Ktieb Festa San Ġużepp Kalkara 2020

Page 5

F

K

il-kelma tal-

appillan

Fr. Brian Gialanzè

Imma qed noħlom? Għidli li din ħolma! Hekk għidt lil San Ġużepp meta ġejt wiċċ imb’wiċċ mar-realtà li dak kollu kellna ppjanat għal din is-sena b’rabta mal-150 sena anniversarju minn meta Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-knisja Universali bdejt nikkanċellah jew nipposponih minħabba l-COVID. Kelli nagħmlu b’għafsa ta’ qalb kbira wara ħidma mill-qalb ġeneruża ta’ dawk li huma nvoluti fil-ħidma u l-ħajja tal-parroċċa. Iżda fil-ħajja dak li jgħodd hu kif tapprofitta ruħek mill-mument afdat lilek. X’ser tagħmel? Tisħet id-dlam jew tixgħel xemgħa? F’ċirkustanzi bħal dawn San Ġużepp għandu jgħallimna ħafna. San Ġużepp, Marija u Ġesù kellhom jgħaddu mil-kwarantina, mill-iżolamenet tagħhom ukoll. Kellhom jaħarbu lejn l-Eġittu biex jaħarbu minn Erodi li ried joqtol lil Ġesù. Ma nafux kif għexet il-Familja Mqaddsa f’dan iż-żmien ta’ iżolament. Xi tradizzjonijiet jgħidu li għexu l-Eġittu għal erba’ snin. Żgur li ma kienx faċli għall-Familja Mqaddsa li jgħixu l-bogħod mill-ħbieb u mill-familja. Żgur li San Ġużepp għal xi żmien kien bla xogħol u kellu jfittex ixxogħol f’art ġdida.

F’ċirkustanzi bħal dawn San Ġużepp għandu jgħallimna ħafna

Realtà oħra li l-COVID ġabet magħha hija n-neċessita tax-xogħol mid-dar. Meta fi Frar li għadda konna l-Art Imqaddsa u żorna Nażaret stajna ninnotaw li d-dar u l-ħanut tax-xogħol ta’ San Ġużepp kienu ħaġa waħda. Matul dan iż-żmien ta’ iżolament ħafna familji għexu din l-esperjenza billi kellhom jieħdu xogħolhom iddar u ħadmu mid-dar bit-tfal imdawwrin magħhom. Ġieli kelli nċempel lil xi ħadd fuq xi biċċa xogħol u fl-isfond tisma’ t-tfal jilgħabu jew jiġġieldu u ommhom issikkithom għax missierhom irid jaħdem u jaqdi n-nies.

Din hija Edizzjoni Speċjali tal-ktieb tal-festa ad unur San Ġużepp fil-Kalkara: maħruġa fl-okkażjoni tal-150 anniversarju millproklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali fl-1870 mill-Beatu Papa Piju IX, u bħala tifkira tal-Quddiesa Solenni u l-Pellegrinaġġ bil-vara titulari li se jsiru nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju 2020 minħabba l-pandemija Covid-19 li laqtet lil Malta u lid-dinja. esta San Ġużepp il-Kalkara, 2020

3


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.