Werrej Taqsima 1: Ħidma Pastorali L-Editorjal ���������������������������������������� 1 Talba lil San Nikola ������������������������ 2 Waqt li nbusu r-relikwa �������������� 3 Il-Ħidma tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali �������������������� 4 Il-Qima lejn San Nikola f ’pajjiżi differenti ��������������������������� 5 Taqsima 2: Familja Siġġiwija Insellmu, Nifirħu u Nirringrazzjaw �������������������������������� 8 It-Tabib Nikola Saura Fundatur tal-Ospizju San Nikola ��������������� 10 Insellmu l-memorja ta’ Nikola Bonello ������������������������ 13 Taqsima 3: San Nikola u l-knisja tagħna Il-Ħidma fil-knisja tagħna ������� 16 Ġużeppi Marija Caruana u l-Pittura tal-Koppletti ������������ 19 L-Orgni tal-knisja jagħlaq 100 sena ������������������������� 25 Jitlesta r-restawr tal-pittura tas-saqaf kollu tal-knisja ��������� 26 Taqsima 4: Is-Siġġiewi u l-Festa Ħwienet u negozji fis-Siġġiewi fis-snin sittin ��������� 32 Poeżija ��������������������������������������������� 35 Inkomplu b’aktar tagħrif mill-arkivji parrokkjali (9) ����� 36 Dun Manwel Zammit ������������������ 40 Poeżiji ��������������������������������������������� 41 Life in the Time of Covid ����������� 42 Programm tal-Festa �������������������� 46
Is-Siġġiewi jitqassam lil kull familja Siġġiwija. Nirringrazzjaw lil dawk li jgħinuna finanzjarjament biex jinfdew l-ispejjeż meħtieġa għall-istampar. Il-Bord Editorjali Ir-Rev. Josef Mifsud Nikol Bezzina M.Ed. Antoine Falzon Francesco Bonello Carmen Bonello Roderick Lia Qari tal-Provi Nikol Bezzina M.Ed. Stampar Best Print Co. Ltd, Il-Qrendi Tel: 2168 0789 Ħajr tar-ritratti lil Vassallo Photo Studio, Nikol Bezzina, John Bezzina, Anthony Mifsud u Fr Martin Micallef Ritratt ta' quddiem Dettall minn kwadru fil-knisja Tas-Samra, il-Ħamrun. Ħajr lil Dun Andrew Borg.
Festa San Nikola 2022
Editorjal
Ħlewwa liema bħalha ... Dejjem?
I
lkoll kemm aħna fraħna bilvjaġġ appostoliku ta’ Papa Franġisku mit-2 sat-3 t’April li għadda. Ġie u tana ħafna fuq xiex nirriflettu u naħdmu. Kulma qal kien ibbażat fuq frażi mill-Atti tal-Appostli (28, v.2): ‘In-nies tagħha (ta’ Malta) ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha.’
Ħadna gost nisimgħuh ikellimna kemm dam fostna. U apprezzajna aktar il-messaġġ tiegħu tas-6 t’April waqt l-udjenza ta’ nhar ta’ Erbgħa fisSala Nervi. Quddiem mijiet ta’ persuni ġejjin minn kull settur tal-ħajja, Papa Franġisku wera l-apprezzament tiegħu għall-akkoljenza ‘umana’ tagħna l-Maltin, kif iddeskrivieha hu. Il-Papa saħaq ħafna fuq l-‘umanità rara’ tagħna l-Maltin. Qal li qiegħda fid-DNA tagħna. Hija kwalità li żammejnieha ħajja għax saqqejnieha wkoll bil-valuri talVanġelu li għaddielna San Pawl. Imma, ejjew naħsbu ftit: Fejn nużawha din il-‘ħlewwa liema bħalha’? Nuruha mat-turist li jiġi fostna, ma’ dak li ġej mill-kontinent Ewropew; ... imma malimmigrant? Għaliex ma nħarsux lejn it-tnejn bl-istess mod, meta t-tnejn huma bnedmin, bid-dinjità tagħhom? Il-Papa fakkarna li kull persuna hija unika, u mhijiex numru. Fejn irridu naslu meta, matul is-sena, il-ħajja tas-soċjetà Maltija “Ibqa’ magħna, patrun tagħna, u mexxina, għax int ragħaj; tħalli qatt li ħadd jintilef għax int f’nofsna dejjem ħaj.
Għinna nkomplu f’din il-mixja biex f’kull rokna nxettlu l-ħlewwa u ’l kull min narawh qed jibki nixxuttawlu dmugħ id-dnewwa.
1
naqsmuha f’perjodi ta’ ‘umanità rara’ u perjodi ta’ indifferenza jekk mhux ukoll intolleranza? Għaliex ma ngħixux tnax-il xahar bl-ispirtu li jgħaqqadna waqt il-ġbir għall-Community Chest Fund fil-jiem tal-Milied, u matul issena meta nuru ‘umanità rara’ ma’ Dar Bjorn, ma’ Puttinu Cares, mal-Caritas, u organizzazzjonijiet oħra? Mhux aħjar li kieku l-pajjiż kollu jkun ‘Laboratorju tal-Paċi’, u mhux biss jibqa’ magħluq f’Ħal Far?! Irridu naħdmu biex nagħmlu aktar esperimenti fl-imħabba li jwasslu għall-paċi. Nibdew mill-familji tagħna, mill-postijiet tax-xogħol, u mill-bliet u l-irħula tagħna. Nibdew mill-komunità tagħna Siġġiwija. Ejjew noħolqu inizjattivi u ideat biex inkabbru fina sens ta’ għaqda, rispett lejn min hu differenti minna, u responsabbiltà l-aktar lejn l-iżjed batuti fostna billi nuru ‘ħlewwa liema bħalha’.
Meta nitilqu għal għonq din ittriq matul is-sena li ġejja, se jkollna mumenti meta naħbtu nogħtru xi ftit, jew niżolqu wkoll. Irridu nkunu ta’ sostenn għal xulxin biex flimkien inqumu u flimkien inkomplu nterrqu l-mixja li se twassalna biex sena oħra nħarsu lura u ngħidu: “Prosit. Imxejna flimkien, bla ma ħallejna ’l ħadd.” U nispiċċaw mixjitna fil-pjazza fejn ilkoll induru madwar San Nikola, inħarsu lejh u ngħidulu: Itfa’ dawl biex dejjem nifhmu li kull bniedem hu prezzjuż, ġej minn liema mkien tad-dinja jgħum f’mewġ kiefer, malizzjuż.
Tina fis l-ispirtu tiegħek ħalli nfittxu biss li ngħaqqdu; kemm bil-fomm u bi mġibitna il-Vanġelu ’l kulħadd ngħaddu.” Taqsima 1: Ħidma Pastorali