
10 minute read
San Ġużepp: Mudell tal-Knisja
San Ġużepp: mudell tal-Knisja Patri Martin Mamo OFMCap.
Katekeżi fi sfond tal-miraklu tat-trux u l-imbikkem (Mk. 7, 31-37)
Advertisement
L-introduzzjoni
Waħda mill-kwalitajiet sbieħ li għandu l-bniedem hija l-kapaċità li jisma’. Iżda tajjeb niddistingwu bejn smigħ u smigħ. Tista’ tisma’ l-kant ħelu tal-għasafar, jew id-daqq solenni tal-qniepen, u tista’ tisma’ smigħ ieħor aktar profond, aktar interjuri. Dan is-smigħ tisimgħu fis-skiet ta’ qalbek wara li bl-akbar attenzjoni tkun smajtu b’widnejk, bħal meta tisma’ l-parir ta’ ommok u ta’ missierek, jew bħal meta tisma’ lil Alla fit-talb. Mhumiex ftit dawk fostna li jixxennqu biex jisimgħu kelma bis-sens li jistgħu joqogħdu fuqha. Fl-istess ħin, illum il-bniedem hu ttentat jagħlaq widnejh, għax għeja jisma’ kliem li għandu biss ħoss ħelu imma vojt. Il-kliem sar wisq irħis, tant li sar faċli nilgħabu bih, u kliem fil-vojt isir kliem fieragħ, bla sens. L-istorbju taddinja qed itarrax il-leħen ta’ nies li jagħtuna parir, u fuq kollox l-istorbju qed itarrax il-leħen ta’ Alla f’ħajjitna. Tiġini f’moħħi l-ġrajja meta ġabu quddiem Ġesù wieħed trux u mbikkem. Il-Vanġelu ma jgħidlekx li Ġesù fejqu minn widnejh imma li fejqu mis-smigħ tiegħu. Hemm bżonn nifhmu li biex intejbu ħajjitna rridu nitgħallmu nisimgħu, u nagħżlu lil min nisimgħu, għax dak li nisma’ jaffettwa moħħi. Ġesù lil dak it-trux u mbikkem fejqu billi ħarġu barra mill-belt tad-Dekapoli (Mk. 7, 31-37) – dawn kienu għaxart ibliet żgħar pagani – biex meta jiġi jisma’ ma jismax storbju vojt tan-nies pagani, imma jisma l-leħen ħelu ta’ Ġesù fis-skiet. Aħna rridu nitgħallmu nisimgħu leħen Alla f’ħajjitna fis-skiet tal-qalb, għax dan hu dak li jaffettwa lil moħħi; u dak li jaffettwa lil moħħi jibda jaffettwa lil qalbi, u dak li jaffettwa lil qalbi, jaffettwa dak li nħoss u naġixxi. Kollox jibda mis-smigħ. esta San Ġużepp F il-Kalkara, 2020 Filfatt aħna maħluqa xbieha ta’ Alla li jisma’. Naqraw li l-Missier jisma’ lil Ġesù, “kont naf li dejjem tismgħani” (Ġw. 11, 41- 42). Naqraw li anki Ġesù jisma’ lill-Missier,

Ġesù jfejjaq lit-trux, awtur mhux magħruf.
“il-ħaqq nagħmlu fuq dak li nisma” (Ġw. 5, 30). Naqraw ukoll li l-Ispirtu Santu jgħid dak li jisma’ (Ġw.16,13). Din is-sena fl-okkażjoni tal-150 sena minn meta l-Papa Piju IX kien iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali, mhux biżżejjed li niċċelebraw ħafna ċelebrazzjonijiet u mbagħad, ma nifhmux x’aħna niċċelebraw. L-ewwel nett, irridu nifhmu xi jfisser Patrun. Il-kelma Patrun tfisser Missier, u biex tkun missier tajjeb trid tkun mudell għall-familtek. Għalhekk xtaqt naqsam magħkom katekeżi qasira dwar San Ġużepp, kif se jkun mudell ta’ knisja li taf tisma’ l-leħen ta’ Alla. San Ġużepp kien bniedem li jaf jisma’ lil Alla għax in-nies ta’ Alla huma nies li kapaċi jisimgħu lil Alla u jwarrbu lilhom infushom. Din hija t-tifsira eżatta tal-ħolm li kellu, u li l-Iskrittura tirrakkonta tlieta minnhom: (i) meta qallu biex jieħu għandu lil Marija b’martu, (ii) meta qallu biex jaħrab lejn l-Eġittu, u (iii) meta qallu jerġa’ lura lejn Nażaret. Dan il-qaddis huwa espert fis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, jiġifieri jaf jisma’ l-Kelma ta’ Alla, u allura kapaċi jgħallimna nisimgħu aħjar, jgħallimna nitgħallmu niftħu widnejna aħjar għall-Kelma ta’ Alla f’ħajjitna biex insiru Knisja aktar ħajja li taf tisma’.
L-ewwel punt: San Ġużepp mudell ta’ Knisja li tisma’ u taġixxi.
Ġib quddiem għajnejk lil dan iż-żagħżugħ Ġużeppi, fis-skiet ta’ qalbu, meta jsir jaf li Marija ħarġet tqila. Hawn Ġużeppi jibda fih proċess naturali u emottiv li: jistaqsi, jibki, jitlob, jisma u jobdi. Bħalma jiġri lilna wara kollox meta f’xi mumenti tal-ħajja nieqfu fis-skiet, u nibku u nitolbu... Il-Papa Ġwanni XXIII (li daħħal lil San Ġużepp fil-Kanoni Ruman u poġġa l-Konċilju Vatikan II taħt il-patroċinju tiegħu) kien qal li San Ġużepp jgħallimna nżommu s-skiet, għax fis-skiet tkun kapaċi tisma lil Alla, u nitkellmu meta jeħtieġ, b’moderazzjoni u ħlewwa, u nobdu. San Ġużepp meta ħaseb li
Bħala Knisja ġieħ l-għawġ, l-ewwel ma għamel kien li siket u staqsa, “Għaliex Mulej ġrali hekk, inħobba tant lil hemm bżonn Marija?” San Ġużepp huwa espert fis-skiet. Kien li nisimgħu lil fis-skiet ta’ qalbu li sema’ lil Alla jurieh xi jrid minnu, “Tibżax Ġużeppi għax dak li tnissel fiha
Alla fis-skiet ġej bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu”... Bħal Ġużeppi, aħna bħala Knisja ukoll hemm bżonn li nisimgħu lil Alla fis-skiet. Fil-Ġenesi ninnutaw li Adam l-ewwel ma sema’ la kienet Eva u lanqas is-serp – imma lil Alla li kien kellmu. Meta Alla fforma l-poplu tiegħu l-ewwel ħaġa li qallu kien “Shema Israel” (Dt. 6, 4), jiġifieri ‘Isma’ Iżrael’. San Pawl jgħid, “Il-fidi mis-smigħ u mis-smigħ tax-xandir tal-kelma ta’ Alla” (Rum. 10, 17). Minn hawn irridu nitilqu bħala Knisja Nisranija, li l-ewwel nisimgħu lil Alla fis-skiet, biex imbagħad inkunu kapaċi naġixxu fuq dak li tgħidilna l-Kelma. P arroċċa San Ġużepp il-Kalkara 42 Wara li siket u sema lil Alla, Ġużeppi obda. San Ġużepp huwa espert fl-ubbidjenza. Min jaf jobdi huwa dak li jaf jisma’. Hekk jgħidu l-ġenituri lil uliedhom: isma’ minni, jiġifieri obdini. F’dan il-kuntest storiku naraw tilma l-missjoni tal-Knisja li xxandar lil Kelma ta’ Kristu – “il-Kelma ta’ min jemminha u jilqagħha għal kollox” (Tim. 1, 4,
9). Fi kliem ieħor, naraw is-siwi u l-urġenza ta’ evanġelizzazzjoni ġdida, jiġifieri s-siwi u l-urġenza li nxandru l-Kelma ta’ Alla u l-ħtieġa li l-poplu jismagħha u jobdiha. Fil-miraklu tat-trux u mbikkem, Ġesù refa’ għajnejh lejn is-sema, lissen kelma, u dak infetħulu widnejh u “qabad jitkellem sewwa”. Dan l-istess servizz tista’ u għandha toffrih il-Knisja lis-soċjetà tagħna li, propju għax “ittarrxet”, qed issib diffikultà biex titkellem sewwa fuq suġġetti importanti ħafna bħalma huma Alla nnifsu, il-ħajja umana, il-familja, id-dinja tax-xogħol, lekonomija u x-xjenza.

Tagħlima.
Ġużeppi l-ewwel ma għamel kien li sema’ lil Alla jkellmu, imbagħad ħa azzjoni billi mar jikkomunika ma’ Marija, u ħadha għandu, Il-ħolma ta’ San Ġużepp, Nicolas Bertin, minflok li bagħatha bil-moħbi tan-nies. Żejt fuq it-tila, ċ. seklu 18. Tinsewx li diġà kienu miżżewġin imma ma kinux għadhom joqgħodu flimkien, għax hekk kienet titlob il-liġi tagħhom. Ġużeppi fehem lil Marija wara li fehem lil Alla fis-skiet ta’ qalbu. Baqa’ dejjem leali lejn is-skiet tat-talb u reġa’ fehem lil Alla u ħarab lejn l-Eġittu u reġa’ lura. Il-knisja bħal Ġużeppi, l-ewwel m’għandha bżonn hija li tisma’ lil Alla fis-skiet, imbagħad li tikseb l-ħila li biha nikkomunikaw ma’ xulxin billi nisimgħu lil xulxin, biex inkunu tassew familja waħda, fejn hemm interess ġenwin fil-ġid komuni. Għandna bżonn insibu dak il-kliem li jolqot fil-laħam il-ħaj u li jibni lill-persuna. Neħtieġu kelma li ċċarrat il-maskra tal-ipokresija u nafdaw lil xulxin, biex nibnu relazzjonijiet aktar ġenwini u ġusti. Neħtieġu kliem li jfejjaq. Ikun verament akkwist jekk insibu dak il-kliem li kapaċi jdewwaq il-benna tal-irġulija. Għandna bżonn dik il-kelma li timliena bil-kuraġġ biex niksru is-silenzju u nbexxqu aktar fommna, biex inċaqilqu l-ilma qiegħed kemm fil-qasam soċjali u kemm f’dak reliġjuż. Imma l-ewwel bħal Ġuzeppi irridu nisktu, u noqogħdu attenti billi nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, għax ħadd ma jista’ jagħti minn dak li m’għandux.
It-Tieni punt: San Ġużepp mudell ta’ Knisja li twelled lil Kristu fil-qlub tannies.
Qabel ma lissen il-kelma li biha fetaħ widnejn dan ir-raġel u hekk għenu jitkellem sewwa, Ġesù refa’ għajnejh lejn is-sema biex jurina li dik li tagħti s-smigħ lit-torox u l-kelma lill-imbikkmin hija l-Kelma li tinżel mis-Sema. Din il-Kelma hija Ġesù nnifsu, “il-Verb sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1, 14). Dan huwa l-Vanġelu esta San Ġużepp F il-Kalkara, 2020 43 – mhux ktieb li jiġbor fih rakkonti sbieħ tal-imgħoddi, imma wieħed mill-modi kif Kristu Rxoxt jagħmel lilu nnifsu preżenti fl-istorja tagħna llum. Il-Vanġelu huwa konferma li Alla ma baqax sieket u indifferenti quddiem l-istorja, imma tkellem billi tana lil Ibnu. Din hija l-Kelma li ssalva. Meta l-Knisja xxandar il-Kelma tal-Mulej
tkun qed tgħin lill-bniedem jiltaqa’ mal-Mulej li waħdu jista’ jimla ħajjitna b’tifsira profonda u ta’ paċi. Fil-Kelma tal-Mulej insibu mill-ġdid il-fidi li ġġib il-ferħ u t-tama f’ħajjitna. Ħażin għalina jekk ma nxandrux lil Kristu, jekk ma nikkontemplawx lil Kristu, biex b’hekk niltaqgħu mal-ġmiel u l-ġid li hemm meta nsibuh f’ħajjitna. Din hija s-sustanza tal-ħidma pastorali tagħna bħala Knisja, li nwelldu lil Ġesù filqlub tan-nies.. Jekk inti xxebbah lil Ġużeppi mal-Knisja kollha ta’ Kristu, forsi hu mhuwiex dak ir-raġel magħżul u speċjali li bih u taħtu Kristu daħal fid-dinja b’mod xieraq u kif imiss? Permezz tal-iva ta’ San Ġuzepp u l-iva ta’ Marija l-Kelma ta’ Alla saret bniedem.
Tagħlima.
Bħal San Ġużepp illum permezz tal-knisja, Kristu qed jerġa’ jidħol fid-dinja b’mod xieraq u kif imiss f’kull qasam. Id-dinja għandha trodd ħajr lil Marija u lil Ġużeppi li permezz tagħhom ġie Kristu. Bl-istess mod u manjiera l-bniedem għandu jrodd ħajr lill-Knisja li permess tagħha qed jilqa’ lil Kristu.
It-Tielet Punt: San Ġużepp mudell ta’ Knisja li twennes u tgħin.
Kull darba li Alla jagħti grazzja speċjali lil xi bniedem huwa jimxi skont regola ġenerali, jiġifieri li jagħti l-kariżmi kollha meħtieġa u li l-iżjed jixirqu lil dik il-persuna magħżula u lill-uffiċċju tagħha. Dan narawh f’San Ġużepp, il-missier putattiv ta’ Sidna Ġesù Kristu u r-raġel veru tas-Sultana tad-dinja u Sidt l-anġli. Il-Missier Etern għażlu biex ikun missier putattiv u għassies fidil li jieħu ħsieb l-aqwa fost it-teżori tiegħu, jiġifieri lil Ibnu u lil Marija – u hu qeda dan l-uffiċċju b’fedeltà millakbar. San Ġuzepp dejjem fetaħ widnejh beraħ għall-karba tagħhom, wennishom u ddefendiehom. San Ġuzepp ma tnikkirx quddiem il-bżonnijiet tal-familja tiegħu imma ħaffef jieħu lil Marija b’martu, ħaffef lejn l-Eġittu u lura, ħaffef jerġa’ lura Ġerusalemm fit-tempju jfittex lil ibnu. Dejjem kien hemm lest li jġorr is-salib talfamilja tiegħu biex Marija u Ġesù jkunu protetti.
Tagħlima.
Il-Knisja bħal San Ġuzepp trid tkun konvinta li trid tiftaħ widnejha beraħ għallkarba tal-bniedem imgħobbi bis-salib. Bħal Kristu li tniehed quddiem ir-raġel trux b’sinjal ta’ protesta kontra l-ħażin li wera saħħtu fit-truxija u t-tbikkim tar-raġel, ilKnisja “titniehed tnehida” (Mk. 7, 34) meta tilmaħ il-bniedem miġruħ, sew jekk din il-ġerħa hija fiżika, u sew jekk hija morali jew spiritwali. Din it-tnehida tixhed li lKnisja lesta li ssawwab il-balzmu li jfejjaq il-ġerħat, l-aktar billi xxandar il-Vanġelu li kapaċi jfejjaq kull dgħufija fil-bniedem. Il-Knisja ma tistax tingħalaq fl-ambjent komdu u mħares tas-sagristiji, imma trid tfittex li timita lil San Ġużepp li jgħaddi minn kull triq, lura lejn Ġerusalemm anki l-aktar waħda mwarrba u perikoluża, ifittex lil Ibnu meta mitluf. Din l-evanġelizzazzjoni l-ġdida titlob ukoll li l-Knisja mhux biss tixxotta d-dmugħ minn għajnejn l-umanità, imma tagħmel minn kollox biex issib lil Kristu mitluf mill-qlub tan-nies. P arroċċa San Ġużepp il-Kalkara 44 Il-konklużjoni. Biex aħna bħala membri tal-Knisja nkunu qaddisin jeħtieġ li lkoll ninżlu f’riġlejn ilMulej u nisimgħu l-Kelma tiegħu. Ġużeppi min jaf kemm-il darba sema’ lil Ibnu jitkellem fuq Alla nnifsu. Għaliex jekk l-Insara, partikularment dawk ta’ quddiem nett
– saċerdoti, reliġjuzi u lajċi impenjati – huma torox għall-Kelma, kif jistgħu jwasslu l-Kelma? Knisja spiritwalment għajjiena ma tistax tippretendi li tkun ta’ stimolu spiritwali għas-soċjetà. Ikun hemm evanġelizzazzjoni ġdida u xandir imħeġġeġ tal-Kelma ta’ Alla jekk il-Knisja tiġġedded minn ġewwa, fil-membri u fl-istrutturi tagħha. Dan it-tiġdid iseħħ jekk widnejna jinfetħu għall-Kelma li għandha qawwa toħloqna mill-ġdid. Ejjew nitolbu lil San Ġużepp li huwa l-qaddis ideali għalina li jaf jisma’ l-Kelma, biex ikun mudell tal-Knisja tagħna. Xtaqt nispiċċa b’poeżija lil San Ġużepp Missierna u nixtieqkom tirriflettu l-kliem tagħha:
Lilek għażiż Patrun
‘Mera ta’ l-imgħoddi, ċkejken fost l-ulied, ismi wkoll ingħata: Josef l-għex u miet’, ‘mm għalih intqal: ‘fis morru għand Ġużepp’, tamet il-Lhud. ‘Qatt minn wara biebi, ma keċċejt lill-fqar, lilhom sqejt, rejjaqthom; b’ferħ bgħatthom id-dar’, U għalija ntqal: ‘Dak hu Missier Ġesù’, l-isbaħ għajdut! ‘Jien Ġużeppi, jien li b’sengħa mastrudaxxa kull ma jien, ‘mm idejn skaldi u mfellin. Ġarru biss lil dak li wkoll il-baħar jeħmed kif jarah, L-id żammejt, tal-Kbir Naqqax, t’Univers bla tmiem u l-Popli kollha tal-immens ħolqien. Nafda fih, Nitma fih.’ ‘Lilek ħadt Marija, iċċaħħadt u bkejt ‘mm’ int kont wens għalija, dubji dlonk insejt, Li fisser biss Imħabbti ġenna tmiss, kordet il-qlub’ ‘Iss’ għajjejt għamiltu, ‘l Alla tani b’dmir. Issa l-piż qandiltu, ħoll lil dan l-ilsir, jittama fik, f’serħanu iwennes bik, l-isbaħ għajdut! Ibni Ġesù’, Ħalli jseħħ biss dak li s-sema ċar iħażżeż fuq is-sħab, il-miktub ma jitħassarx. Ħalli jkun biss dak, li r-riħ tas-sewwa fuqna se jkun ġab. Dak li hu, ma jitħassarx. Ħalli jsir biss dak li jrid l-Etern f’destin li le jintlagħ’b. esta San Ġużepp F il-Kalkara, 2020 Nafdaw fih, Nitma fih. Viva l-Patrun u l-Mudell tal-Knisja Universali! Viva San Ġużepp Patrun tal-Kalkariżi! Il-festa t-tajba lil kulħadd.





Proġett ieħor imwettaq: il-mixgħela tal-koppla talKnisja Parrokkjali fil-festa 2019.

