju ta’ Ta’ Brija, meta
għereq f’ġiebja u ngħata l-assoluzzjoni minn Dun
Vinċenz Camilleri li kien għaddej minn hemm.
Fit-12.5.1839 Ġużeppi Muscat, bin il-mejjet
Pasquale u Anna, ta’ 25 sena, sajjied, instab mejjet
fl-irdum magħruf bħala ‘Is-Sies l-Abjad’. Mewta
b’għarqa wkoll seħħet fit-23.6.1840 lil Andrea
Spiteri, ta’ 29 sena, bin il-mejjet Ġużeppi u Ewġenja
Camilleri, armel ta’ Marija Schembri, u ġie midfun fiċ-ċimiteru tal-Belt. L-istess seħħ xahrejn wara, fid-9.8.1840, lil Ġużeppi Scicluna, ta’ 25 sena, bin
Ġovanni u Tereża Bugeja, li għereq waqt li kien
jgħum. Nagħlaq dawn l-aċċidenti b’żewġ għarqiet
oħra: l-ewwel dik ta’ Salvatore Gatt, bin il-mejtin
Ġammarì u Franġiska minn Casal Dingli, li fis6.7.1846 għereq fl-istess post li fih għereq Ġużeppi
Muscat seba’ snin qabel, jiġifieri ‘Is-Sies l-Abjad’; u l-aħħar każ huwa dak ta’ tfajla t’14-il sena, Anġela Farrugia, bint Feliċ u Agata, li għerqet f’bir. Biex nagħlaq l-informazzjoni dwar dan ilvolum u sabiex nevita ħafna tul fl-artiklu, insemmi li tul dan iż-żmien mietu tmien saċerdoti, bl-iżgħar wieħed Dun Anton Borg ta’ 40 sena u l-akbar Dun Pietru Pawl Saliba ta’ 73 sena li, bħal tlieta oħra minn dawn it-tmienja, kien konfessur taż-żewġ sessi. Insemmi wkoll li fis-16.7.1836 miet, ta’ 66 sena, Dun Anton Caruana li serva għal 26 sena bħala kappillan ta’ din il-parroċċa. Fit-30.11.1843
miet il-Kjeriku Ġużeppi Caruana, armel ta’ Natala, fl-età ta’ 80 sena, u fis-16.3.1846 mietet l-unika soru, Marija Pace, bint il-mejtin Ġovanni u Eufemia, fl-età ta’ 87 sena.
Volum 159 – Mill-1850 sal-1896: 3843 mewt reġistrata, u
Volum 160 – Mill-1897 sal-1915: 1570 mewt reġistrata
Tul dan il-perjodu daqsxejn twil niltaqgħu ma’ diversi mwiet ta’ nies - biex ngħidilhom hekkta’ ċerta klassi, u għalhekk insibu reġistrati mwiet ta’ nutara, tobba u anki nobbli.
Bħala eżempji nista’ nsemmi l-mewt tanNutar Vinċenz Caruana fil-21.1.1853, ta’ 73 sena, iben il-mejtin Nutar Franġisku u Anna. Martu Marija mietet għaxar snin wara, fl-24.11.1863, ta’ 74 sena. Imbagħad, fil-11.3.1880 nsibu l-mewt ta’ binhom, it-Tabib Nikola Caruana, fl-età ta’ 70 sena; 14-il sena wara, jew aħjar fil-21.9.1894, mietet binthom u oħt it-tabib, Ġovanna, ta’ 80 sena, u erba’ snin wara oħtha oħra, Kristina, ta’ 80 sena, fis-16.1.1898. Dawn juru li din il-familja kienet ilha stabbilita fis-Siġġiewi. Fis-7.9.1854 miet inNutar Salvatore Balzan, bin il-mejtin Mikiel u Marija, ta’ 72 sena, u fil-25.8.1865, ta’ 63 sena, miet nutar ieħor, Mattew Azzopardi, bin il-mejtin Ġużeppi u Anġela. Dawn huma fost in-nutara li mietu u ndifnu fis-Siġġiewi iżda l-ispazju ma jippermettix li nsemmihom kollha. Fost xi tobba li wkoll għexu u mietu f’raħalna nista’ nibda biex insemmi lil Mikilanġ Balzan, bin in-nutar imsemmi qabel Salvatore u Marija Kunċetta Farrugia, li miet ta’ 82 sena fit-28.8.1902, u sentejn wara, fit12.1.1904, miet ħuh, l-Avukat Nikola, ta’ 89 sena. Fis-16.12.1892 mietet l-armla tat-Tabib Ġużeppi Chetcuti, Franġiska, bint il-mejtin Tabib Pawlu Antonio Azzopardi u Katarina Ellul, u fid-9.5.1905 miet traġikament binha, Pawlu Antonio, fl-età ta’ 70 sena, iżda dwar dan nikteb aktar ’il quddiem. Ma nistax ma nsemmix lit-Tabib Gejtanu Laferla li miet fit-30.8.1865, ta’ 63 sena; tliet snin wara, fit23.6.1868, ta’ 70 sena, mietet martu Vinċenza, bint Karlu Saliba u Marija Balzan. (Hawnhekk ngħid xi ħaġa fuq oħt Vinċenza, jiġifieri Franġiska li mietet fit-8.1.1882 bil-kunjom Formosa, kunjom l-aħħar
40 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 41 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
raġel tagħha wara li kienet tilfet tlitt irġiel oħra qablu, bl-ewwel ikun Dominus Mikiel Azzopardi, ittieni Dominus Stanislaw Galdes, u t-tielet Dominus Mikiel Hyzler). Wara l-mewt ta’ Vinċenza nsibu l-mewt ta’ żewġ uliedha, jiġifieri Franġisku li miet fl-20.12.1880, ta’ 51 sena, u oħtu Marija li mietet ta’ 72 sena fl-10.1.1902. Dawn li semmejt ma jiġu ħadd ħlief il-ġenituri u ħut dak li hu tant magħruf magħna s-Siġġiwin, jiġifieri Dun Pawl Laferla (famuż għat-twaqqif tas-Salib f’Tal-Għolja u talvari matul l-istess għolja) u li miet fit-12.12.1902 fl-età ta’ 70 sena. L-aħħar tabib li ma nistax inħalli barra huwa t-Tabib u Professur Nikola Zammit li miet fid-29.7.1899 fl-età ta’ 83 sena, bin il-mejtin Ġannikol u Vinċenza Vella, u miżżewweġ lil Melita Schranz. Il-funeral sar fil-parroċċa ta’ Stella Maris ġewwa Tas-Sliema u wara nġieb għad-dfin fisSiġġiewi. Hawn insibu li l-kappillan ħass id-dmir li ħdejn ir-reġistrazzjoni ta’ mewtu jikteb ukoll din in-nota: ‘de Magnifico Templo huius Parochiae valde benemeritus’; bil-Malti: ‘li ta’ dan it-tempju manifiku tal-parroċċa tagħna jixraqlu kull tifħir’.
Ngħaddi biex insemmi xi nies nobbli li mietu fis-Siġġiewi li, kif diġà rajna qabel, kellhom il-palazzi u r-residenzi tagħhom hawn fis-Siġġiewi (ara l-mewt ta’ Mikiel Cachia). Nibda l-ewwel bil-Markiż Filippu Apap JUD, bin il-mejtin Markiż Ġananton u Anġelika Testaferrata, li miet ta’ 61 sena fil-festa ta’ San Nikola fis-6.12.1873, biex ħdax-il sena wara, fit18.11.1884, mietet martu l-Markiża Franġiska, bint il-mejtin Konti Pawlu Sciberras u Anġelika Bologna, ta’ 84 sena. Fid-19.7.1890 mietet Annunzjata Pina Apap, bint il-Markiż Feliċ u l-Markiża Carmela Manduca, ta’ sentejn u tliet xhur; erba’ snin wara, fil-15.3.1894, imut missierha, jiġifieri l-Markiż Feliċ Apap Bologna, bin il-Markiż Filippu (imsemmi qablu) u Marija Sciberras Bologna, ta’ 61 sena.
Fost reġistrazzjonijiet oħra li nsibu f’dawn iż-żewġ volumi niltaqgħu wkoll ma’ dik ta’ Ġużeppi
Camilleri ‘pharmacopolo’ (spiżjar), bin il-mejtin
Dominus Salvatore u Domina Marija Galea, li miet ta’ 82 sena fis-6.12.1904 . Niltaqgħu wkoll ma’ Antonio Theuma li miet fis-26.3.1904, ta’ 45 sena, bin il-mejtin Vinċenz u Roża Sammut, u miżżewweġ lil Ġużeppa Azzopardi.
Pawlina Trapani, ta’ 5 snin, bint ilmejjet Carmelo LL.D u Domina
Vinċenza Camilleri, mietet fil-15.1.1870. Dan Carmelo kien ‘Sindku tat-tieni distrett’. F’nofs isseklu dsatax l-awtoritajiet Ingliżi bdew jaħtru
‘Sindaci’ li kienu biss pożizzjonijiet onorifiċi, bla ebda awtorità jew saħħa, u ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-Locutenenti li kienu jinħatru fil-bidu tasseklu. Fil-21.2.1905 Domina Vinċenza Trapani, armla ta’ Carmelo, ta’ 85 sena, mietet ukoll. Hawnhekk tidher ftit stramba li Vinċenza kellha 85 sena meta mietet għax dan ifisser li meta welldet lil bintha Pawlina kellha 50 sena.
Ngħaddi biex mill-ġdid nikteb dwar imwiet
aċċidentali jew b’diżgrazzji u nibda b’nota qasira li tidher mar-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ Franġisku Ciantar, miżżewweġ lil Eliżabetta, iben il-mejtin
Nikola, li ta’ 72 sena, fit-23.6.1850 instab mejjet fittriq li jgħidulha l-Istabar. Huwa ndifen fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Diżgrazzja oħra, din id-darba talbaħar, seħħet fit-12.3.1851 lil Franġisku Zammit, bin il-mejjet Ġużeppi, u miżżewweġ lil Saverja, li ta’ 45 sena għereq fil-baħar fil-konfini tal-Imtaħleb. Mikiel Cutajar, bin Nikola u Anġela Caruana, ta’ 9 snin, fis-7.5.1856 instab mejjet minn ħuh waqt li kien fl-għalqa tiegħu jirgħa l-merħla ta’ missieru.
Fit-18.7.1856 Injazju Aquilina, bin il-mejjet Pasquale, ta’ 76 sena miet b’diżgrazzja u nstab f’xatt il-baħar wara l-ħin tal-Vespri. L-istess jista’ jingħad li ġara lil Santu Muscat, iben Nunzjat u Antonia, ta’ 19-il sena, li fis-17.8.1856 kien mar jgħum il-baħar fejn għereq u nstab l-għada. Każ simili kien dak li seħħ fl-20.7.1863 lil Anġlu Vassallo, bin Nikola, ta’ 12-il sena, li waqt li kien jgħum il-baħar, għereq. Nibqgħu fuq id-diżgrazzji tal-baħar u fit-8.3.1864 Ġammarì Schembri, bin Salvatore u Roża, ta’ 27 sena, instab f’xatt il-baħar wara li kien ilu 15-il jum mgħarraq. Il-katavru tiegħu nġieb il-knisja u ndifen fit-8 ta’ Marzu. Fit23.12.1870 Dun Publiju Bugeja, iben Ġużeppi u Katarina Borg, ta’ 32 sena, mar jistad fil-post magħruf bħala l-Marg u, skont kif qal sieħbu, wara li tefa’ x-xlief il-baħar, b’diżgrazzja tgerbeb u spiċċa l-baħar u għereq u l-katavru tiegħu ma nstabx. Fit-3.11.1878 fir-razzett tiegħu ħdejn il-Knisja ta’ San Nikola nstab mejjet u dekompost Lawrenz Farrugia, bin il-mejtin Vinċenz u Pawla Magri, ta’ 58 sena. Ġiet infurmata l-Awtorità Ċivili u l-katavru nġarr fl-isptar tal-morda fejn kirurgi, skont l-arti esperta tagħhom, iddikjaraw li l-mewt kienet
kawża ta’ vjolenza b’ferita f’rasu; minn min u meta ġiet kawżata ma kienx magħruf. Mewt b’diżrazzja oħra ġrat fit-13.9.1887 meta Anna Azzopardi, mart Mikiel, armla ta’ Nikola Borg, bint il-mejtin Mikiel Borg u Katarina, ta’ 56 sena, mietet fil-ħondoq (IxXaqluna) il-Fawwara mingħajr ebda assistenza reliġjuża. F’din ir-reġistrazzjoni nsibu miktub ukoll li din Anna kellha l-‘morbum Choleram’. Pawlu Borg, bin il-mejtin Ġużeppi u Evanġelista Muscat, ta’ 74 sena, fit-3.6.1890 ukoll instab mejjet u putrefatt (dekompost) fid-dar fejn kien jgħix u ġismu ttieħed fl-Isptar ta’ Santu Spirtu l-Imdina fejn ġie eżaminat minn tabib. Mewt sfortunata seħħet fuq Emanuel Mangion, bin il-mejtin Pawlu u Carmela Vella, ta’ 48 sena, mill-parroċċa ta’ Tas-Sliema. Dan kien eżaminatur tal-istudenti tal-iskola normali u miet b’kaġun ta’ puplesija. Ta’ min isemmi wkoll il-mewt ta’ Pawlu Zammit fis-16.12.1891, bin il-mejtin Feliċ u Duminka Borg, ta’ 76 sena, li għal 58 sena serva ta’ sagristan tal-knisja parrokkjali tas-Siġġiewi u dan dejjem bl-akbar diliġenza.
Ngħaddi biex issa nsemmi ħamest imwiet oħra kaġun ta’ diżgrazzji u li nsibu fl-aħħar volum li qed nikteb dwarhom, jiġifieri Volum 160. Nibda
bil-każ ta’ Kostanza Zammit, mart Nikola u bint ilmejtin Ġovanni Pulis u Katarina Balzan, ta’ 54 sena, li fit-13.4.1897 f’mument ikrah waqgħet fil-bir fejn mietet mgħarrqa. Wasal fuq il-post bla dewmien ilkappillan u sab l-ilma tal-bir għadu jiċċaqlaq, u lillimsejkna Kostanza taha l-assoluzzjoni. Wara saret l-awtopsja. Fl-14.3.1899 il-familja ta’ Ġan Battista Aquilina u martu Ġużeppa Inguanez intlaqtet minn diżgrazzja sfortunata meta sabu lil binhom Lwiġi ta’ xahrejn u ħdax-il jum mejjet fin-nieqa tiegħu. Il-ġisem bla ħajja tiegħu ttieħed fl-Isptar Ċentrali
għall-awtopsja u wara ndifen fiċ-ċimiteru talAddolorata. Ġużeppi Camilleri, ta’ 28 sena, iben
Nikola u Adelaide Delia, fis-7.5.1903 instab mejjet
fid-dar ta’ zijuh Dun Anton Delia. Diżgrazzja kerha
seħħet fid-9.5.1905 (bħalma semmejt qabel) lil
Dominus Pawlu Antonio Chetcuti, bin il-mejjet
Tabib Joseph u M’Franġiska Azzopardi, ta’ 70
sena. Insibu miktub li fi triq fir-raħal tas-Siġġiewi, dan Pawlu Antonio, li għal xi sitt snin kien jgħix fil-parroċċa tagħna u li għall-istess żmien kien parruċċan ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt, wara erbat ijiem instab mejjet b’att vjolenti, f’mument ta’ passjoni u disperazzjoni. L-aħħar każ li niltaqgħu
miegħu huwa dak ta’ Pietru Cutajar, bin Carmelo u Marija Pace, ta’ 18-il sena, li b’ diżgrazzja waqa’ ġo ħondoq/ħofra fl-inħawi Ta’ Kanfud, limiti ta’ ĦażŻebbuġ, fejn instab minn ħuh Franġisku. Biex noqrob lejn tmiem dan l-artiklu u qabel nikteb dwar il-każi ta’ kolera li laqtu lil Malta tul dan iż-żmien, insemmi li f’dawn l-aħħar żewġ volumi nsibu reġistrati l-imwiet ta’ 40 saċerdot imqassmin hekk: 27 f’volum 159 flimkien ma’ żewġ sorijiet u kjeriku u jissemma anki abbati (Abbos) li kien Ġużeppi Portelli, ta’ 13-il sena, li miet fl-4.7.1890. F’volum 160 insibu reġistrati 13il saċerdot flimkien ma’ soru ta’ 81 sena li kienet fl-Ordni ta’ Sant’Ursula fil-parroċċa ta’ San Ġiljan u anki kjeriku, Ġużeppi Preca, mill-Belt Valletta fil15.7.1898 (forsi qarib tal-qaddis Dun Ġorġ Preca?). Fost dawn is-saċerdoti ngħid xi ħaġa żgħira dwar uħud minnhom. Fid-29.9.1863 miet Dun Nikol Camilleri, ta’ 82 sena, li kien serva ta’ kappillan għal 26 sena u nofs. Dun Teodoru Galea, ta’ 68 sena, wara li wkoll kien għamel 14-il sena kappillan, miet fis7.8.1892. Dun Ġwann Caruana ukoll kien kappillan iżda ta’ Ħal Safi u miet fit-12.1.1881. Dun Publiju Marija Pace, ta’ 51 sena, miet fid-19.4.1885, proprju f’jum il-festa ta’ qaddis ismu, jiġifieri San Publiju Isqof ta’ Malta, waqt li Dun Ġużepp Zammit, ta’ 90 sena, miet fis-7.12.1913 u dan ma jiġi ħadd ħlief ħu t-Tabib Professur Nikola Zammit. Fl-10.1.1883 Dun Lawrenz Zammit, ta’ 73 sena, is-Sibt filgħodu nstab mejjet kiesaħ f’soddtu wara marda gravi.
Nispiċċa bl-aħħar tagħrif li għalih irreferejt għal aktar minn darba tul dan l-artiklu u jiġifieri dwar il-kolera. L-ewwel każi ta’ kolera nsibuhom fl-1837 b’din il-marda qerrieda tkun bdiet tinfirex minn Tessory fl-Indja lura f’Lulju 1817 u, sakemm tfaċċat Malta wara li kienet infirxet mill-Indja, kienu diġà ġew infettati mat-62 ruħ. S. Axisa, tabib fl-isptar għall-anzjani fil-Furjana, kien l-ewwel wieħed li nduna bil-marda meta ġie mitlub jeżamina żewġ anzjani li kienu morda serjament. L-ewwel żewġ vittmi kienu Pawlu Attard ta’ 80 sena minn Għawdex u Franġisku Abdilla ta’ 70 sena minn ĦażŻebbuġ. (Ref. Dr. Saviour Pisani MD (1970). The St.Luke’s Hospital Gazette). Hawn, fis-Siġġiewi, f’din l-epidemja mietu 66 ruħ bl-ewwel mewt tkun dik ta’ Tereża Spiteri ta’ 30 sena li mietet fis-27.6.1837 u l-aħħar mewt kienet dik ta’ Mikiel Balzan ta’ 25
42 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 43 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa
sena fit-18.8.1837. Nistgħu ngħidu li fost dawn is66 kienu diversi familji li nlaqtu bi mwiet għal aktar minn darba u dawn kienu Buhagiar, Gatt u Gambin. Fis-sena 1839 insibu tliet każi ta’ mwiet bil-ġidri (vaiolo) u dawn kienu Salvatore Zammit ta’ 27 sena fil-21.1.1839 u ibnu Nikola ta’ 3 xhur fis-17.2.1839. Għaxart ijiem qabel, fis-7.2.1839, mietet ukoll tarbija ta’ disa’ xhur, Katarina Zammit, bint Ġwanni u Marija Mangion. Dawn il-vittmi tista’ tgħid li kollha ndifnu fiċ-ċimiteru ta’ San Teodoru (San Dawdar). Din il-marda qerrieda tal-kolera reġgħet laqtet lil Malta għal darb’oħra fl-1850 u ħalliet 42 vittma, bl-ewwel mewt tkun dik ta’ Ġużeppi Buttigieg fil-15.7.1850 u l-aħħar dik ta’ Katarina Mamo ta’ 50 sena, mart Mikiel, fil-25.9.1850. Bejn l-aħħar tas-sena 1850 u l-bidu tal-1851 niltaqgħu ma’ ħames każi oħra ta’ ġidri, bl-iżgħar vittma ta’ erba’ snin, Anġlu Borg, fil-21.12.1850, u l-akbar Roża Vassallo, ta’ 45 sena, fit-2.1.1851. Fl-1856 nerġgħu niltaqgħu ma’ żewġ każi oħra ta’ mwiet bil-kolera, dawk ta’ Mikiel Gambin u ta’ Roża Saliba; iżda meta l-kolera reġgħet feġġet fl-1865 ħasdet il-ħajja ta’ 27 ruħ. L-ewwel mewt kienet dik
ta’ Ġużeppi Camilleri, ta’ 46 sena, fl-10.8.1865, u l-aħħar dik tat-Tabib Vinċenz Magri, ta’ 29 sena, fid19.10.1865. L-aħħar darba li nsibu mwiet reġistrati kaġun tal-kolera kien fl-1887 meta reġgħu tilfu ħajjithom tmien persuni, bl-ewwel waħda tkun Anna Azzopardi fit-13.9.1887 fl-età ta’ 56 sena, u l-aħħar tnejn, fl-istess jum, jiġifieri fil-15.10.1887, kienu Nikola Aquilina ta’ 70 sena u Gratia Borg ta’ 75 sena.
Fl-aħħar wasalt għat-tmiem ta’ dan l-artiklu pjuttost twil minħabba li jinfirex fuq medda ta’ 82 sena. Ħajr lill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello li mingħajr l-inkuraġġiment u t-traduzzjonijiet u l-informazzjoni storika tiegħu ma nkunx nista’ nwassal ħafna minn dan it-tagħrif. Grazzi wkoll lilleditur, is-Sur Nikol Bezzina, li baqa’ jħeġġiġni sabiex nikteb artiklu ta’ kull sena peress li ħafna nies li jħobbu l-istorja jgħidulu kemm ikun interessanti dan it-tagħrif li bis-saħħa tiegħi ma baqax midfun fl-arkivju parrokkjali u, minflok, tefgħalna dawl minn sors ewlieni dwar il-ħajja tal-parroċċa tagħna matul is-sekli.
FESTA 2023 highlights
This year we will be celebrating the feast of St Nicholas between Sunday 18 and Sunday 25 June. The main events will be:
Sunday 18 at 6.30p.m.
The statue of St Nicholas is taken out in procession inside the church. This is a very old tradition that the villagers still celebrate with great enthusiasm and devotion towards their patron saint.
Monday 19 – Friday 23 at 6.30p.m.
Holy Mass is solemnly celebrated and ends with the singing of the motet of St Nicholas by the Cappella Bel Canto
Saturday 24
At 6.15p.m. the translation of the relic of St Nicholas takes place in the village square, followed by Holy Mass at 8.00p.m. The two village bands hold a special concert on their respective artistic bandstands between 8.30p.m. and 11.00p.m. Do not miss the well-attended fireworks display which follows in the square.
Sunday 25
Jum it-Tfal fil-festa ta' San Nikola Ġunju 2022
At 7.30p.m. the statue of St Nicholas is carried out in procession around the village square. Live music is played by two guest bands and colourful fireworks can be viewed from the square. The feast celebrations come to an end at 10.15p.m. when the statue of St Nicholas is returned inside the church.
45
4: Is-Siġġiewi u l-Festa
Festa San Nikola 2023
Taqsima
44
Festa San Nikola 2023
Programm tal-Festa
Il-Ħadd 11
FESTA TA’ CORPUS CHRISTI u JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ
5.30pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Fr Jonathan Debattista bis-sehem tat-tfal talPreċett, u wara purċissjoni bis-Ssmu Sagrament li tgħaddi minn Triq Triq San Nikola, Triq Santa Margerita, Triq Ta’ Brija, Triq il-Kbira, Pjazza San Nikola u tispiċċa fil-knisja parrokkjali fejn tingħata l-barka sagramentali.
7.30pm Quddiesa animata bi stil żagħżugħ bi tħejjija għall-festa ta’ San Nikola mmexxija minn Dun Osmar Baldacchino. Nistiednu b’mod speċjali liż-żgħażagħ Siġġiwin.
Il-Ħamis 15 ta’ Ġunju
Il-ġbir kollu li jsir fil-quddies ikun b’risq id-Dar talProvidenza.
5.30pm Quddiesa Kantata mmexxija minn Mons. Dione Cutajar.
6.30pm Ħruġ tal-istatwa tal-qaddis patrun tagħna San Nikola min-niċċa. Tingħad il-Kurunella, u jitkantaw l-Antifona u l-Innu Popolari. Qabel ilħruġ min-niċċa ssir ġabra speċjali għall-festa.
It-Tnejn 19 JUM IT-TFAL
6.00pm It-tfal jiltaqgħu quddiem il-Kappella ta’ San Ġwann fil-pjazza minn fejn jitilgħu flimkien għall-knisja f’purċissjoni ta’ ferħ bl-istatwa ta’ San Nikola tat-tfal.
Mill-5.30pm ’il quddiem ikun hawn konfessur għall-qrar.
6.30pm Quddiesa għall- familji li għaliha huma mistiedna b’mod partikulari l-koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ tul din is-sena, jew li qegħdin jiċċelebraw il-5, 10, 15, 20, 25, 30, 35, 40, 45, 50, 55 u 60 sena miż-żwieġ tagħhom. Imexxi l-quddiesa Dun Nikol Pace, Arċipriet taż-Żejtun, li qed jiċċelebra l-35 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.
Fi tmiem il-quddiesa jitkantaw l-Innu u l-Antifona, u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħamis 22
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU
JUM L-GĦAQDIET
Mill-5.30pm ’il quddiem ikun hawn konfessur għall-qrar.
6.30pm Quddiesa għall- Għaqdiet kollha talparroċċa: reliġjużi, soċjali u politiċi. Imexxi l-quddiesa Patri Bernard Falzon MSSP li qed jiċċelebra l-10 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.
qraba ta’ dawk li mietu minn Ġunju tas-sena l-oħra ’l hawn. Imexxi l-quddiesa Mons. Paul C. Vella, Rettur tal-Kon-Katidral ta’ Ġwann, li qed jiċċelebra l-35 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-TE DEUM �
5.15pm Quddiesa.
6.15pm Translazzjoni solenni tar-Relikwa mill-Kappella ta’ Santa Margerita għall-knisja parrokkjali fejn issir iċ-ċelebrazzjoni solenni talEwwel Għasar . Imexxi ċ-ċelebrazzjoni Patri Anton Farrugia OFM li qed jiċċelebra l-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.
8.00pm Quddiesa kantata bit-tberik tal- Ħobż ta’ San Nikola . Imexxi l-quddiesa l-Arċipriet, Dun Josef Mifsud.
Il-Ħadd 25 NHAR IL-FESTA
Il-quddies ikun fis-6.00am, fis-7.00am u fit-8.00am.
MA’
ĠESÙ FL-EWKARISTIJA u FIL-QRAR
Nippreparaw ruħna bit-talb u billi nersqu għassagrament tal-qrar biex il-festa tħalli kotra ta’ ġid spiritwali fostna s-Siġġiwin.
6.30pm Quddiesa mmexxija minn Dun Nikol Aquilina. Wara tkompli Adorazzjoni bis-sehem talmembri tal-Għaqdiet tal-parroċċa u Ċelebrazzjoni
Penitenzjali , bil- Qrar minn konfessuri barranin, sat-8.00pm, bħala preparazzjoni spiritwali għallfesta.
Il-Ġimgħa 16 FESTA TAL-QALB TA' ĠESÙ
6.30pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Dun Dunstan Xuereb bis-sehem tat-tfal talPreċett, u wara purċissjoni bis-Ssmu Sagrament li tgħaddi minn Triq il-Parroċċa, Triq San Ġwann, Triq il-Fawwara, Triq ir-Rebbiegħa, Triq il-Knisja l-Qadima, Pjazza San Nikola u tispiċċa fil-knisja parrokkjali fejn tingħata l-barka sagramentali.
Il-Ħadd 18
JUM IL-KARITÀ
6.30pm Quddiesa u ċelebrazzjoni ta’ ferħ għattfal tal-parroċċa. Imexxi l-quddiesa Dun Jean Claude Schembri.
It-Tlieta 20 JUM L-ANZJANI U T-TRABI
10.00am Quddiesa għall- anzjani organizzata mill-Kummissjoni Djakonija u d-Day Centre talAnzjani. F’din il-quddiesa jiġi amministrat isSagrament tal-Griżma tal-Morda. Imexxi Mons. Daniel Schembri.
5.00pm Ċelebrazzjoni qasira li fiha ssir ilpreżentazzjoni tat- trabi lil San Nikola. Tingħata domna ta’ San Nikola bħala tifkira lit-trabi .
6.30pm Quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat isSagrament tal-Magħmudija . Imexxi s-saċerdot novell Dun Clive Seychell.
L-Erbgħa 21
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU JUM IL-FAMILJA
Il-predikatur fit-tlett ijiem tat-tridu huwa Dun Ewkarist Zammit, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.
Fi tmiem il-quddiesa jitkantaw l-Innu u l-Antifona, u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ġimgħa 23
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU JUM IS-SAĊERDOTI U R-RELIĠJUŻI SIĠĠIWIN
Mill-5.30pm ’il quddiem ikun hawn konfessur għall-qrar.
6.30pm Konċelebrazzjoni bis-sehem tasSaċerdoti u r-Reliġjużi Siġġiwin . Imexxi l-quddiesa Fr Noel Vassallo, Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi.
Fi tmiem il-quddiesa jitkantaw l-Innu u l-Antifona, u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Is-Sibt 24
LEJLET IL-FESTA
Mit-8.00am ’l quddiem ikun hawn konfessur għallqrar.
8.30am Quddiesa kantata li fiha nitolbu għallEmigranti Siġġiwin u għall-erwieħ ta’ ħutna Siġġiwin li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Mistiedna l-emigranti li ġew għall-festa kif ukoll il-
9.30am Quddiesa solenni tal-festa. Imexxi l-quddiesa Patri Anton Farrugia OFM. Jinseġ il-paniġierku Mons. Karm Refalo, Arċipriet taxXagħra, Għawdex.
11.30am Quddiesa mmexxija minn Dun Martin Micallef.
5.30pm Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali li fiha jitkanta t-Tieni Għasar . Imexxi Dun Jonathan Debattista.
7.30pm Ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Nikola . Imexxi l-purċissjoni Dun Jonathan Debattista.
10.15pm Dħul tal-purċissjoni , titkanta l-Antifona u l-festa tagħlaq b’Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħadd 2 ta' Lulju DĦUL FIN-NIĊĊA
5.30pm Quddiesa li fit-tmiem tagħha jitkanta l-Innu Popolari ta’ San Nikola waqt li l-istatwa titulari tiddaħħal lura fin-niċċa �
Il-mużika fil-ġranet tat-Tridu, Lejlet u Nhar il-Festa ser titmexxa mill- Cappella Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz. Il-Kor Parrokkjali Santa Ċeċilja se jieħu sehem fil-ħruġ min-niċċa, fil-ġranet tat-Tridu, fl-Ewwel u fit-Tieni Għasar.
46 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 47
BIDU TAL-ĠIMGĦA TALFESTA
U
Il-festa tat-tfal ... u tal-kbar ukoll 6 ta' Diċembru 2022
49
4: Is-Siġġiewi u l-Festa 48
Festa San Nikola 2023
Taqsima
Festa San Nikola 2023
L - F
t - t a j b a M : + 3 5 6 7 9 0 0 9 0 3 8 E : I N F O @ B R I F F A A R C H I T E C T S . C O M A : P J A Z Z A S A N N I K O L A , S I G G I E W I P E R I T M A T T H E W B R I F F A
I
E S T A
Private Lessons
ITALIAN
Forms 1, 2, 3, 4, 5 - Separate Groups
Courses all year round
Tħossok batut/a fil-kitba BIL-MALTI?
Trid tħossok kunfidenti biżżejjed biex tgħaddi mill-eżami, inkluż iċ-ĊES (SEC)?
Ibbukkja ISSA post f’kors apposta għalik. Tħallix għal meta jkun tard wisq!
Mr N. Bezzina M. Ed., Dip. Ed. (Adm. & Mgmt), Ċert. Qari tal-Provi (Malti) Ċempel 21465901 jew 79056094
Diesel engines from 7 to 14hp
2 stroke Petrol engines
Engine parts for Lombodrini / Ruggerini
Yanmor & China engines
Starter kits for Diesel engines
Gearbox parts suitable for Pasbo / Diesse and others
2023 53 Reklami
Festa San Nikola
Festa San Nikola 2023 55 Reklami Il-Viċi Sindku Rodianne Haber tawgura l-festa t-tajba lis-Siġġiwin kollha 24 hrs Chauffeur Service & Minibus Service Rencail Garage Tel: (+356) 2146 1391 Mob: (+356) 7931 4639 E-mail: rencailgarage@gmail.com
56 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 57 Reklami Reklami Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ Tel: 2704 2132 - 7727 0065 Tuesday to Sunday 17.30 till 22.30 PIZZA & GRILL Find us on Facebook & Bolt Privat tal-Malti minn Christabelle Borg (ghalliema kwalifikata)Year 7 u Year 8 Gruppi żgħar b'attenzjoni individwali Is-Siġġiewi 9952 4834 christabelleborgmalti@gmail.com In-Nutar Dr Robert Aquilina B.A. LL.D. jawgura l-festa t-tajba lis-Siġġiwin kollha 113, Triq Santa Margerita, Is-Siġġiewi Mob: 9986 8024 Psaila Motoring School 43, Mon Reve, Mons M. Azzopardi Street, Siġġiewi 99428257 psailamotoringschool74@gmail.com
Ranċisa Pet Shop
A place where you can find all your needs at good prices. Vet & Grooming services also available.
In-Nutara
Dr Maria Bonavia B.A., LL.D., Dip. Not. Pub. tawgura l-festa t-tajba lis-Siġġiwin kollha
Uffiċċju: 12, Dar il-Poeta, Triq Ħal Xluq, Is-Siġġiewi(fejn kien joqgħod il-poeta K. Vassallo, fejn l-iskola) Bl-appuntament Tel: 2146 2541 Mob: 7905 7728
Opening Hours: Monday, Tuesday, Thursday, Friday: 9.00am - 12.00pm; 4.00pm - 7.00pm Wednesday & Saturday: 9.00am - 12.30pm
Triq is-Siġġiewi, is-Siġġiewi Tel: 21462360
Triq Dun Manwel Zammit, Siġġiewi Mob: 7905 5358
Email: emersonsammut@yahoo.com find us on facebook
Now also specialising in live tropical fish & accessories.
58 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 59 Reklami Reklami
Biology lessons for MATSEC 2024 and 2025
• O level for Sec 2024 & 2025
• Biology for newcomers in preparation for Intermediate at 6th Form
• Introductory Biology & Chemistry for Yr 9 newcomers. Students taking PE option welcome
• Physical lessons in Siġġiewi or online
• Notes provided
• Small groups to guarantee individual attention
• Ample practice from MATSEC past papers
Experienced, warranted teacher. Book by phoning Ms. Joanna on 7980 9083.
60 Festa San Nikola 2023 Reklami
Dar tal-Providenza
Għall-festa ta’ din is-sena u matul is-sena agħti r-rigal żgħir tiegħek lidli twieldet u kibret fis-Siġġiewi
Spazju mħallas mill-Azzjoni Kattolika - Is-Siġġiewi
Ħinijiet tal-Ftuħ: It-Tnejn: magħluqa; It-Tlieta mid-9.00am sas-6.00pm
L-Erbgħa mid-9.00am sas-1.00pm; Il-Ħamis mid-9.00am sas-6.00pm
Il-Ġimgħa mid-9.00am sas-6.00pm; Is-Sibt mit-8.00am sal-5.00pm.
62 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 63 Reklami Reklami 115, Triq Salvu Curso, Is-Siġġiewi Tel: 2146 1281 Mob: 7920 5375 9917 2554 e-mail: sarah02.agius@gmail.com In-Nutar Sarah Agius Bezzina tawgura l-festa t-tajba lis-Siġġiwin kollha Every type of GROOMING on DOGS, CATS & RABBITS. Nagħmlu kull tip ta’ tqaxxir fuq KLIEB, QTATES u FNIEK. We do NAIL CAPS on CATS & DOGS 9983 0722 Email brimar07@hotmail.com Find me on facebook: Marion Aquilina Also for sale PUPPIES & PERSIAN KITTENS Available at the comfort of your home or at Rancisa pet shop Siggiewi MARION GROOMING love & care Call on
Lush Looks 39, Triq il-Qiegħa, is-Siġġiewi 99890414
Il-Festa t-tajba!!
64 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 65 Reklami Reklami - General Maintenance - Property Management - Electrical Installa�ons - Wood Restora�on - Solar Panel Cleaning - Waterproofing - Gardening - Plumbing - Plastering - Pain�ng Contact Melvin Cutajar on 99800442 or send us a facebook message for a quote. E: chweddingcandles@gmail.com M: (+356) 79055701 chweddingcandles Personalised Hand-Painted Unity Candle Sets Unity Candle ... a treasured keepsake to remind you and your spouse of your unity vows on your wedding anniversaries. Add that special touch! A hand-painted unity candle set with your names and wedding date. Privat tal-Malti Ms M.Schembri (B.A., M.A.) Post: Is-Siġġiewi Mob: 7926 9990 Preparazzjoni għall-O Level u A Level Gruppi żgħar, b’attenzjoni individwali Edith Pjazza San Nikola Is-Siġġiewi Tel: 2146 5594 Ta’ Peppa Bazaar Triq il-Parroċċa Is-Siġġiewi Tel: 2146 3563 Jawguraw il-festa t-tajba lis-Siġġiwin kollha
Festa San Nikola 2023 67 Reklami MALLIA Petrol Station Ltd 24 HRS AUTOMATIC PUMP SERVICE Tyre Repair New Tyres New Batteries Motorbike Batteries Tools Car Service Essentials (oil, filters, etc) Mob: 7961 7353/4 Pjazza San Nikola Siġġiewi
Festa San Nikola 2023 69 Reklami
HIGH QUALITY PRODUCTS FOR YOUR PROJECT
PRODUCERS OF EXPANDED POLYSTRENE (Jablo)
- Thermal insulation of walls & roofs
- CNC custom cut designs
- Refrigeration boxes
BLACKFLEX - Bituminous emulsion for waterproofing roofs
info@bitmac.mt
+356 2141 8411/2/3
www.bitmacltd.com
SUPPLIERS OF PAINTS
- Interior & exterior, mold resistant, highly breathable, decorative and more
- Wood & steel protection
PLASTERS
- Cement-based ready to use
- Lime-based ready to use for Maltese stone
WATERPROOFING
- Roofs, walls, basements, terraces & pools
TILE ADHESIVES & GROUTS
- For ceramic & gres tiles
- Small & large format tiles
- Interior & exterior, pools, over old tiles & underfloor heating
REPAIRING MATERIALS
- Instant road repair (cold tarmac in bags)
- Strengthening & repairing of concrete
- Manhole reinforcement
DRYWALL
- Gypsum boards, profiles & accessories
THERMAL & SOUND INSULATION
- Extruded Polystyrene (XPS) for roof & wall cladding
- Stone Wool
TOOLS
- Hand tools for plasters, paints, waterproofing, drywall and more
70 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 71 Reklami Reklami
Bitmac Limited Tal-Balal Road, Iklin, IKL 9013
72 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 73 Reklami Reklami
over 35 years of experience FREE DELIVERIES Shop 5, Annunziato Schembri Street, Siġġiewi Monday: Closed Tuesday, Thursday, Saturday: 8.00am - 12.30pm Wednesday, Friday: 8.00am - 12.30pm; 3.00pm - 7.00pm Tel: 2146 8290 Facebook page: Paul’s butcher Ġiżwit & Sons Building Contractor “Casa Balzan”, Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi Tel: 2146 8151 Mob: 9942 3178
Paul’s Butcher
74 Festa San Nikola 2023 Reklami
76 Festa San Nikola 2023 Reklami
Caruana Aluminium Systems Ltd
IMPORTERS AND MANUFACTURERS OF ARCHITECTURAL ALUMINIUM
Suppliers of Aluminium, Thermal Break Profiles, Fi�ngs, Rubber Strips etc.
We offer vast range of aluminium doors, windows, railings, shop facades, skylights, balconies, louvred apertures, insect screens, staircase railings, tempered glass doors, etc.
We also provide thermal break and double glazing solutions.
78 Festa San Nikola 2023 Reklami
New Street in Valletta Rd, Luqa 2167 3313 7967 3313 7942 6666 casalum4@gmail.com
“James”
In-Nutar Dr Jacqueline Calleja
Nutar Pubbliku u Kummissarju għall-ġ�ramenti
tawg�ra l-festa t-tajba lis-Siġġiwin kollha
Mob: 99844415
email: notarycalleja@gmail.com
L-uffiċċju jinsab fi Triq San Nikola u jkun miſt�ħ nhar ta’ Tnejn u Ħamis mill-4.00pm sas-7.00pm. Ġranet jew ħinijiet oħra bl-appuntament.
80 Festa San Nikola 2023 Festa San Nikola 2023 81 Reklami Reklami
Festa San Nikola 2023 83 Reklami OUR SECOND DENTAL CLINIC , NOW OPEN IN SIGGIEWI 2138 0664 9994 4444 FREDERICK AQUILINA B.Com. (Melit.) Il-Festa t-Tajba lis-Siġġiwin k lha! Minority Leader fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq is-Sitt Distrett aquilinafredericklqa@gmail.com 34, Dun Pawl Street, Ħal Luqa 79444998 Speċjalizzat fit-Taxxa
Festa San Nikola 2023 85 Reklami English Private Lessons Year 7 to 11 Matsec 2024 • one to one sessions • small groups • notes & past papers given each lesson Mob: 79855966
86 Festa San Nikola 2023 Reklami
Festa San Nikola 2023 89 Reklami
SIĠĠIEWI DENTAL CLINIC 19, Triq Ħal Kbir, is-Siġġiewi (fejn il-bandli Nalizpelra) Tel: 21461682 / 79263220 Dr Daniela Fenech Santucci tawgura l-festa t-tajba lill-parruċċani kollha. Ħinijiet tal-Ftuħ: It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa 08:00-12:00, 15:00-18:00 Il-Ħamis 08:00-12:00 Il-Ġimgħa 08:00-12:00, 15:00-18:00